MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 2 June 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1521708

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

Dan l-aħħar, ġo teatru lokali, sar il-wiri ta' seba' films qosra tad-Direttur Bruce Micallef Eynaud, bl-isem ta' "Son Of God and Other Strange Tales". L-għan ewlieni ta' din l-attività kien biex id- direttur jiġbor biżżejjed flus biex ikun jista' jissottometti dawn il-produzzjonijiet ġo festivals barra minn xtutna, speċjalment, ħalli jkollu għarfien minn numru kbir ta' spettaturi, l-aktar minn dawk intiżi fit-teknika u l-ħdim tal- films. Wara, beħsiebu jġibhom online fi żmien sena jew aktar. Bħalissa, ix-xogħol tas-Sur Micallef Eynaud hu li jidderieġi reklami kummerċjali għat-TV u jkompli jaħdem aktar films qosra fil-ħin liberu tiegħu biex iżjed jirfina t-teknika tiegħu f 'dan ix-xogħol bit-tama li jkun jista' jidderieġi films normali. Mill-kwalità artistika ta' dawn il-films jien konxju li għad jista' jilħaq il-ħolma ewlenija li għandu! "Son Of God and Other Strange Tales" hija kumpilazzjoni ta' seba' films qosra tal-ġeneru tal-biża'/ thrillers b'andament eċitanti u anki sorprendenti f 'xi waqtiet. Dawn huma kollha miktubin, prodotti, u diretti minnu. Minn wieħed għall-ieħor ikun hu stess li jintroduċihom, b'mod mhux konvenzjonali u pjuttost umoristiku. It-taħlita ta' ġeneri esebiti tikkonsisti fi stejjer primarjament tal- biża', oħrajn ta' iħirsa, ħolm ta' twerwir, thrillers psikoloġiċi u anki laqta' ta' xjenza fittizja. Fil-maġġoranza ta' dawn il- films jinfiltra fil ta' umoriżmu oskur. Min-naħa tiegħi, li ili snin twal affaxxinat u ddedikat għaċ-ċinema, innotajt fihom sekwenzi qosra li fakkruni f 'mumenti ta' films tal-passat u ninsab żgur li d-direttur mhux konxju tagħhom, ħlief ġo wieħed minnhom li se nsemmih aktar 'il quddiem. "Son Of God and Other Strange Tales" ikopri dawn ix- xogħlijiet: The Critic (2022): Dan il- film mimli b'atmosfera tetra hu ambjentat ġo ċinema. Wieħed kritiku aħrax, li jħobb imaqdar għal kull xejn, jattendi għall- wiri ta' films qosra u malajr isib ruħu f 'sitwazzjoni ta' twerwir u iżolament. F'mument minnhom dan fakkarni f 'sekwenza ta' "The Kentucky Fried Movie" (1977), satira umoristika ta' diversi films differenti fosthom dawk tal-biża'. Amy (2023): Amy hija vuċi tal-kompjuter/smartphone li tieħu grazzja ma' Dave, li għandu l-maħbuba umana tiegħu. Din il-forma rivoluzzjonarja tal-Intelliġenza Artifiċjali bil- mod il-mod tiddomina l-ħajja tal-kreatur tagħha u ġġibu f 'estremità li ma jafx kif se jirreaġixxi jew lil min se jagħżel. Hawn jidher ovvju li d-direttur kien ispirat mill-film "Her" (2013) tad-Direttur Spike Jonze, dwar kittieb riservat u mistħi li jinkaram wara l-leħen ta' sistema ta' intelliġenza artifiċjali li xtara. Son Of God (2023): Dan hu dwar qassis li qed jiġuh dubji dwar il-vokazzjoni tiegħu waqt li qed ikun itturmentat mill- maħbub ħabib tiegħu biex jisraq pittura prezzjuża ta' wiċċ Kristu li tinsab fil-knisja tiegħu u bil-flus imorru ġita flimkien. Is-sens ta' ħtija jibda jagħfas bil-kbir fuqu. Dan hu l-uniku film bil-Malti u bis-sottotitli bl- Ingliż. Lake Como (2023): Koppja żagħżugħa jmorru lejn Lake Como fl-Italja, fejn minflok jiddevertu se jsibu destin kiefer u oskur jistenniehom. The Soapbox (2020): Virus ġdid perikoluż jaħkem fuq żagħżugħ li jibda jiddubita mis-sanità tiegħu. Hawn, il- lockdown tal-Covid-19 meta kienet fl-eqqel tagħha, ispirat lid-direttur jaħdem dan il-film fil-perjodu propizju. Mummy's Boy (2020): Bniedem devot ħafna lejn ommu marida 'gravi' u forsi wkoll iddominat bis-sħiħ minnha, iġib waħda biex tieħu ħsiebha. Din m'għandhiex l-iċken idea għal xiex dieħla. B'xi mod ifakkar fil-kapolavur tal-biża' u t-twerwir ta' Alfred Hitchcock, "Psycho" (1960) u xi xogħlijiet oħra ta' terrur. The Inner Voice (2018): Bruce Micallef Eynaud ħadem dan il-film meta kien għadu l-Università. Psikologu ċelebri jkollu vista minn mara transgender li fuqha għandha sigriet li qed jitturmentaha. Għandu finali sorprendenti! Nista' faċilment insostni li dawn il-films kollha għandhom andament li jinteressak u ġieli b'finali li ma tobsrux. Attentat verament tajjeb minn direttur li jidher intiż f 'xogħlu u li jixraqlu inkoraġġiment! 14 films IL-ĦADD 2 TA' ĠUNJU 2024 • illum Carmel Bonnici Festival ta' films qosra SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp tit jew wisq imsaħħab bil- ħalbiet tax-xita li jsir pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fix-xita Riħ Punent Majjistru forza 5 għal 6 lokalment forza 6 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp tit imsaħħab li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ Viżibilità Moderata għal tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Mil-Lbiċ forza 4 għal 5 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA The Critic Lake Como Amy The Soapbox Son of God The Inner Voice

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 2 June 2024