Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1520219
aħbarijiet IL-ĦADD 5 TA' MEJJU 2024 • illum 04 Tliet nisa jammettu fil-Qorti li bidlu l-indirizz għas-Siġġiewi avolja ma jgħixux hemm Il-Qorti tisma' kif il-binja Silvio Parnis fis-Siġġiewi, li għada ġebel u saqaf, diġà għandha numru ta' abitati rreġistrati fiha, minkejja li dawn jgħixu f'irħula oħra MARIANNA CALLEJA Tliet nisa, minn 99, irreġistrati f 'akkomodazzjoni soċjali fis- Siġġiewi, ammettew fil-Qorti kif huma mhux jgħixu hemm. Fil-Qorti, matul il-ġurnata tal- Ġimgħa, beda jinstema' l-każ li l-Partit Nazzjonalista fetaħ. Huwa akkuża lill-Partit Laburista li rreġistra kważi mitt resident fi proġett ta' akkomodazzjoni soċjali fis-Siġġiewi li għadu qed jinbena. Fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali tal-2019, il-Partit Laburista rebaħ is-Siġġiewi għall-ewwel darba fl-istorja tal-elezzjonijiet lokali, b'vantaġġ ta' 70 vot. Min-naħa tiegħu, il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Roderick Galdes, ċaħad kollox u akkuża lill-gazzetta oħt, MaltaToday, b'tgħawwiġ tal-fatti. "Din l-ispin li qed tipprovaw tagħmlu, bħala MaltaToday ... hemm proċeduri li inti trid tgħaddi minnhom, trid iddaħħal id-dawl u l-ilma, trid tagħmel kuntratti," huwa qal f 'kumment din il-ġimgħa. Minkejja rapport dettaljat tal-istess gazzetta, b'evidenza li 73% tal-persuni inkwistjoni jiġu mid-distretti li fihom jikkontesta hu, Galdes baqa' jiddefendi l-pożizzjoni li ħa. It-tliet nisa li xehdu l-Ġimgħa spjegaw kif il-binja għadha mhijiex abitabbli u għalhekk s'issa għadhom jgħixu f 'lokalità oħra. Żewġ nisa qalu li bħalissa qed jgħixu Ħal Qormi mal-ġenituri tagħhom, filwaqt li t-tielet mara qalet li qed tgħix f 'post mikri San Ġwann. Tnejn minn dawn in-nisa qalu wkoll li huma single mothers. Il-Qorti semgħet ukoll kif kellha tixhed ir-raba' persuna, raġel, li maħsub li qed jgħix l-Imġarr, iżda dan ma tfaċċax. Iżda meta l-marixxal mar ifittxu, huwa ma nstabx, la fir-residenza tiegħu fl- Imġarr u lanqas fis-Siġġiewi. In-nisa spjegaw kif persuna li ma jafux, bagħtet għalihom biex jimlew formola ħalli jbiddlu l-indirizz tagħhom għall-binja "Silvio Parnis" fis-Siġġiewi. Tnejn min-nisa qalu li l-persuna li ġie kien mill-housing. Waħda min-nisa qalet li ġiet mitluba tibdel l-indirizz biex tkun tista' tapplika għad-dawl u l-ilma fid-dar ġdida tagħha. Fil-Qorti xehdu wkoll is- Segretarju Ġenerali tal-PN Michael Piccinino u l-Kunsillier Nazzjonalista fis-Siġġiewi Julian Borg li kkonfermaw li l-binja fis- Siġġiewi hija vojta u mhux f 'post li jgħixu fiha n-nies. Il-Partit Nazzjonalista qed jargumenta li min għandu dritt jivvota, għandu jagħmel dan biss skont id-distrett li huwa s-soltu jgħix fih, skont kif inhu mitlub fl- Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali. Spjegaw kif fl-aħħar reġistru elettorali deher li kien hemm 99 persuna rreġistrata fil-binja, minkejja li għadha ġebel u saqaf. Il-Maġistrat Kevan Azzopardi qed jippresiedi l-kawżi. Il-każ ikompli l-Ħamis li ġej. Fil-ġimgħat li ġejjin, aktar persuni huma mistennija jixhdu quddiem il- Maġistrat Kevan Azzopardi. L-Avukati Karol Aquilina u Joseph Grech qed jirrappreżentaw lill-Partit Nazzjonalista. L-Avukati Pawlu Lia u Ramona Attard qed jirrappreżentaw lill- Partit Laburista. Huwa ċar li fil-binja għad hemm ħafna xogħol għaddej u l-appartamenti għadom inabitabbli

