Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1519724
08 aħbarijiet IL-ĦADD 28 TA' APRIL 2024 • illum aħbarijiet Le għar-razziżmu OPPORTUNITAJIET GĦAL KARRIERA Sottomissjoni tal-Applikazzjoni JobsPlus Permit No.416/2024 Il-kandidati prospettivi għandu jkollhom: • Grad ta' Baċellerat rikonoxxut fil-Livell 6 tal-MQF (soġġett għal minimu ta' 180 kreditu tal- ECTS/ECVET jew ekwivalenti) fil-Ġestjoni tal-Proġetti jew l-Amministrazzjoni tan-Negozju jew il- Maniġment jew l-Amministrazzjoni Pubblika jew it-Tmexxija Pubblika jew il-Politika Pubblika flimkien ma' esperjenza ta' sena waħda (1) f'oqsma rilevanti għall-kariga; jew • Diploma rikonoxxuta fil-Livell 5 tal-MQF (soġġetta għal minimu ta' 60 kreditu tal-ECTS/ECVET, jew ekwivalenti) fil-Ġestjoni tal-Proġetti jew l-Amministrazzjoni tan-Negozju jew il-Maniġment jew l-Amministrazzjoni Pubblika jew it-Tmexxija Pubblika jew il-Politika Pubblika flimkien ma' ħames (5) snin esperjenza f'oqsma rilevanti għall-kariga; jew • Tliet (3) suġġetti fil-Livell Avvanzat flimkien ma' ħames (5) snin esperjenza f'oqsma rilevanti għall-kariga; jew • Żewġ (2) suġġetti fil-Livell Avvanzat u tliet (3) suġġetti fil-Livell Intermedju tal-Matrikulazzjoni flimkien ma' ħames (5) snin esperjenza f'oqsma relevanti għall-kariga; jew • Fil-pussess ta' ħmistax-il sena (15) esperjenza ta' xogħol rilevanti, li tmienja (8) minnhom għandhom ikunu relatati mad-dmirijiet ta' din il-kariga. Il-kandidati għandhom ukoll ikunu profiċjenti fil-Malti u l-Ingliż u għandhom ikunu ta' kondotta xierqa għall-kariga. Din il-kariga hija marbuta mal-Grad 3 tal-Aġenzija dwar is-Ser vizzi tal-Qrati. Bir-rati tal-2024, dan huwa ekwivalenti għal €26,028 fis-sena, li jiżdied b'inkrementi annwali ta' €584 sa massimu ta' €31,284. Din il-kariga tattira wkoll Bonus Annwali tal-Prestazzjoni sa massimu ta' 10% tas-salarju bażiku, soġġett għal prestazzjoni sodisfaċenti. Il-kariga ta' Maniġer hija fuq bażi full-time indefinita u hija soġġetta għal perjodu ta' prova ta' sena. Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati Tista' tikseb aktar informazzjoni u deskrizzjoni tal-impjieg komprensiva billi tikkuntattja lill-Aġenzija dwar is- Servizzi tal-Qrati fuq recruitment.courts@courtservices.mt. Il-kandidati għandhom jissottomettu l-ittra ta' applikazzjoni tagħhom, il-kwalifiki u l-esperjenza tagħhom f'Format tal-Europass Curriculum Vitae, kopja taċ-ċertifikati skennjati rilevanti tagħhom u Ċertifikat validu tal- Kondotta tal-Pulizija permezz ta' email fuq recruitment.courts@courtservices.mt. L-applikazzjonijiet jagħlqu nhar il-Ġimgħa 10 ta' Mejju 2024 fis-13:00. MANIĠER (PROĠETTI) Eliġibilita` Sarah, accountant kwalifikata, iċċaħħdet minn promozzjoni minħabba r-razza tagħha. Minkejja l-prestazzjoni u l-kompetenza eċċellenti tagħha, kollegi inqas kwalifikati minn Sarah ta' dixxendenza Maltija tqiesu aħjar minnha biex javvanzaw. Waqt laqgħa li Sarah kellha mas-superjuri tagħha, Sarah skopriet li r-razza tagħha kienet l-ostaklu għall- promozzjoni. Skont l-Ewrobarometru dwar id-Diskriminazzjoni fl‐Unjoni Ewropea ppubblikat f 'Diċembru tal-2023, 70% u 62% tal-Maltin jaħsbu li d-diskriminazzjoni, kemm abbażi tal-kulur tal-ġilda, kif ukoll abbażi tal-oriġini etnika, hija mifruxa ħafna f 'pajjiżna. L-istħarriġ juri wkoll li madwar 31% tal- Maltin ma jħossuhomx komdi kieku wieħed minn uliedhom ikun f 'relazzjoni ta' mħabba ma' persuna sewda (UE: 15%) waqt li 26% tal- Maltin ma jħossuhomx komdi kieku wieħed minn uliedhom ikun f 'relazzjoni ta' mħabba ma' persuna Ażjatika (13%). Ta' min isemmi wkoll li dawn iż-żewġ ċifri huma aktar mid-doppju tal-medja tal-UE. Huwa f 'dan il-kuntest li jeħtieġ li nkomplu naħdmu sabiex neliminaw dawn il-preġudizzji. Fl-2021, Malta nediet l-ewwel Strateġija Kontra r-Razziżmu (2021–2023). Din l-istrateġija għandha l-għan li tikkonfronta u telimina r-razziżmu fil-forom kollha tiegħu, jiġifieri individwali, sistemiku u soċjali, kif ukoll tistimula u tappoġġja l-inklużjoni ta' kulturi differenti. Din l-istrateġija hija maħsuba biex ittejjeb is-sitwazzjoni u l-esperjenza ta' gruppi minoritarji u biex ittejjeb il-kwalità tar-relazzjonijiet u tal- interazzjonijiet bejn il-gruppi kollha fis-soċjetà. Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (l-NCPE) ukoll qiegħda taħdem sabiex telimina d-diskriminazzjoni razzjali skont il-mandat tagħha. Bħala korp tal-ugwaljanza, l-NCPE taħdem b'mod attiv biex tinħoloq soċjetà li tħaddan l-ugwaljanza u tiġġieled id-diskriminazzjoni. Apparti li tinvestiga lmenti ta' diskriminazzjoni abbażi tar- razza u l-oriġini etnika fl-impjieg, fl-edukazzjoni, fil-banek u fl- istituzzjonijiet finanzjarji, kif ukoll fl-aċċess u fil-provvista tal-oġġetti u s-servizzi, l-NCPE twettaq diversi kampanji ta' għarfien. Bħalissa l-NCPE qiegħda timplimenta sett ta' inizjattivi, bi sħab mal-Aditus Foundation, dwar ir-razza u l-oriġini etnika permezz tal-proġett 'Strengthening of Knowledge on Integration and Non-Discrimination' (SKIN). Dan il-proġett kofinanzjat mill- UE jfittex li jidentifika l-ħtiġijiet u d-diskriminazzjoni li jiffaċċjaw il-migranti u l-Musulmani. Dawn l-inizjattivi jinkludu kampanja ta' għarfien, sessjonijiet ta' taħriġ, focus groups u laqgħat ta' konsultazzjoni bejn l-imsieħba kkonċernati fost oħrajn. Barra dawn l-inizjattivi, l-NCPE qiegħda tipparteċipa wkoll fil- proġett kofinanzjat mill-UE mmexxi mid-Direttorat tad- Drittijiet Umani (l-HRD) bl- isem 'Lejn l-Implimentazzjoni ta' Strateġija Kontra r-Razziżmu għal Malta'. L-irwol tal-NCPE f 'dan il-proġett huwa li tipprovdi perspettiva bħala korp nazzjonali għall-ugwaljanza dwar it-tfassil u l-implimentazzjoni ta' politiki u strateġiji li jindirizzaw ir-razziżmu f 'Malta. Kull sena l-Ġnus Magħquda tfakkar jum internazzjonali li jirrikonoxxi li għad baqa' ħafna xi jsir biex neliminaw id- diskriminazzjoni razzjali fis- soċjetà tagħna. Għaldaqstant, l-NCPE hija kommessa li tkompli taħdem biex tiżgura li kull persuna, irrispettivament mill-oriġini etnika jew razzjali, tiġi ttrattata b'dinjità u rispett. Għal aktar informazzjoni tista' tagħmel kuntatt mal-NCPE fuq 2276 8200, equality@gov.mt jew fuq il-pjattaformi tal-midja soċjali tal-NCPE (Facebook, Instagram u Twitter – NCPE.Malta).