MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 2 June 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1521708

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 15

Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 2 TA' ĠUNJU 2024 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Brussell verament huwa 'l bogħod mir- realtajiet ta' pajjiżna. Min-naħa l-oħra, il-vot ta' nhar is-Sibt huwa opportunità biex in-nies, jew jagħtu l-appoġġ lill-partit tagħhom, jew lil xi kandidat, jew inkella jipprotestaw kontra l-Gvern. Hemm oħra, il-kwalità tal-kandidati għall-Ewropa mhumiex ta' xi livell għoli ħafna. Hemm xi wħud minnhom li ma nafx kif ma jindunawx li mhumiex denji jkunu fix-xena politika. Oħrajn huma qishom pappagalli, mingħajr moħħ, jirrepetu d-diska tal-partit tagħhom b'arroganza u ardir. Vot ta' appoġġ jinbet minn sens ta' apprezzament għall-politika ta' dak li jkun. U minn dawn insibu qalba ta' votanti li jibqgħu leali minkejja kollox. Imbagħad hemm dawk li fis-silenzju tagħhom huma rrabjati jew imdejqa għal sitwazzjonijiet partikolari. Nistgħu nniżżluhom f 'ordni mhux partikolari: 1) l-arroganza politika; 2) il-korruzzjoni u r-regħba; 3) l-ambjent u l-kostruzzjoni; 4) it-traffiku; 5) il-barranin; 6) is-servizzi pubbliċi; 7) l-inflazzjoni; 8) ix-xogħol. Imbagħad hemm iż-żewġ mexxejja, Robert Abela u Bernard Grech. It-tnejn urew determinazzjoni fil-kampanja. Imma t-tnejn baqgħu mwaħħlin fl-istess post mingħajr ebda appoġġ ġdid. Abela aħar bil-kisbiet ekonomiċi, ħaġa li tinteressa n-nies, u wera simpatija ċara għal Muscat. Din tal-aħħar tista' ddur kontrih. Grech, min-naħa l-oħra, u bir-raġun iffoka fuq l-eżitu tal-inkjesta Vitals. Imma apparti ż-żewġ mexxejja kien hemm l-attivitajiet tal-kandidati primi, fosthom ta' Metsola, li organizzat attivitajiet mingħajr il-preżenza ta' Bernard Grech u kellha attendenza iktar milli kieku jkollu Grech. Mhux ċar għalfejn il-PN u Metsola ma użawx lil xulxin f 'din il-kampanja. Mill-indipendenti, l-iktar li spikka u li kellu ċarezza kien Arnold Cassola, imma dan għandu d-difett kbir li mhux partit u jidher waħdu bid-differenza minn partiti oħra li mbagħad għandhom il-problema ta' nuqqas ta' ċarezza politika u kelliema kapaċi. Il-kampanji ma kellhomx xi fattur wow. U ma kienx hemmx hemm xi ħaġa li tiddistingwi waħda mill-oħra. Huwa diffiċli li nagħmlu pronostiku ta' x'se jiġri. Imma huwa ċert li se jkun hemm numru mdaqqas ta' nies li mhux se jivvutaw. Se jkun hemm distakk bejn il-PL u l-PN, imma komplessivament se jkun hemm aktar nies li, jew ma jivvutawx, jew jivvutaw għall-PN u l-partiti Indipendenti. Dan ifisser li Bernard Grech jibqa' kap tal-PN, Metsola tmur lura Brussell u Abela jibqa' jmexxi bħalma hu mistenni. Imma l-problemi li semmejna fil-bidu ta' dan l-editorjal mhux se jisparixxu. Anzi se jaggravaw u magħhom l-oppożizzjoni mis- soċjetà ċivili. Alla biss jaf x'se jiġri wara l-elezzjoni tas- Sibt li ġej! X'se jiġri wara l-vot tas-Sibt?

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 2 June 2024