MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 28 April 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1519724

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 15

Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 28 TA' APRIL 2024 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt I s-sehem kbir ta' indipenden- ti fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew mhumiex indikazzjoni biss ta' aktar parteċipazzjoni, imma taħlita ta' individwi li daħlu għall-politi- ka, kemm minħabba raġunijiet imnebbħa minn diversi ideat u estremi, kif ukoll minħabba it u ħafna egoċentriżmu. L-iktar gruppi ċarament differenti mill-oħrajn huma l-ADPD u l-Imperium Ewropa. Tal-aħħar huwa grupp Neo-Faxxist u psewdo-Nazist li jħuf madwar il-karattru fellinisk ta' Norman Lowell. Eks bankier li kellu storja kurjuża mal-bank u wara storja twila ta' inċidenti nstab ħati mill- qorti għal diskors xenofobiku u razzist. L-Imperium Ewropa huma partit tal- lemin estrem li primarjament jitkellem kontra l-migranti fil-pajjiż u l-bżonn li n-nisa jirritornaw id-dar u jservu ta' ommijiet li jwelldu t-tfal. Imbagħad hemm l-ADPD, grupp proambjentali, li sfortunatament tilef il-grinta matul is-snin għax m'hemmx tmexxija kariżmatika, b'Sandra Gauci fuq nett u apparti hekk bi ffukar wisq ristrett fuq temi favur l-ambjent. Il-partiti l-oħra huma ismijiet biss, ABBA u Volt jidhru li huma ristretti għal tnejn, tliet persuni u bla struttura ċara. ABBA, permezz ta' Ivan Grech Mintoff, tpinġi lilha nnifisha bħala partit kristjan u Malti, u Volt, bla għeruq ta' xejn fil-komunità Maltija, jirrifletti l-politika Internazzjonali pjuttost liberali. Fost l-ismijiet singolari, l-iktar wieħed ċar u serju huwa Arnold Cassola, li għażel li jitlaq mill-AD (issa ADPD) għax ma qabilx mal-pożizzjoni dwar l-abort. Minkejja l-fatt li Cassola kien is-Segretarju Ġenerali tal-Greens fl- Ewropa li huma bla tlaqliq favur l-abort u dakinhar ma qal xejn. Cassola rnexxielu, minkejja kollox, jiġbor taħlita ta' nies ta' ċerta statura li lesti jappoġġjawh fil-miuħ. Cassola għandu fama ta' politika kontra l-korruzzjoni, kif ukoll favur l-ambjent. Mill-kandidati kollha barra l-partiti l-kbar huwa l-iktar wieħed elokwenti u ċar. Imbagħad hemm lista twila ta' indipendenti. Minn eks deputati Nazzjonalisti bħal Edwin Vassallo, li ħafna drabi jinstema', kemm omofobiku fi kliemu, kif ukoll miżoġinista. U Simon Mercieca, li kien segwaċi ta' Adrian Delia, l-eks kap tal-PN, u llum huwa magħruf l-aktar għall-blogg tiegħu fejn jispara lejn kulħadd u, fuq kollox, matul dawn l-aħħar snin deher ċar li qed jieħu l-pożizzjoni tal-avukati ta' Yorgen Fenech. Mercieca huwa wkoll akkademiku konservattiv. Apparti dawn il-personalitajiet hemm kummidjanti u Tiktokers, persuni oħra li huma xprunati minn teoriji ta' fantasija dwar il-COVID, u oħrajn li ma jirrappreżentaw l-ebda ħsieb. Huwa ċar li l-politika Maltija qed taffaċċja daqsxejn ta' kriżi, nuqqas ta' direzzjoni, ideoloġija ... dak li bl-Ingliż jiġi deskritt bħala 'a sense of purpose'. U sfiduċja fil-politika taż-żewġ partiti ewlenin u vot ta' protesta. L-indipendenti fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 28 April 2024