MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 5 May 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1520219

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

www.illum.com.mt €1.25 IL-ĦADD 5 TA' MEJJU 2024 • NRU 916 Kieku jkun hemm kura għall-kanċer, tkun ħafna iżjed aħjar għax lill-persuna m'intix qed ittelfilha iżjed opportunitajiet. Imma mingħajr riċerka, din il-kura ma tistax isseħħ. CRIHM.ORG Mireille Azzopardi, studenta li fieqet mill-kanċer. Il-każ tal-kafetterija fuq il-knisja tar- Raħal Ġdid PAĠNA 16 Sondaġġ mill-gazzetta oħt il- MaltaToday juri li l-astenzjoni ta' dawk li se jivvutaw żied b'mod radikali. Il- figura issa tmiss 71% mill-figura ta' 77% tal-aħħar sondaġġ. Imma minkejja li l-Labour naqas, il-PN ma żdiedx fil-voti. Is-sondaġġ sar qabel ma ħarġet l-aħbar li l-inkjesta dwar il-Vitals tlestiet u li Joseph Muscat ma kienx se jikkontesta fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Imma minkejja li qed jitlef, il-Labour xorta għandu maġġoranza assoluta ta' 51% tal-voti, 2 punti inqas mill-aħħar sondaġġ. Il-PN għandu 44%, punt iktar mill-aħħar darba. U skont is-sondaġġ 5% biss se jivvutaw għall-partiti ż-żgħar li jinkludu l-Imperium Ewropa, ADPD u kandidati indipendenti bħal Arnold Cassola. Il-Labour għandu bżonn jirbaħ it-23% ta' dawk li vvutawlu fl-elezzjoni tal-2022 li qed jgħidu li mhux se jivvutaw. Il-PN qed ikollu aktar ċans ta' suċċess li jżomm lil dawk li vvutawlu fl-2022. Infatti 83% ta' dawk li qalu li jivvutaw għall-PN fl-2022, qalu li se jerġgħu jivvutaw għall-PN ukoll. L-iktar reġjun fejn hemm Laburisti li qed jgħidu li mhux se jivvutaw huwa fix-Xlokk ta' Malta ddominat mill-irħula taż-Żejtun, Marsaxlokk u Marsaskala. Laburisti li qed jgħidu li mhux se jivvutaw żdied minn 25% għal 33%. Is-sondaġġ juri li l-Labour qed jirbaħ fi tliet reġjuni; ix-Xlokk, in-Nofsinhar tal- Port il-Kbir u Għawdex. Il-PN qed jiddomina fit-Tramuntana ta' Malta u b'daqsxejn vantaġġ (2 punti) fil- Punent fejn insibu l-irħula ta' Ħ'Attard u Ħaż-Żebbuġ. Minn lenti demografika, il-Labour mhux sejjer tajjeb ma' dawk li jdaħħlu inqas minn €1,000, imma mbagħad b'saħħtu ma' dawk li jaqilgħu bejn 3,001 u €4,000. Fuq l-€4,000, il-PN huwa rebbieħ. Sinjal inkwetanti għal-Labour huwa l-fatt li f 'kull età jibqa' rebbieħ, imma ma' dawk ta' 'l fuq minn 65 sena huwa inqas popolari mill-PN minħabba li l-Laburisti qed jgħidu li ma jridux jivvutaw. Wieħed irid jara x'se jiġri wara li l-Prim Ministru Robert Abela ħareġ jattakka dak li hu ddeskriva bħala l-establishment u kien iebes fil-konfront tal-Maġistrat Gabriella Vella li kienet il-ġudikant li għamlet l-inkjesta dwar il-Vitals. ARA PAĠNA 5 L-ebda ċaqliq fil-PN iżda tnaqqis t'appoġġ għall-PL 'Mhux qegħdin hawn biex noffru spalla lill- PN' - Robert Aquilina Inkwiet li Muscat jispiċċa l-ħabs jekk jittella' l-Qorti Minkejja s-suċċess tal-kawża tal-grupp Repubblika, il-Partit Nazzjonalista baqa' m'għamilx suċċessi kbar elettoralment. L-Eks President ta' Repubblika, Robert Aquilina, qal li l-appoġġ elettorali għall-Partit Nazzjonalista jrid jaħdem għalih il-Partit Nazzjonalista. AQRA L-INTERVISTA F'PAĠNI 6 U 7 L-ikbar uġigħ ta' ras għal Robert Abela bħala Prim Ministru hija jekk il-Qorti tiddeċiedi tibgħat l-Eks Prim Ministru Joseph Muscat il-ħabs meta jiġi mitlub jirrispondi għall-akkużi kontrih. Dan intqal lill- gazzetta ILLUM minn esperti tal-qorti li m'għandhom ebda konnessjoni mal-każ u mal-grupp Repubblika. "Il-ġudikant għandu jiddeċiedi jekk Joseph Muscat bħala Eks Prim Ministru jintbagħatx il-ħabs? Mhux se jkun mument faċli." qalilna avukat anzjan. IKOMPLI F'PAĠNA 5 Sondaġġ MaltaToday: Kif se tivvota fl-elezzjoni li ġejja? Muscat (lemin) mal-avukat tiegħu Charlon Gouder L-astensjoni fil-fortizzi Laburisti jkompli jikber • PL jilgħaba għar-raba' siġġu • Metsola u Agius Saliba fuq quddiem

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 5 May 2024