MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 26 May 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1521305

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 11

Carmel Cacopardo 09 editorjal IL-ĦADD 26 TA' MEJJU 2024 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt L il hinn mir-regħba infinita ta' bosta ditti, personalitajiet u kumpaniji, hemm l-Istat. Aħna qatt ma konna sottoskritti mal- ħsieb anti-Laburista u jew inkella ngħidu li dak kollu li huwa Labour huwa ħażin. Imma ma nistgħux nargumentaw għax Muscat għamel mirakli ekonomiċi jew inkella ġab riformi soċjali u fil-qasam tal-ġeneru, mela jfisser li dawn huma dnubiet żgħar u jgħaddu mal-oħrajn. Dawn mhumiex dnubiet żgħar. Dawn huma dnubiet kbar li mhux biss iħassru kull tajjeb li seta' għamel Muscat imma jħassru kull tip ta' fiduċja li stajna kellna f 'dan ir-raġel. Infatti ma nistgħux nifhmu kif hawn min qed jiddefendih, jew agħar minn hekk qed jistiednu biex jitkellem fl-attivitajiet politiċi tiegħu. Għax dan mhux każ ta' revolving doors, fejn politiku joħroġ mill-politika u jintefa' man-negozjanti jdawwar lira sew. Dan hu każ ta' persuna li qed jgħid li ma kienx jaf kemm qed iħawdu u jgerfxu Schembri u Mizzi. Meta nafu li dawn it-tnejn kienu nies ta' fiduċja li anke meta kien ġie mikxuf b'dak li kienu qed jagħmlu bil-kontijiet fil-Panama, baqgħu sejrin u jgħaffġu. Inkredibbli. U meta Muscat kien ġie mistoqsi għalfejn ma neħħihomx, fi żmien il-Panama kien irrisponda li kellu bżonnhom għall- proġetti li hawn fil-pajjiż. Mhux hekk! Il-verità hi li aktarx Muscat ma setax ineħħihom għax kien jaf x'qed jiġri minn wara l-kwinti. U kien jaf x'inhuma jagħmlu. L-inkjesta Vella turina bl-iktar mod ċar kif dawn in-nies welldu strutturi biex jibbenefikaw huma bl-għajnuna ta' bosta nies. U huma kienu jafu li sewwa VITALS u sewwa Steward kienu ħallelin u ma għamlu xejn. Anzi ħallew kollox għaddej. B'li rajna f 'dan is-settur nitkexkxu x'jista' jkun hemm fi proġetti kbar jew setturi, bħal pereżempju t-toroq, l-ippjanar, tenders ... fejn għaddew flejjes kbar u s-sehem jew parteċipazzjoni ta' politiċi oħra f 'maniġġi illegali. Alla biss jaf x'hemm, imma li nafu hu li ż-żejt dejjem jitla' f 'wiċċ l-ilma. Il-Partit Laburista għandu storja twila, u bla dubju kkontribwixxa ħafna għal dan il-pajjiż, imma l-PL għamel ħniżrijiet kbar ukoll u b'mod ripetut wera li bejn kliem u fatti hemm baħar jikkombatti. Il-ħasra hi li alternattiva politika bħalissa m'hemmx. Imma ma jfissirx li ma jistax ikun hemm alternattiva xi darba. Qatt ma konna naħsbu li naslu biex nistaqsu jekk verament l-Istat huwiex l-Istat tal-Mafia. B'dak li qed naraw, jidher li r-risposta hija ċara u tonda. L-Istat tal-Mafia, iva jew le?

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 26 May 2024