MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 26 May 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1521305

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 11

11 kultura IL-ĦADD 26 TA' MEJJU 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Is-Snin li Tħoss, minn Clare Agius, fit-Teatru Astra Ħbiberiji, uġigħ tal-qalb, imħabba, vjaġġar, avventura, karriera, familja… Dik hi l-ħajja hux? Sensiela ta' mumenti u riti ta' passaġġ seminali li jsawru l-identità tagħna hekk kif ninnavigaw il-ħajja. L-età hija aktar minn sempliċi numru, hija sensazzjoni li tħoss. Hekk kif jgħaddi ż-żmien, nagħmlu l-almu tagħna biex ingawdu l-ħajja, filwaqt li niġġieldu maċ-ċansijiet li ma jieqfu qatt biex intejbu t-triq li ninsabu fiha. "Age is a Feeling" ta' Haylee McGee kisbet reċensjonijiet eċċezzjonali fl-Edinburgh Fringe Festival u t-Teatru Soho, kif ukoll ġiet innominata għall-Olivier Award fl-2023. Id-dramm issa qed jiġi tradott għall-Malti minn Clare Azzopardi għal premiere speċjali ġewwa t-Teatru Astra. "Is-Snin li Tħoss" hija produzzjoni ta' Udjenza taħt id-direzzjoni ta' Toni Attard, spettaklu solo bil-prestazzjoni ta' Clare Agius, dramm li jsegwi l-vjaġġ tal-ħajja ta' persuna tul iż-żmien b'sens ta' ħlewwa, intelliġenza, onestà u vulnerabbiltà. Aqta' biljett minn showshappening.com. Sensiela ta' mumenti u riti ta' passaġġ seminali li jsawru l-identità tagħna Lesti ruħek għal esperjenza teatrali unika miġjuba lilek mill-istudenti bravissimi tat- tieni sena fi ħdan il-kors tal-arti performattiva fl-MCAST. Il-produzzjoni, miktuba mill- pinna żagħżugħa ta' Luke Chappell, bil-gwida tad-Direttur veteran Tyrone Grima, twiegħed mumenti emozzjonali iżda wkoll ta' ħsieb. Il-produzzjoni se ssegwi wkoll id- debutt f 'Malta tal-artista Kanadiża Paige Allerton. L-istorja timxi wara eo, li bejn il-mewta tal-għażiż ħuh u l-vizzju tad-droga, qed jgħaddi minn żmien pjuttost diffiċli. Iżda l-produzzjoni mhux biss dwejjaq u swidija, għax minkejja s-suġġett, il-produzzjoni tara wkoll frott it-tama, l-ispiritwalità, u r-reżiljenza. Immarka l-kalendarju għall-uħ ta' din il-produzzjoni fil-Knisja tal- Ġiżwiti, nhar l-14, 15 u 16 ta' Ġunju fit-8:30pm. Il-biljetti jistgħu jinqatgħu mis-sit showshappening.com. A Better Life: Dramm ġdid mill-Istudenti tal-MCAST Immarka l-kalendarju għall-ftuħ ta' din il-produzzjoni fil-Knisja tal-Ġiżwiti, nhar l-14, 15 u 16 ta' Ġunju fit-8:30pm.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 26 May 2024