Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1519724
opinjoni 12 analiżi kultura IL-ĦADD 28 TA' APRIL 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti MPO Chamber tkompli f'ġieħ il-mibki Daniele Galletto L-Orkestra Filarmonika ta' Malta se tkun qed ittella' t-tmien kunċert tagħha fis- sensiela Chamber. Il-kunċert se jkun qed jsir f 'ġieħ il-mibki, kollega tal- orkestra, Daniele Galletto. Huwa kellu jdoqq dan l-istess kunċert trio, tal-klarinett, bil-vjola u l-pjanu, iżda miet ħesrem. B'eleganza, il-kunċert iwiegħed li jgħaqqad it-tliet strumenti u jwasslu l-melodiji ta' Mozart. Kull strument jiddi individwalment kif ukoll fi ħdan l-assemblea f 'għażla mit-Tmien Biċċiet ta' Bruch. Il-kompożitur Franċiż Françaix jgħaqqad it- timbri uniċi tat-trio f 'xogħol impenjattiv u li jgħolli. Il-kunċert se jsir il-Ħadd 5 ta' Mejju fil-11am fis-Sala Robert Sammut fil-Furjana. Biljetti jinqatgħu minn www. showshappening.com. Miktub oriġinarjament bil-Franċiż minn Yasmina Reza u tradott għall-Ingliż minn Christopher Hampton, 'God of Carnage' huwa dramm b'direzzjoni ta' Andre Agius u se jkun qed jittella' bl-Ingliż. Il-kast se jkun magħmul minn erba' atturi rinomati ferm lokalment: Chris Dingli, Charlotte Grech, Chiara Hyzler u Pierre Stafrace. 'God of Carnage' hija dark comedy eċċezzjonali li ttellgħet għall-ewwel darba fl-2006 fi Zurich fejn imbagħad rebħet il-'Moliere Award for Best Play' ġewwa Pariġi. Fl-2008 għamlet id-debutt tagħha fil-West End b'kast li inkluda lil Ralph Fiennes, Tamsin Grieg, Ken Stott u Janet McTeer. Fid-debutt ta' Broadway fl-2009, il-kast kien magħmul minn Jeff Daniels, Hope Davis, James Gandolfini u Marcia Gay Harden. Minn dakinhar sal-lum, dan id-dramm ittella' f 'bosta teatri madwar id- dinja kollha, fejn ġibed lejh udjenzi numerużi. Din il-produzzjoni se tieħu lill-udjenza f 'sitwazzjoni ta' kunflitt li tiżviluppa bejn żewġ koppji ġenituri, meta jiltaqgħu sabiex jiddiskutu argument li kien hemm bejn uliedhom li għandhom 11-il sena. Hekk kif tikber u tiżdied it-tensjoni, din il-produzzjoni toffri kummentarju mill-aqwa dwar id-dinamika tas-soċjetà moderna li qed ngħixu fiha llum. Għalhekk titilfux din l-opportunità biex taraw din il-produzzjoni li se tesplora n-natura umana u ċ-ċivilizzazzjoni. 'God of Carnage' se tittella' fit-Teatru Manoel bejn is-6 u d-9 ta' Ġunju fit-8 ta' filgħaxija. Wieħed jista' jikseb il-biljetti minn fuq is-sit elettroniku www. teatrumanoel.mt jew mill-box office tat-Teatru Manoel, il-Belt Valletta. Teatru Manoel jippreżenta 'God of Carnage' – dramm fuq vjaġġ li jesplora n-natura umana Din il-produzzjoni se tieħu lill-udjenza f 'sitwazzjoni ta' kunflitt li tiżviluppa bejn żewġ koppji ġenituri