Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1518323
06 intervista IL-ĦADD 31 TA' MARZU 2024 • illum 'Nemmen li sondaġġ hu ritratt tal-mument, X'ĦAJREK EŻATTAMENT TIDĦOL FIL-POLITIKA, U EVENTWALMENT ISSIR IS-SINDKU TAL-LOKALITÀ TAL-GUDJA? Jiena kont waħda milli kont nagħti kontribut fil-komunità tar-raħal, kont involuta maż-żgħażagħ dak iż-żmien tar- raħal, u meta rajt li kelli fejn nagħti sehmi fil-lokalità, għażilt li nagħmel dan il-pass 'il quddiem permezz tal-kunsill lokali. Kont ambizzjuża biex ngħidu hekk. Ta' 24 sena kont sindku. Kien xokk għax ħriġt l-ewwel darba għall-Kunsill u tlajt mal- ewwel sindku. L-ewwel darba li kien hemm mara fil-kariga ta' sindku fir-raħal tiegħi, u wara li s-sindku ta' qabli kien ilu hemm kważi 24 sena. Allura kienet daqshekk ta' sfida, imma nemmen li għamilna proġetti kbar u importanti ħafna għal raħalna. Fadal żgur xi jsir imma kuntenta bil-legat li se nħalli warajja. GĦAL ŻMIEN TWIL INTI KONT L-UNIKA KANDIDATA MARA F'ISEM IL-PARTIT LABURISTA. IN- NUQQAS TA' NISA FIL-POLITIKA PERÒ MHUX SFIDA GĦALL-PL BISS. X'TAĦSEB LI QED IWASSAL GĦAL DAN IN-NUQQAS? Jiena nemmen ħafna fil-parteċipazzjoni tal-mara fil-politika. Nimbotta kemm jista' jkun il-parteċipazzjoni femminili. Inħeġġeġ ħafna nisa jinvolvu ruħhom f 'kull saff tal- politika, anke fejn jidħol il-PL. Il-PL dejjem nemmen li emmen fil- kapaċitajiet tan-nisa, kemm bil-karigi diversi fl-istrutturi tal-partit, iżda wkoll meta ddaħħlu l-kwoti fil-parlament Malti. Nemmen li għandna nħarsu lejn iktar flessibilità fejn jidħol il-parlament Malti. Ġieli rajna ġenituri jieħdu t-tfal tagħhom il-parlament ... imma għandu jkollna parlament li jkollu child care u ħinijiet aħjar għax l-istess ħinijiet tal-parlament huma l-ħinijiet li l-ġenituri huma mistennija li jkunu d-dar ma' wliedhom. L-OPINJONI TIEGĦEK, MINKEJJA LI HI VOĊIFERA, MHUX DEJJEM HI POPOLARI. DIN IL-ĠIMGĦA RAJNA KIF KTIBT DWAR BILANĊ BEJN L-AMBJENT U D-DELIZZJU. KTIBT FTIT ĠIMGĦAT ILU WKOLL FUQ IL-BANEK. MA TIBŻAX LI SE TITLEF IL-POPOLARITÀ JEW IL- VOTI? Jien nemmen li qiegħda hawn biex inservi u mhux biex inservi minn lenti popolista. Fl-islogan tiegħi ngħid 'Leħnek fl-Ewropa', u qed inressaq dawn l-argumenti għax huma l-argumenti li qed nisma' fit-triq min-nies. Eżempju, irid ikun hemm il-bilanċ bejn l-ambjentalisti u dak li jkun, meta dan qiegħed fil-privatezza tiegħu, fl-għelieqi tiegħu. Jiena favur li nħarsu l-ambjent mija fil-mija, favur ix-xogħol li qed jagħmlu r-rangers u l-NGOs kollha imma ovvjament wieħed irid jiem li meta inti qiegħed fi propjetà li jista' jkun hi privata, jiena ukoll għandi d-drittijiet tiegħi. Jiena li kont qed ngħid dalgħodu hu li importanti jintlaħaq bilanċ tajjeb għal kulħadd. Rigward il-banek, nemmen li l-banek tagħna sfortunatament fihom ħafna burokrazija żejda; burokrazija biex tiaħ kont tal-bank, burokrazija biex tiddepożita flus, u kważi kważi anke biex tiġbed flusek. Ħafna drabi aħna l-Maltin infaddlu għax hekk tgħallimna, però sfortunatament l-interessi jkunu baxxi ħafna min-naħa tal-bank. Il-banek iridu jiakru li aħna klijenti tagħhom u allura hemm fejn jiena nixtieq li jimu, li anke jekk hemm regolamenti, ċerti proċeduri, m'hemmx għalfejn ikunu esiġenti żżejjed, aktar minn dawk l-istess regolamenti sabiex iħossuhom protetti. F'JANNAR LI GĦADDA, FLIMKIEN MAL-KANDIDAT DANIEL ATTARD, ĦADT AZZJONI LEGALI KONTRA L-PN, U WARA TLABTU LI JIĠI INVESTIGAT IL-KAP TAL- OPPOŻIZZJONI BERNARD GRECH. X'ĠARA EŻATT? Il-liġi tal-finanzjament tal-partiti titlob li kull partit politiku jdaħħal mal- Kummissjoni Elettorali l-kontijiet tiegħu kull sena, tas-sena preċedenti. Irridu ngħidu li l-PN għall-aħħar sentejn dan m'għamlux u lanqas daħħal l-istatement tad-donazzjonijiet. Dan wassal biex aħna ktibna lill- Kummissjoni Elettorali biex tieħu azzjoni, iżda tgħallimna li l-Partit Nazzjonalista baqa' ma weġibx għall-ittri tal- Kummissjoni. Madankollu, il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li daħlu dawn, u saħansitra gideb li dawn il-kontijiet iddaħħlu fis-sistema. Però dan mhux minnu. Wieħed jista' jiċċekkja u jivverifika dan kollu minn fuq is-sit tal- Kummissjoni stess. X'ipokrezija! Dawn iridu jmexxu lil Malta! Jgħidulek li daħlu l-affarijiet, imma tidħol tiċċekkja u tara li xejn mhu vera. TAĦSEB LI WASAL IŻ-ŻMIEN LI L-LIĠI TAL-IFFINANZJAR TAL- PARTITI TIĠI AĠĠORNATA? Jista' jkun li hemm bżonn inħarsu lejha minn diversi lentijiet differenti, Bl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew dejjem toqrob, il-ġurnalista Marianna Calleja tpoġġi mal- kandidata tal-Partit Laburista, u s-Sindku tal- Gudja, Marija Sara Vella Gafa "Importanti nifhmu li aħna Gvern li rridu l-paċi u allura bl-ebda mod u manjiera ma rridu li jkollna x'naqsmu ma' xiri ta' armamenti u xiri li, irridu ngħidu, dawn iridu li l-Ewropa kważi kważi f'forza militari. Dan hu propju li ma rridux aħna." Marija Sara Vella Gafa

