MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 7 July 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1523589

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

www.illum.com.mt €1.25 IL-ĦADD 7 TA' LULJU 2024 • NRU 925 Intervista ma' Matthew Borg, teżorier ta' Il-Kollettiv PAĠNA 6 - 7 MARIANNA CALLEJA Is-sistema tas-saħħa pubblika qed taffaċċja kriżi qawwija, b'nuqqas kritiku ta' sodod fl-Isptar Mater Dei jikkawża dewmien sinifikanti ta' sigħat twal. Jitkellem mal-ILLUM il-President tal- Assoċjazzjoni Medika Maltija, Martin Balzan, qal li l-Emerġenza hija ġġammjata waqt li mijiet ta' pazjenti qed jistennew it- trasferiment tagħhom għal djar tal-anzjani jew l-Isptar ta' Riabilitazzjoni Karin Grech. "Il-problema kbira li hemm għal dawk li qed jidħlu l-isptar hi li m'hemmx spazju għalihom. Qed ikollhom jistennew li xi ħadd jintbagħat id-dar biex jinħoloq post," Balzan spjega. Huwa qal li bħalissa hemm madwar 800 pazjent imwaħħla fil-limbu, jistennew. Din il-konġestjoni qed toħloq effett domino li jimblokka l-fluss ta' pazjenti ġodda fid- Dipartiment tal-Emerġenza. Il-kriżi tal- ispazju hija tant severa li l-pazjenti li jkunu deħlin iridu jistennew lejl sħiħ sakemm xi ħadd jinħeles qabel ma jkunu jistgħu jiddaħħlu. Qal li minkejja t-tobba u l-istaff mediku qed jaħdmu bla heda, in-nuqqas ta' sodod disponibbli qed iħalli lill-pazjenti jistennew fil- kurituri jew fi kmamar ta' emerġenza ffullati. Jirreferi għal wegħda tal-Ministru tas-Saħħa Jo Etienne Abela li jżid is-sodod f 'Mater Dei u jibni mill-ġdid l-Isptar Karin Grech, Balzan indika li s-sitwazzjoni preżenti setgħet kienet evitata. "Imma għandek bejn tlieta jew ħames snin, tlifna 11-il sena! Fi 11-il sena, 400 miljun marru fejn marru, u minn €2.4 biljun f 'fondi Ewropej, kulma ntużaw għas-saħħa kienu 50 miljun għal Ċentru tas-Saħħa ġdid f 'Raħal Ġdid," qal Balzan. "Is-saħħa ma ngħatatx prijorità biżżejjed ekonomikament mill- Gvern." Temm ifakkar li dan seħħ waqt li l-popolazzjoni tkompli tikber u tixjieħ. It- tensjoni fuq is-sistema, skont Balzan, ġiet aggravata mill-150,000 resident barrani, inklużi ħafna rtirati anzjani mir-Renju Unit u l-Ewropa. 'Ħlejna 11-il sena' L-Isptar Mater Dei fi kriżi qawwija, b'nuqqas kritiku ta' sodod, u t-tobba jokorbu għal binja ġdida minflok l-Isptar Karin Grech - Martin Balzan Il-prezz tal- proprjetà jerġa' jiżdied Bernard Grech issejjaħ għal buffers ambjentali bejn il-villaġġi L-inflazzjoni u ż-żieda fil-prezzijiet tal- propjetà f 'Malta jkomplu jeħduha ras imb ras, bil-prezzijiet medji jiżdiedu b'6.7% fi spazju ta' sena skont l-aħħar ċifri tal- Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. AQRA AKTAR F'PAĠNA 2 AQRA AKTAR F'PAĠNA 4 Il-Ministru għas-saħħa Jo Etienne Abela jitkellem mal-ILLUM dwar il-pjan għal Mater Dei PAĠNA 5

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 7 July 2024