MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 5 May 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1520219

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 5 TA' MEJJU 2024 AVVIŻ GĦAL SEJĦA GĦALL-PROPOSTI TA' PROĠETTI TAĦT Il-PROGRAMM TA' ŻVILUPP RURALI (PŻR) GĦAL MALTA 2014-2022 Il-Ministeru responsabbli għall-Fondi Ewropej jixtieq iħabbar li se jiġu mnedija sejħiet għall-proposti ta' proġetti kif indikat hawn taħt: Miżura 1.1: Appoġġ għat-taħriġ vokazzjonali u azzjonijiet favur l-akkwist tal-ħiliet. Miżura 3.1: Appoġġ appoġġ għal parteċipazzjoni ġdida fi skemi ta' kwalità. Miżura 3.2: Appoġġ għall-attivitajiet ta' informazzjoni u promozzjoni implimentati minn gruppi ta' produtturi fis- suq intern. Is-sejħiet jagħlqu il-Ħamis 6 ta' Ġunju 2024, f'nofsinhar. Il-formola tal-applikazzjoni tista' titniżżel onlajn mis-sit https://fondi.eu/what-funding-is-available/ u tintbagħat fuq l-indirizz elettroniku fuq rdsubmissions.mees@gov.mt . Min jixtieq japplika huwa mistieden jirreferi għal-Linji Gwida tal-Miżuri biex jikkonferma il-proposti huma eliġibbli għall-finanzjament taħt dawn is-sejħiet. Aktar informazzjoni dwar dawn is-sejħiet, kif ukoll dwar il-PŻR, tista' tinkiseb mis-sit elettroniku https://fondi.eu/ . Mistoqsijiet jistgħu jintbagħtu fuq l-indirizz elettroniku fondi.eu@gov.mt jew fuq in-numru 2779 7300. Ser tiġi organizzata sessjoni ta' informazzjoni fil- Oaks Business Centre, Triq Farsons, Hamrun (uffiċċju tal-Awtorità ta' Ġestjoni). Is-sezzjoni ser issir nhar I-Ġimgħa 17 ta' Mejju 2024 fl: 10am - Miżura 1.1: Appoġġ għat-taħriġ vokazzjonali u azzjonijiet favur l-akkwist tal-ħiliet. 12:30pm – Miżura 3.1: Appoġġ appoġġ għal parteċipazzjoni ġdida fi skemi ta' kwalità. U Miżura 3.2: Appoġġ għall- attivitajiet ta' informazzjoni u promozzjoni implimentati minn gruppi ta' produtturi fis-suq intern Irreġistra għas-sessjoni t'informazzjoni billi taċċessa l-QR Code t'hawn taħt. Malta żammet prezzijiet medji tal-gass fid- djar baxxi ta' €3.30 għal kull 100 kWh LUIGI SGHENDO Skont informazzjoni maħruġa mill-Eurostat, Malta kienet fost il-pajjiżi bl-inqas prezzijiet medji tal-elettriku fid-dar €12.80/100 Kwh. Fid-dawl tal-gwerra tal- aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, l-Unjoni Ewropea rat żieda qawwija fil-prezzijiet tal-elettriku u tal-gass fl-2022. Madankollu, statistika riċenti mill-Eurostat tindika li fit-tieni nofs tal-2023 ġie nnutat tnaqqis kemm fl-elettriku, kif ukoll fil-kontijiet tal-gass f 'diversi pajjiżi tal-UE. Il-prezzijiet medji tal-elettriku tad-dar fl-UE naqsu għal €28.5 għal kull 100 kWh fit-tieni nofs tal-2023, meta mqabbla ma' €29.4 fl-ewwel nofs, żieda żgħira mit-tieni nofs tal-2022, fejn il-prezzijiet kienu ta' €28.4 għal kull 100 kWh. Bl-istess mod, il-prezzijiet medji tal-gass għad-djar naqsu għal €11.3 għal kull 100 kWh fit-tieni nofs tal-2023, 'l isfel minn €11.9 fl-ewwel nofs. Fost il-pajjiżi tal-UE, 13 irrappurtaw tnaqqis fil-prezzijiet tal-elettriku tad-dar, filwaqt li l-bqija esperjenzaw żieda. Pajjiżi li kellhom l-ogħla rati ta' tariffi jinkludu l-Ġermanja, l-Irlanda u l-Belġju, b'ċifri li laħqu €40.2, €37.9, u €37.8 għal kull 100 kWh, rispettivament. F'termini ta' prezzijiet tal-gass, il- Litwanja rat l-akbar żieda, filwaqt li l-Greċja esperjenzat l-aktar tnaqqis. Id-Danimarka rrappurtat l-ogħla tnaqqis fil-prezzijiet tal-gass fost il- pajjiżi tal-UE, li jikkuntrasta maż- żieda fil-prezz tal-elettriku. Malta żammet prezzijiet medji tal-gass tad-dar relattivament baxxi, li kienu ta' €3.30 għal kull 100 kWh, flimkien mal-Ungerija u l-Kroazja. Bil-maqlub, l-Iżvezja, l-Irlanda u l-Pajjiżi l-Baxxi kellhom l-ogħla prezzijiet tal-gass, u laħqu €20.7, €16.4, u €24.8 għal kull 100 kWh, rispettivament. Eurostat: Malta fost il-pajjiżi bl-orħos kontijiet tad-dawl F'rapport estensiv, Digitalisation in Europe – 2024 edition, Eurostat studjat il-progress tad-diġitalizzazzjoni madwar l-Unjoni Ewropea. Jispikka kif f 'diversi indikaturi, Malta tinsab fuq quddiem nett. Fost l-oħrajn jirriżulta li waqt li anqas minn 56% taċ-ċittadini Ewropej m'għandhomx ħiliet diġitali bażiċi jew aktar, f 'Malta l-proporzjon huwa ta' aktar minn 63%. Fil-pajjiż ġar tagħna, l-Italja, il-proporzjon huwa ta' anqas minn 46%, mentri fil-Ġermanja dan ilaħħaq għal 52% u fi Franza anqas minn 60%. Fil-fatt huma biss ħames pajjiżi fiż-żona ewro fejn hemm aktar proporzjon għoli ta' nies b'ħiliet diġitali aħjar minn pajjiżna. Dan joħroġ ukoll b'mod ċar mill-indikatur tal-intensità diġitali tan-negozji f 'pajjiżna. Malta għandha l-akbar proporzjon ta' azjendi b'intensità diġitali għolja ħafna. Dan hekk kif 11.4% tan-negozji jużaw b'mod intensiv it-teknoloġija diġitali, bħall-Intelliġenza Artifiċjali, l-użu ta' big data u cloud computing. Madwar l-Unjoni, il-medja hija ta' 5%, jew anqas minn nofs dik ta' pajjiżna. Dan filwaqt li mentri kważi erbgħa minn kull għaxar azjendi fl-Unjoni Ewropea rrappurtaw użu baxx ħafna ta' teknoloġiji diġitali, f 'pajjiżna dan il- proporzjon huwa nofs il-medja Ewropea. B'kuntrast, f 'pajjiżi bħar-Rumanija u l-Bulgarija huma sebgħa minn kull għaxar azjendi f 'din is-sitwazzjoni. Waqt li madwar l-Unjoni, 8% tal-kumpaniji jużaw l-Intelliġenza Artifiċjali, f 'Malta l-proporzjon huwa ta' aktar minn 13%, jew darba u nofs il-medja. In-negozji Maltin huma wkoll l-aktar li jużaw il-media soċjali b'rata ta' 87%, kontra anqas minn 48% fl- Italja jew 61% fil-Ġermanja. Fost iż-żgħażagħ Malta għandha t-tieni l-ogħla użu ta' servizzi ta' e-government, b'rata kważi d-doppju tal-medja Ewropea. Malta għandha wkoll l-akbar proporzjon ta' familji li d-dar għandhom smart appliances bħal smart tvs, game consoles jew smart speakers, b'89% kontra medja ta' 64% madwar l-UE. In-negozji f'Malta bl-akbar użu ta' teknoloġija diġitali avvanzata fl-UE Fid-dawl tal-gwerra tal-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, l-Unjoni Ewropea rat żieda qawwija fil- prezzijiet tal-elettriku u tal-gass

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 5 May 2024