Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1520219
02 aħbarijiet IL-ĦADD 5 TA' MEJJU 2024 • illum TAURUS (IT-TAWR), MILL-20 TA' APRIL SAL-20 TA' ME JJU F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Taurus, għalik, l-istess Taurus huwa l-mument opportun sabiex twettaq dak li tant ilek taħseb. Issa se tkun mimli b'tant ħeġġa u determinazzjoni. Għalhekk, aħtaf din l-opportunità għal aktar stabbiltà. Iż-żodjaku li joffrilek direzzjoni pożittiva hu Libra. Namaste. GEMINI (IT-TEWMIN), MILL-21 TA' ME JJU SAL-20 TA' ĠUNJU F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Taurus, għalik, Gemini huwa l-mument li tagħraf aħjar il-ħajja personali tiegħek. Agħraf minn issa, ibni aktar pjanijiet profondi sabiex tagħraf tkattar lilek għal dak li hemm riesaq lejk u rrifletti. Iż-żodjaku li joffrilek direzzjoni pożittiva hu Sagittarius. Namaste. VIRGO (L-GĦODRA), MIT-23 TA' AWWISSU SAT-22 TA' SETTEMBRU F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Taurus, għalik, Virgo għandu jkun il-mument li jimliek b'aktar ħeġġa u determinazzjoni f 'dak kollu li tixtieq. Għalhekk, agħraf sew fejn verament tixtieq tasal. Aħtaf dan il-mument. Iż-żodjaku li joffrilek direzzjoni pożittiva hu Scorpio. Namaste. SAGITTARIUS (IL-QAWS), MIT-22 TA' NOVEMBRU SAL-21 TA' DIĊEMBRU F'din il-ġimgħa ta' żodjaku ta' Taurus, għalik, Sagittarius huwa dak il-mument li tagħraf aħjar lil dawk ta' madwarek. Hu mument tajjeb biex tagħraf aħjar il-kollegi tiegħek sabiex tkun tista' tkompli ttejjeb l-opportunitajiet għal dak li hemm meħtieġ. Iż-żodjaku li joffrilek direzzjoni pożittiva hu Leo. Namaste. AQUARIUS (IŻ-ŻIR), MILL-20 TA' JANNAR SAT-18 TA' FRAR F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Taurus, għalik, Aquarius huwa dak il-mument li ssib ħin għalik. Grazzi għal dan, int tista' tippjana aħjar dak li tixtieq verament, u għalhekk tajjeb li sib dan l-ispazju. Iż- żodjaku li joffrilek direzzjoni pożittiva hu Virgo. Namaste. Seba' vouchers ta' 7€ għalik L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta' €7 li jissarraf f 'kotba ppubblikati minn PaulJon. L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 9901 3600 se jinatgħaw voucher ta' €7 li jissarraf f 'Fitness Class ma' Graziella Miruzzi. Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna. L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon L-Oroskopju waqt iż-żodjaku ta' Taurus MILL-ĦADD 5 TA' MEJJU SAS-SIBT 11 TA' MEJJU LUIGI SGHENDO Waqt seduta parlamentari riċenti, il-Ministru tal- Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes żvela li l-Bord tal- Allokazzjonijiet fi ħdan l-Awtorità tad-Djar alloka 175 propjetà filwaqt li ġew iffirmati u ngħataw iċ-ċwievet għal 309 propjetajiet. Kienet il-Membru Parlamentari Nazzjonalista Graziella Attard Previ li staqsiet kemm ġew allokati, iffirmati kuntratti u ngħataw ċwievet għall-akkomodazzjoni soċjali fl- 2023. L-informazzjoni maħruġa minn Galdes tindika wkoll li l-iktar lokalitajiet li minnhom ġew trasferiti propjetajiet lil persuni kienu Ħal Qormi (14), il-Belt Valletta (11) u Birkirkara (10). B'kollox kien hemm 175 applikant li ngħata l-akkomodazzjoni soċjali fl-2023. Minn Għawdex, fir-Rabat kien hemm seba' applikanti, segwiti miż-Żebbuġ (tlieta) u Marsalforn, żewġ applikanti. L-Awtorità tad-Djar talloka 175 propjetà għall-familji Waqt seduta parlamentari, il-Ministru Roderick Galdes ta rendikont tal-ammont ta' familji li qed jibbenefikaw minn akkomodazzjoni soċjali "L-Avukat Ġenerali għandha minnufih tippubblika l-inkjesta Vitals biex il-poplu Malti u Għawdxi jkun infurmat x'ikkonkludiet l-inkjesta dwar l-akbar frodi fl-istorja politika ta' pajjiżna," il-partit qal is- Sibt. Il-PN akkuża wkoll lill-Prim Ministru u l-Ministru għall-Ġustizzja li huma għandhom aċċess għall- inkjesta Vitals u qed jużaw dak li jafu għal skopijiet politiċi u elettorali. "L-inkjesta Vitals spiċċat għand l-establishment ta' Kastilja bis-saħħa tal-Avukat Ġenerali li ilha s-snin tiġi kkontrollata minn Kastilja u toqgħod għal dak kollu li jgħidu l-Prim Ministru u l-Ministru għall- Ġustizzja," il-PN insista. Huwa fakkar li l-Qorti Kostituzzjonali diġà sabet lill-Avukat Ġenerali ħati ta' ksur tal-liġi u tad-drittijiet fundamentali ta' Adrian Delia, dak iż-żmien Kap tal- Oppożizzjoni, meta rriuta li tagħtih kopja sħiħa tal- inkjesta Egrant u dan minkejja li l-Avukat Ġenerali kien diġà għaddiet kopja tagħha lil Joseph Muscat, lill- avukat Pawlu Lia u lill-Ministru għall-Ġustizzja. "Il-Partit Nazzjonalista mhux ser jaċċetta u jippermetti li din is-sitwazzjoni terġa' tirrepeti ruħha u għalhekk qiegħed minn issa pubblikament jagħmilha ċara li lest jieħu l-azzjonijiet kollha disponibbli għalih skont il-liġijiet ta' pajjiżna biex il-poplu Malti u Għawdxi jkollu f 'idejh kopja tal-inkjesta Vitals." Il-PN jhedded b'azzjoni legali jekk l-AĠ ma tippubblikax l-inkjesta Vitals