MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 28 April 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1519724

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 15

opinjoni 09 IL-ĦADD 28 TA' APRIL 2024 • illum Steve Zammit Lupi huwa l-Bicycle Ambassador tal-NGO ROTA Steve Zammit Lupi L -Imsida ilu snin jibla' dħaħen u tniġġis minħabba eluf ta' vet- turi li kuljum jgħaddu minn dan ir-raħal biex imorru lejn il-Belt Valletta jew San Ġiljan. Dan minkejja li ftit metri 'l fuq lejn Tal-Qroqq hemm Triq Reġjonali u Triq Mikiel Anton Vassalli li kienu nbnew propju biex it-traffiku lejn iċ-ċentru ta' Malta ma jgħaddix mill-Imsida. Frott ta' nuqqas ta' ppjanar fit-tul u żieda enormi fin- numru ta' karozzi privati, l-Imsida spiċċat triq arterjali mimlija traffiku f 'kull ħin tal- ġurnata. Dan ħoloq ambjent ikrah u perikoluż għar-residenti u għan-nies li jimxu u li jużaw ir-rota u t-trasport pubbliku. Illum, li tgħaddi bir-rota mill- Imsida huwa perikoluż u biċċa wġigħ ta' ras għax infrastruttura għar-roti ma teżistix u l-pedestrian crossings adekwati huma nieqsa jew f 'postijiet antipatki. Dan minkejja l-fatt li bosta rħula madwar l-Imsida huma biss ftit minuti 'l bogħod bir-rota. Fuq naħa tal-Imsida għandek il-Junior College b'popolazzjoni ta' 2,500 student u fuq naħa għandek l-Università ta' Malta b'popolazzjoni ta' 10,000 student. Maġenb l-Università ssib ukoll l-Isptar Mater Dei, u fl-Imsida stess hemm diversi uffiċċji u kumpaniji oħra li jħaddmu eluf ta' nies. Meta Infrastructure Malta ħabbru l-proġett għall-Imsida, kellna t-tama li n-nuqqasijiet preżenti jiġu indirizzati. Xtaqna li kwalunkwe intervent ġewwa l-Imsida joffri infrastruttura sigura u diretta sabiex iċ- ċikliżmu jiġi inċentivat, inkluż u jiżdied. Xtaqna li trasport alternattiv tassew jiġi pprijoritizzat. Flimkien mat-trasport pubbliku, dawn huwa żewġ mezzi effiċjenti kif wieħed jista' jnaqqas it-traffiku u t-tniġġis fl-arja. Minflok, Infrastructure Malta ppreżentaw pjanijiet għall- kostruzzjoni ta' flyover li kien se jippremja aktar is-sewqan u jattira aktar nies jiddependu fuq vetturi privati biex imorru għax-xogħol jew għall-qadi tagħhom, anke jekk id-distanzi huma qosra. Karreġġjati għar- roti huma neqsin, u l-uniku passaġġi li se jkun hemm huma bankini, fejn jeżistu, li la huma diretti u ħafna drabi mhux aċċessibbli. Fi kliem ieħor li taqsam l-Imsida bir-rota xorta se jkun uġigħ ta' ras u xejn attraenti, minkejja li dan il- proġett se jiswa fuq 35 miljun ewro. L-awtoritajiet bil-kliem jgħidu li qed jaħdmu biex jinċentivaw mezzi ta' trasport alternattiv, u bil-fatti fi proġetti attwali qed jagħmlu bil-kontra. X'fiduċja jibqagħlek? Biżżejjed li ċ-ċirkustanzi preżenti huwa diffiċli, imma x'hemm fil-futur se jkun agħar. ROTA, grupp ta' volontiera ċiklisti li jaħdmu biex pajjiżna jkollu pjan ħolistiku u sostenibbli fit-trasport, ressaq diversi proposti bħala parti mill-kritika kostruttiva tiegħu fuq eżempji li jaħdmu fi bliet madwar id-dinja. Minkejja diversi laqgħat u qawmien ta' kuxjenza, dawn il-bidliet fil- proġett ma sarux. Bħala ċajta tal-ewwel t'April ħabbarna li l-proġett tal- Imsida kif propost intefa' fuq l-ixkaffa, u minflok se jitwettaq proġett fejn se jsiru interventi sabiex ikollna l-ewwel linja għat-tramm, mezz ta' trasport għall-massa mill-Belt Valletta sa Mater Dei, li propju jgħaddi mill-Imsida flimkien ma' network sostenibbli għaċ- ċikliżmu li jgħaqqad l-Imsida ma' Tal-Pietà, il-Ħamrun, Birkirkara, il-Gżira u Ta' Xbiex. Irċevejna mijiet ta' kummenti ta' tifħir minn nies li emmnu u ħasbu li vera se jsir hekk. Dan jikkonferma kemm hawn għatx għall-bidla fid-direzzjoni għall-ippjanar sostenibbli, u mhux wieħed li jiffoka biss fuq il-karozzi. Meta ktibna li din kienet sempliċement ċajta, ħafna ddiżappuntaw ruħhom. Hija ħasra li l-affarijiet sbieħ fejn tidħol il-mobbilità huma meqjusa bħala ċajta f 'pajjiżna. Possibbli ma nistgħux inħarsu madwarna u naraw x'qed jagħmlu bliet u pajjiżi ta' miljuni ta' nies biex jiġġieldu t-traffiku b'mod ħolistiku? Viċin tagħna ġewwa Ċipru, il-gvern għadu kemm ħabbar proġett enormi għal tramm fuq l-art. Hawn xi ħadd li ġenwinament jemmen li flyover huwa postu f 'nofs l-Imsida? Għadna fiċ-ċans. Opportunità mitlufa Hawn xi ħadd li ġenwinament jemmen li flyover huwa postu f'nofs l-Imsida? OPPORTUNITAJIET GĦAL KARRIERA Sottomissjoni tal-Applikazzjoni JobsPlus Permit No. 337/2021 Il-kandidati prospettivi jrid ikollhom standard ta' edukazzjoni fil-livell tal-'O' Level u jridu jkunu għaddew mill- moduli 2, 3 u 4 tal-ECDL/ICDL. Is-salarju għall-kariga ta' Skrivan tal-Qorti huwa fi Grad 7 tal-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati. Abbażi tar- rati tal-2024, dan huwa ekwivalenti għal €15,487 fis-sena, li jiżdied b'inkrementi annwali ta' €350 sa massimu ta' €18,637. L-Iskrivani tal-Qorti li jkunu għadhom kif bdew jaħdmu jibdew mil-livell numru 3 ta' dan il-Grad, jiġifieri €16,187 fis-sena. Din il-kariga hija fuq bażi full-time indefinita u hija soġġetta għal perjodu ta' prova ta' sitt xhur. Il-kandidati jridu jkunu profiċjenti wkoll kemm fil-lingwa Maltija kif ukoll dik Ingliża. Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati Tista' tikseb aktar informazzjoni u deskrizzjoni tal-impjieg komprensiva billi tikkuntattja lill-Aġenzija dwar is-Servizzi tal- Qrati fuq recruitment.courts@courtservices.mt. Il-kandidati għandhom jissottomettu l-ittra ta' applikazzjoni tagħhom, il-kwalifiki u l-esperjenza tagħhom f'Format tal- Europass Curriculum Vitae, kopja taċ-ċertifikati skennjati rilevanti tagħhom u Ċertifikat validu tal-Kondotta tal-Pulizija permezz ta' email fuq recruitment.courts@courtservices.mt. L-applikazzjonijiet jagħlqu nhar il-Ġimgħa 10 ta' Mejju 2024 fis-13:00. SKRIVANI TAL-QORTI (IL-QRATI TA' GĦAWDEX) Eliġibilita`

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 28 April 2024