MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 9 June 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1522079

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 15

10 aħbarijiet IL-ĦADD 9 TA' ĠUNJU 2024 • illum opinjoni I l-ktejjeb Teżori moħbija fil-kolleġġjata ta' San Lawrenz u l-inħawi tal-madwar Il-Bir- gu citta' Vittoriosa ħareġ minn Ġorġ Agius għall-Open Weekend li kellu jsir fil-Knisja Parrokkjali ta' San Lawrenz meqjusa bħala ġawhra ta' din il-belt marittima. Din il-knisja serviet bħala l-Knisja konventwali tal-Ordni u tal-Ink- wiżituri. Il-knisja hija mżejna b'diversi paramenti sagri iżda ntilfu bosta oġġetti matul it-Tieni Gwerra Dinjija. L-Arċipriet Kanonku Carmelo Busuttil tana opportunità mill- isbaħ biex inżuru dawn l-oġġetti ta' valur storiku kbir, fosthom l-Awla Kapitulari jew aħjar is- Sala li tilqa' l-Kapitlu, il-Mużew tal-Parroċċa u l-Oratorju tal-Kurċifiss li nbena 300 sena ilu. Hemm ukoll erba' kripti li jintużaw għad-dfin u l-Kampnar Qadim tal-Knisja. Jeħtieġ li rroddu ħajr ukoll lill-Kunsill Lokali tal-Birgu, il- Fondazzjoni Kottonera u għadd kbir ta' entitajiet u kumpaniji oħra u ma ninsewx għadd kbir ta' volontiera mill-knisja li taw sehem kbir. Għandna messaġġ mis-Sindku s-Sur John Boxall li jagħraf is- sehem kbir ta' din il-Belt rebbieħa u glorjuża fil-ġrajja storika ta' pajjiżna. Qalilna li l-Birgu u l-Parroċċa huma marbutin flimkien għaliex għadd kbir ta' funzjonijiet reliġjużi saru hawn. Din l-attività qed toffri opportunità sabiex wieħed ikun jista' jżur dawn ir- rikkezzi u oġġetti oħra storiċi fil-qasam kollu tal-Knisja. Hu ħeġġeġ u stieden lill-Maltin u lill- Għawdxin kollha biex ma jitilfux din il-ġrajja stupenda tal-Knisja Parrokkjali u tat-toroq dojoq u mserrpin li jpaxxuk bil-ġmiel tagħhom. Għandna messaġġ miċ- Chairman tal-Fondazzjoni Kottonera s-Sur Joe Mizzi li qed imexxi din il-Fondazzjoni li tagħraf il-valuri kulturali u edukattivi f 'postijiet storiċi bħal knejjes u mużewijiet. Qalilna li din il-ġrajja toffrilna opportunità mill-aqwa biex inżuru dawn it-teżori artistiċi tal-istorja tal-knisja ta' San Lawrenz. Wirjiet bħal dawn jiġbdulna l-apprezzament u jnisslu fina sens kbir ta' mħabba. Għandna messaġġ ieħor mill- kordinatur is-Sur Lawrence Ellul li ħeġġeġ lin- nies biex iżuru dan il-wirt kbir moħbi. Dawn huma wħud mit-teżori moħbija: Hemm sett ta' paramenti sagri li ngħataw mill-Gran Mastru Pierre d'Aubussan lill- knisja Konventwali tal-Ordni meta din kienet għadha f 'Rodi. Dawn jikkonsistu fi pjaneta, żewġ dalmatiċi u kappa. Dawn huma meħjuta mill-bellus ħadrani u rrakkmati b'disinji delikati tal-ħarir imlewwen. Juru xbihat mill- Passjoni ta' Sidna Ġesu Kristu, mill-ħajja tal-Madonna, tal- Appostli u tal-Qaddisin fosthom San Lawrenz. Saru fl-aħħar nofs tas-seklu ħmistax u huma ta' valur imprezzabbli għax huma rari. Dan il-Gran Mastru mexxa l-Ordni bejn l-1476 sas-sena 1503. Ix-xbieha ta' San Lawrenz irrakkmata hija l-eqdem waħda ddedikata lilu li nsibu fil-knisja tal-Birgu. Għandha wkoll salib tal-fidda u l-ħaġar prezzjuż ingassat fih li nġieb Malta mill-Kavallieri nfushom wara li telqu minn Rodi fis-sena 1530. Dan is-salib tal-ġurament għandu it trab madwaru li kien inġabar mill-Art Imqaddsa fejn għex Kristu u fejn bdiet l-Ordni ta' San Ġwann. Jingħad li l-Gran Mastri wara l-ħatra tagħhom kienu jieħdu l-ġurament solenni tagħhom. L-aħħar Gran Mastru li ħa l-ġurament fil-knisja ta' San Lawrenz kien Pietro del Monte fit-28 ta' Awwissu, 1568. Minkejja li s-sede tal-Gran Mastri marret fil- Belt Valletta, xorta l-Gran Mastri baqgħu jagħmlu d-daħla solenni tagħhom fil-knisja ta' San Lawrenz u kien jitkanta t- Te Deum bħala innu ta' radd il-ħajr u wara kien ukoll iqim ir-relikwi tal-Qaddis Lawrenz fil-knisja. Insibu ċensier ieħor miġjub minn Rodi li kienu jużawh waqt il-funzjonijiet liturġiċi li sar fis-seklu ħmistax u għandu skutella ta' seba' ċentimetri għolja b'dijametru tal-istess qies. Insibu erba' kripti għad-dfin fejn waħda kienet tas-sodalità tal-kleru, filwaqt li l-oħrajn kienu tal-fratellanza ta' San Ġużepp, ta' Santa Katerina u tas-Santissimu Kurċifiss. Għandna kalċi tal-bidu tas-seklu sittax magħmul mit-tazza tal-fidda maħsula bid-deheb bil-bażi forma ta' ura b'sitt petali. Dan ir-rigal ingħata mill-Kavallieri lill-Kappella tan-Natività fil-Forti Sant Anġlu. Insibu l-Missarium Liber Primus tal-kompożitur Ġwanni Perluigi da Palestrina fl-Arkivji Kapitulari tal- Kolleġġjata Vittorjożana. Dan il- volum għandu inċiżjoni mill-isbaħ b'disinji ta' strumenti mużikali. Qabel l-aħħar Gwerra, dan il-ktieb ġie msewwi u kien illegat wara t-tiġrib tal-Awla Kapitulari bis- saħħa tal-Kanonku Dun Gian Mari Farrugia. Insibu salib Biżantin twil 69 ċentimetru li kien jintuża bħala salib proċessjonali u dan jixbah lil salib ieħor li jinsab fil-katidral tal-Imdina. Dan is-salib għandu x-xbihat tal-erba' Evanġelisti filwaqt li fuq wara nsibu x-xbihat ta' San Lawrenz, San Stiefnu, San Bastjan u s-simbolu ewkaristiku tal-pelikan. Insibu pjaneta Rumana moħbija tas-seklu 17 ta' lewn bajdani bil-brukkat iurit tal-Papa Allessandru VII (1655-1667) bl-istemma papali tiegħu. Hu rregalaha lill-Knisja ta' San Lawrenz. Dan il-Papa kien l-Inkwiżitur bejn is-sena 1634 u l-1639 u kien jismu Fabio Chigi. Għandna żewġ relikwarji tal- fidda bil-fdalijiet ta' San Lawrenz Levita u Martri: l-ewwel wieħed tas-seklu 17 jintuża fl-Erbgħat u fin-Novena ta' San Lawrenz. Ir-relikwarju l-ieħor ingħata mill-aħħar Inkwiżitur Mons. Giuglio Carpegna u dan hu artistiku u maħdum b'reqqa kbira. L-arkivji kważi kollha nqerdu iżda xi manuskritti nġabru u ġew irrestawrati professjonalment. Hemm salib pettorali tal-Arċisqof Mikiel Gonzi li ngħatalu mill- Kapitlu fl-okkażjoni tal-ħatra tiegħu bħala Arċisqof fid-9 ta' Awwissu 1944, iżda f 'testment tiegħu tal-31 ta' Lulju, 1980 raddu lura lill-Kapitlu tal-Birgu. Hemm lampier tas-seklu 17 li nġieb mill-Kaptan tal-Galeri qabel is-sena 1657. Hemm ukoll relikwarju tal-Passjoni ta' Dun Mikielanġ Grima saċerdot Vittorjożan li tah bħala rigal lill-Fratellanza tal-Kurċifiss. Insibu wkoll il-Kappell u x-Xabla tal-Gran Mastru Jean De Vallette fil-kappella Biżantina tal-Madonna ta' Damasku qrib il-Pjazza tal-Birgu. Hemm ostensorju tal-fidda mżejjen bl-esmeraldi tas-seklu 19 tal-fidda maħsula bid-deheb. Għandna erba' qaddisin martri li nġiebu minn erba' Inkwiżituri: Ir-relikwi ta' San Luċidu tal-Inkwiżitur Antonio Felice Zondadari, ir- relikwi ta' Santa Kostanza tal-Inkwiżitur Giulio Carpegna u r-relikwi ta' San Liberato tal-Inkwiżitur Mons Antonio Ruffo. Hemm urna tal-fidda ta' Kristu mejjet li tinġarr fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira. Insibu pittura famuża ta' stil Venezjan tal-pittur Palma Vecchio. Hemm ventaltar tal-fidda mmartellata b'basso rilievo li juri l-martirju ta' San Lawrenz. Fl-Oratorju ta' San Ġużepp insibu għadd ta' fided, ilbies liturġiku u pitturi. Irroddu ħajr lill-Kanonku Arċipriet Carmelo Busuttil, lis-Sindku s-Sur John Boxall u liċ-Chairman Joe Mizzi tal- Fondazzjoni Kottonera tal- inizjattiva li wettqu flimkien biex jippromovu l-aspett storiku fil-knisja ta' San Lawrenz tal-Birgu. Dan hu impenn kurraġġuż li għandhom jistmawh bosta knejjes u kappelli oħra Maltin u Għawdxin li jmisshom juru l-wirt storiku u kulturali lill-pubbliku. Teżori moħbija fil-kolleġġjata ta' San Lawrenz u l-inħawi tal-madwar il-Birgu Patri Hermann Duncan O. Carm Erba' Kripti (Ritratt ta' Pierre Balzia)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 9 June 2024