Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1519724
www.illum.com.mt €1.25 IL-ĦADD 28 TA' APRIL 2024 • NRU 915 Il-marda tal-kanċer ilha magħna snin, u ma nistgħux nieqfu hawn u nitilfu l-battalja. CRIHM.ORG Isaac Zahra, Student tal-mediċina li fieq mil-leukemia. Imma mingħajr riċerka, din il-kura ma tistax isseħħ. Intervista ma' Edwin Vassallo PAĠNI 6 - 7 Hemm biża' kbir mill-partiti l-kbar bil-vot ta' protesta kontrihom. L-ikbar biża' ġej minn dawk li se jivvutaw għal Norman Lowell. Lowell, apparti li huwa l-Kap tal- Imperium Ewropa, huwa vokali kontra l-migranti u l-barranin. Magħruf bħala razzista, apoloġista ta' Hitler, omofobiku u kattiv fid-diskors kontra l-migranti u l-ġurnalisti. Iżda d-diskors jattira mhux ħażin faxxa ta' votanti Laburisti u Nazzjonalisti. Għax bid-diskors tiegħu huma jaqblu li l-barranin qed jieħdu post il-Maltin. Iktar jidher li se jkun hemm Laburisti li jivvutaw għal Lowell, minħabba raġunijiet demografiċi. Hemm il-fattur ukoll tan-nies li baqgħu leali għal Joseph Muscat li jistgħu jew ma jivvutawx, jew jivvutaw Labour, jew inkella jipprotestaw bil-vot, u jtuh lil xi ħadd bħal Lowell. Is-sehem kbir ta' indipendenti fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew huwa indikazzjoni ta' aktar parteċipazzjoni imma hija inkwetanti għall-PL u l-PN. L-Imperium Ewropa huwa partit tal-lemin estrem li primarjament jitkellem kontra l-mod kif Malta qed tispiċċa l-pajjiż ta' eluf ta' barranin. Lowell jitkellem ukoll fuq il-ħtieġa li n-nisa Maltin jirritornaw id-dar u jservu ta' ommijiet u li jwelldu aktar tfal. U jikkwota l-politika ta' Hitler f 'dan ir-rigward. Il-Partit ADPD huwa bla dubju l-grupp proambjentali. Ħafna mis- segwaċi huma għal żmien twil persuni li dejjem ivvutaw għall- Alternattiva, imma dawn ħafna drabi huma aktar Nazzjonalisti milli Laburisti. Hemm dubju kbir kemm l-ADPD se jkun effettiv f 'dawn l-elezzjonijiet, imma ċertament iktar hemm ċans li jieħdu mill-votanti Nazzjonalisti. IKOMPLI F'PAĠNA 2 Min ser ibati mill-vot lill- kandidati indipendenti Vassallo jpinġi lilu nnifsu salvatur tat-tarbija fil-ġuf tal-omm MARIANNA CALLEJA Jikkumpara t-tarbija fil-ġuf mal- President tal-Parlament Ewropew, il- kandidat indipendenti Edwin Vassallo qal li l-gvern u l-oppożizzjoni mhu jagħmlu xejn biex jiddefendu l-ħajja mill-ġuf. "Ħadd ma jitkellem. Kulħadd sab il-ħin jiddefendi l-Metsola mill-attakki fuqha, imma għat-tarbija fil-ġuf ħadd ma sab il-ħin. Għidt le, jien mhux se nħalli minn ikasbar, min ikisser, min jirrovina dak li nemmen fih, għax qed nirrovinaw pajjiż." "Din il-kampanja, it tal-ġimgħat ilu, ma kontx nemmen li nidħol għaliha, imma wara li Joseph Muscat beda' jsemmi l-abort u d-dritt tal-mara fuq ġisimgħa, u Cyrus Engerer ħareġ ukoll...," Vassallo qal. Fl-intervista esklussiva mal-ILLUM, ħareġ biċ-ċar il-weġgħa ta' Vassallo għat-titli li ngħata matul iż-żmien, flimkien ma' dik li hu jsejjaħ bħala ċensura. Bla ebda ċensura minn din il-gazzetta, u bi spazju fejn jispjega l-argumenti tiegħu, Vassallo jimrah fuq l-iktar suġġetti kontroversjali. L-istess suġġetti li ma' żmien qalgħulu t-titli ta' omofobiku, sessist, misoġenista u dinosawru. Aparti l-abort, f 'argumenti konservattivi ukoll, Vassallo jitkellem mall-ILLUM dwar iż-żwieġ bejn koppji tal-istess sess, u l-libertà sesswali, li skont hu, qed twassal għall-aktar mard trasmess sesswalment. Jitkellem dwar kif f 'Malta, qatt ma mietet mara waqt twelid, u ġaladarba hemm problemi mediċi, każ ta' stupru, jew lill hinn, l-abort xorta mhux soluzzjoni. Ma jonqosx ukoll, li jitkellem fuq għaliex għażel li ma jibqax fil-Partit Nazzjonalista, filwaqt li jiddeskrivvi liż-żewġ partiti bħala stabbilimenti wieħed liberali, popolist. AQRA L-INTERVISTA F'PAĠNI 6 U 7 Il-karattri li ser jixorbu l-voti tal-Partiti l-kbar: Norman Lowell iktar se jixrob voti mill-PL, filwaqt li Arnold Cassola, Sandra Gauci, Edwin Vassallo u Simon Mercieca se jixorbu aktar voti mill-PN