MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 28 April 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1519724

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

Il-Westerns klassiċi tul l-ewwel erba' snin tas-sittinijiet li jistgħu jitqiesu bħala kontinwazzjoni ma' dawk tad-diċennju ta' qabel, huma dawn: THE MAGNIFICENT SEVEN (1960). Dirett minn John Sturges bil-ħin ta' 128 minuta. L-atturi huma: Yul Brynner, Steve McQueen, Charles Bronson, James Coburn, Robert Vaughn, Horst Buchholtz, Brad Dexter u Eli Wallach. Bi skript spirat mill-grandjuż film Ġappuniż e Seven Samourai (1954), 7 ġellieda mħallsin minn bdiewa ta' raħal żgħir Messikan, jiġu hemm biex jiddefenduhom minn ċorma ta' ħallelin li sikwit jisirqulhom il- ħxejjex u l-frott li jkabbru. Azzjoni spissa, eċitament kontinwu, diversi minn dawn l-atturi it snin wara sabu fama kbira u mużika memorabbli ta' Elmer Bernstein jgħollu l-prestiġju ta' wieħed mill- aqwa Westerns li qatt sebbħu l-liżar il-kbir. Il-film kien irreklamat hekk: "ere were only seven, but they fought like seven hundred". THE ALAMO (1960). Dirett minn John Wayne. Jaħdmu John Wayne bħala David Crockett, Richard Widmark bħala Jim Bowie li vvinta sikkina li ġġib ismu, Laurence Harvey bħala Colonel William Travis, Richard Boone bħala Sam Houston, Frankie Avalon u l-kompajżan attur tagħna Joseph Calleia. Film epiku, monumentali, ossessjoni għal ħafna snin ta' John Wayne, Repubblikan ferventi, li jġib l-assedju storiku ta' 13-il ġurnata tal-Fortizza Alamo, f 'San Antonio Texas nhar f 'April tal-1836 mill- armata Messikana. Mużika mill-aktar evokattiva ta' Dimitri Tiomkin, il-kanzunetta ta' e Green Leaves of Summer tassew popolari u l-attakk spettakulari finali kienu l-ingredjenti maġġuri ta' dan il-kapulavur. Aktar minn Western, dan hu film storiku bil- logo: "e Fortress at Became a Mission, e Mission at Became a Shrine". Oriġinarjament, il-ħin kien ta' 202 minuti, però ntwera fiċ-ċinema bil-ħin ta' 161 minuta. RIDE THE HIGH COUNTRY (fl-Ingilterra, GUNS IN THE AFTERNOON) (1962). Dirett minn Sam Peckinpah. Jidhru fih Joel McCrea, Randolph Scott, Mariette Hartley u Warren Oates. Fit-tieni xogħol tiegħu, id-Direttur Peckinpah wera abilità kbira għal mod ta' kif integra b'mod konvinċenti maż- żewġ ikoni veterani tal-Western, Scott u McCrea li waslu fl-aħħar tal-karriera tagħhom. Western memorabbli dwar żewġ ġellieda xjuħ u ħbieb, li jirriflettu kif żviluppat ħajjithom waqt li qed jipproteġu u jittrasportaw kunsinna deheb f 'territorju mimli perikli. Fil-uħ ta' dan il-kapulavur tassew hi kurjuża tiġrija bejn żiemel u ġemel. Twil 94 minuta. HOW THE WEST WAS WON (1962). Kast kbir ta' atturi fosthom George Peppard, Gregory Peck, Debbie Reynolds, Carol Baker, Henry Fonda, John Wayne u Richard Widmark jiffurmaw parti minn dan il-film epiku u kolossali maħdum oriġinarjament għal-liżar ġgantesk (forma ta' nofs ċirku) tas- Cinerama li kien jirrikjedi tliet diretturi li ħadu ħsieb tliet epoki differenti – Henry Hathaway idderieġa e Plains, e Rivers and the Outlaws, John Ford e Civil War u George Marshall e Railroad. Produzzjoni twila aktar minn sagħtejn u nofs dwar tliet ġenerazzjonijiet ta' pijunieri tal- West. In-narratur hu Spencer Tracy. Dan il-Western hu kklassifikat bħala xogħol storiku u ppreservat fin-National Film Library bħala kulturalment, storikament u estetikament sinifikanti. THE MAN WHO SHOT LIBERTY VALANCE (1963). 123 minuta. Jaħdmu James Stewart, John Wayne, Vera Miles u Lee Marvin bħala l-kattiv Liberty Valance. Lejn l-aħħar ta' ħajtu, il-bravu direttur ta' pataun ta' Westerns, John Ford, irregalalna xogħol ieħor stupend u klassiku. James Stewart, avukat timidu, jeħodha kontra l-qattiel Liberty Valance, però mingħajr ma jirrealizza jsib għajnuna moħbija fid-dlam tal-lejl minn John Wayne. Id-diċerija tal-film: "When the legend becomes fact, print the legend" hi l-qofol, meta l-avukat jirritorna fil-belt ta' Shinbone wara xi snin għall-funeral ta' ħabibu (Wayne) u jgħid l-istorja lill-editur ta' gazzetta lokali. Westerns oħra tajbin ta' dan il- perjodu jinkludu One-Eyed Jacks bl-attur Marlon Brando u dirett minnu stess, e Unforgiven, dirett minn John Huston u jaħdmu Burt Lancaster, Audrey Hepburn u Audie Murphy, u Cheyenne Autumn dirett minn John Ford u fih jidhru James Stewart, Caroll Baker, Richard Widmark u Edward G. Robinson. 14 films IL-ĦADD 28 TA' APRIL 2024 • illum Carmel Bonnici Il-Westerns tas-sittin u dawk klassiċi (It-tieni parti) SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp tit jew wisq imsaħħab bil- ħalbiet tax-xita li jsir pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fix-xita Riħ Punent Majjistru forza 5 għal 6 lokalment forza 6 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp tit imsaħħab li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ Viżibilità Moderata għal tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Mil-Lbiċ forza 4 għal 5 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA 'The Man Who Shot Liberty Valance,' tal-atturi James Stewart u John Wayne Il-film oriġinali 'Magnificent Seven' tal-1960

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 28 April 2024