MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 28 April 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1519724

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 15

13 kultura IL-ĦADD 28 TA' APRIL 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Tiny Keys – Big Sounds: Kunċert bl-istrumenti tal-ġugarelli Tiny Keys – Big Sounds, jippreżenta programm għall- pjanu tal-ġugarelli, mużika elettronika u strumenti żgħar ta' perkussjoni. Dan il-proġett jikkontribwixxi għar- repertorju li qed jikber permezz tax-xogħlijiet ikkummissjonati minn 10 kompożituri Maltin u internazzjonali li se juru l-potenzjal artistiku u l-possibbiltajiet espressivi tal- pjanu tal-ġugarell. Dan il-kunċert uniku jispira lill-udjenzi u jqajjem l-għarfien li l-pjani tal- ġugarelli mhux għal logħob, anzi jistgħu tabilħaqq jitqiesu bħala strument ta' kunċert. Tiny Keys – Big Sounds hija parti minn Toy Piano+ appoġġjata mill-Arts Council Malta. Il-produzzjoni se ssir fit- teatru ta' Spazju Kreattiv, nhar it-3 ta' Mejju fit-8pm. Il-biljetti jinqatgħu mis-sit ta' Spazju Kreattiv. Programm għall-pjanu tal-ġugarelli, mużika elettronika u strumenti żgħar ta' perkussjoni Mill-mundanità ta' kuljum, sal-kobor ta' dak storiku, meraviljuż u bibliku, b'fabricATE, Gabriel Buttigieg jerġa' jfassal il-miti Greko- Rumani minn Odipus sa Ovidju, u jsawwabhom. Minsuġa fuq drapp fin, dawn in-narrattivi huma fl-istess ħin skuri u eċċitanti. Kull wieħed jippreżenta ruħu f 'metafora għall-mistoqsijiet morali, erotiċi u spiritwali li ħakmu lill-bnedmin sa mill- bidu taż-żmien. Meħuda fis- sajlo, kull narrattiva hija sħiħa; meħuda f 'sensiela, in-narrattivi jinbidlu f 'kapitli jew volumi li fihom bilanċ ċar li jidher li jiċċelebra d-dikotomija mdaħħla fi ħdan it-tinji taż- żebgħa u d-drapp. Buttigieg jiffabbrika stejjer ġodda mill-qodma, jipproduċi metamorfosi li kemm tikxef kif ukoll tesprimi, tikxef u tgħawweġ. Xeni epiċi, battalji, stejjer ta' mħabba. Buttigieg huwa 'manipulatur' kapaċi, li jirreċita kull narrattiva, bil- ħila ta' narratur imħawwar, li r-rakkonti tiegħu jisfidaw l-istennija u l-konvenzjoni. Żur l-esebizzjoni mill- Ġimgħa 26 t'April sat-23 ta' Ġunju, ġewwa Spazju Kreattiv. FabricATE: Gabriel Buttigieg iżewwaq Spazju Kreattiv b'esebizzjoni oħra Gabriel Buttigieg jerġa' jfassal il-miti Greko-Rumani minn Odipus sa Ovidju, u jsawwabhom

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 28 April 2024