Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1519724
15 Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb kotba IL-ĦADD 28 TA' APRIL 2024 • illum Daniel Cossai jimxi fil-kampanja Maltija ma' Johann A. Briffa permezz tal-gwida tiegħu Country Walks in Malta (Midsea Books, 2023) Staġuni, Kuluri u Fatati Elena Cardona tiskopri l-istaġuni ma' Bett u Mike fis- sensiela għat-tfal ta' Claudia Aloisio u terġa' tiltaqa' mal- Fatat Kaħlani ta' Clare Azzopardi u Leanne Ellul flimkien ma' sħabu. Ilha iktar minn xahar li bdiet ir- rebbiegħa u apparti milli qegħdin nidraw dan it-temp li jwasslna fuq l-għatba tal-istaġun tas-sajf, qegħdin nakkomodaw ruħna għal siegħa inqas ta' rqad imma għal aktar sigħat ta' xemx matul il- ġurnata. Il-bidla tal- istaġuni jqanqlu diversi diskussjonijiet fost in- nies. Hawn min jgħid li f 'Malta jeżistu biss żewġ staġuni – ix-xitwa u s-sajf – għax il-ħarifa u r-rebbiegħa huma estensjoni tal-oħrajn. Dawk li ma jħobbux it- tidlik u x-xemx tisreġ, li mhux biss taqli l-ankri imma anke l-ġilda tagħna, iqisu lix-xitwa bħala l-istaġun favorit tagħhom għax dik il-kesħa fina tiġborhom ġewwa djarhom b'xi kikkra kafè, gallettini, ktieb u kutra, waqt li fl- istess ħin ikollhom aktar enerġija biex jaħdmu u jagħmlu xi proġett. Għal dawk li x-xitwa tinħass bħala ħabs, is-sajf hu l-mument fejn wieħed jixxala, jinħall mir-rutina monotona u jirrilassa ħdejn il-baħar, igawdi xi spettaklu tan-nar jew xi xiwja laħam mal-ħbieb. Hemm ukoll min jogħġbuh l-istaġuni tal-bejniet – il- ħarifa u r-rebbiegħa – għax dawn huma l-istaġuni li fihom nesperjenzaw ix-xitwa u s-sajf rispettivament, mingħajr guffaġni żejda. Bett u Mike, iż-żewġ protagonisti fil- kotba ta' Claudia Aloisio, pubblikazzjoni ta' Klabb Kotba Maltin bl-għajnuna tal- Aġenzija tal-Litteriżmu, jgħidulna dak li jogħġobhom jew idejjaqhom fl-istaġuni. Dawn l-erba' kotba: Bett, Mike u x-Xitwa, Bett, Mike u r-Rebbiegħa, Bett, Mike u s-Sajf, u Bett, Mike u l-Ħarifa ħarġu fl-2023 u kull ktieb hu ddedikat lil staġun partikolari. Meta saqsejt lil Aloisio x'ġegħelha tikteb dwar l-istaġuni kienet pronta weġbitni li kien proġett tal-iskola tat-tifla tagħha li nebbaħha. L-awtriċi, li tqatta' l-ħin ma' bintha ta' sitt snin biex jaqraw, irrealizzat li kotba dwar l-istaġuni għal din l-età m'hemmx. Tistqarr li f 'dawn il-kotba tipprova żżomm 'il bogħod mid-definizzjonijiet tqal li normalment huma assoċjati mal-istaġuni u b'vokabularju sempliċi twassal lit-tfal il-karatteristiċi komuni tal-istaġuni li huma bħala tfal jaraw u jmissu b'idejhom. Nammetti li qatt qabel ma kont għamilt reċensjoni dwar kotba għat-tfal ta' età bikrija, imma dan kien xogħol ferm interessanti. Laqatni l-fatt li l-illustrazzjonijiet ta' Cindy Monroy, artista Kolombjana, jirriflettu l-kultura tagħha u jintisġu tajjeb mal-kliem ta' Aloisio, li flimkien jagħtu stampa ċara ta' kull staġun. Ħaġa oħra li tispikka hi li waqt li l-qarrejja ċkejkna jkunu qed jaqraw jindunaw li hi xi ħaġa normali li wieħed jista' ma jħossux sew waqt xi staġun partikolari minħabba t-temp jew il-ħwejjeġ li se jilbes. Marbuta ħafna mal-istaġuni huma l-kuluri peress li kull staġun għandu dawk partikolari tiegħu. Ngħidu aħna, Bett l-hena tagħha tiġbor weraq aħmar, isfar, oranġjo u kannella biex tagħmel girlanda lill-pupi tagħha. Iżda dawn il- kuluri mhumiex marbuta biss ma' staġun partikolari għax huma l-ismijiet tal- fatati ħbieb tagħna – Kaħlani u sħabu, fil-ktieb Kaħlani u l-Fatati Kull Kulur (Merlin Publishers, 2024), fejn il-kittieba Clare Azzopardi u Leanne Ellul ikomplu јirrakkontaw il-praspar ta' Kaħlani u Safrani. F'dan il-ktieb il-qarreјјa јsibu żewġ steјјer bl-isem ta' 'Il-patalott taż- żebgħa' u 'L-imħabba nhar l-Imnarja'. Meta saqseјthom dwar kif nibtet din l-idea li јiktbu dwar fatat, Ellul tistqarr li kellha għal qalbha lil Casper meta kienet żgħira. Kollox beda meta dawn l-awturi kitbu storјa dwar il-fatat Kaħlani għall- ktieb Tikka Malti għar-raba' sena. Dan il- karattru tal-fatat intgħoġob wisq u b'hekk Ellul u Azzopardi komplew јiżvolġu l-istorјa u aktar praspar ta' Kaħlani. Minn hemm twieled l-ewwel ktieb ta' Kaħlani. Però dan mhuwiex fatat trasparenti iżda fatat Malti, kif issejjaħlu Ellul, mimli kulur u ħaјјa. Xejn xejn dawn l-ismijiet tal-fatati mnebbħa mill-kuluri, jgħin biex terġa' tqum kuxjenza biex nużaw il- kuluri bil-Malti. Barra minn hekk, żgur li l-qarreјјa ċkeјkna se јitgħallmu kliem ġdid. Pereżempјu l-kelma patalott qatt ma kont smaјtha, aħseb u ara kemm kont naf xi tfisser. Patalott hiјa kelma oħra flok barmil u tintuża meta wieħed irid ifisser barmil żebgħa kbir. X'jiġri meta Kaħlani jitfa' patalott żebgħa ħadra fuq Vjolett? Ikolli nammetti li Kaħlani u l-Fatati Kull Kulur laqatni iktar mill-ewwel wieħed. Il-mod kif l-awturi јirrakkuntaw dawn il-praspar żammni wisq u anke intom, żgur li mhux se terħu l-ktieb minn ideјkom qabel tlestuh kollu għax l-eċitament itul sal-aħħar paġna. Għalhekk min għadu qatt ma qara l-ebda ktieb minn ta' Kaħlani, issa hu ċ-ċans li takkwistawhom it-tneјn. Wara li taqraw Kaħlani u l-Fatati Kull Kulur, għiduli x'jidhrilkom mis-serenata ta' Safrani lil Rożaskur. Titħajru tiktbu xi poeżija lill- maħbub jew maħbuba tagħkom bħal Safrani għal Jum San Valentinu? Dan mhux se јkun l-aħħar ktieb dwar Kaħlani u sħabu. Apparti li raјna lil dawn il-fatati ħaјјin fid-dramm għat-tfal f 'Marzu li għadda, fuq Facebook l-awturi qasmu mas-segwaċi tagħhom li qegħdin јiktbu t-tielet ktieb. Min јaf x'hemm mistur għalina f 'dan il-ktieb u ma' liema fatati ġodda se niltaqgħu! Meta tkunu għaddejjin qrib l-Istazzjon tal-Ferrovija ta' Birkirkara, attenti minn Kaħlani li ma tmorrux tispiċċaw vittmi ta' xi ċajta goffa minn tiegħu jew ta' sħabu. Żgur li se tiltaqgħu magħhom u ma' Bett u Mike jekk taqbdu dawn il- kotba f 'idejkom u tiddedikaw ftit ħin għall-qari kuljum.