MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 7 July 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1523589

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 15

13 kultura IL-ĦADD 7 TA' LULJU 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Esplora t-taħlita armonjuża ta' disinji naturali li jagħmlu darna dik li hi Domestic Bloom hija l-ewwel esebizzjoni solo ta' Martina Darmanin, u se tinfetaħ nhar il- Ġimgħa 12 ta' Lulju mis-7.30pm 'il quddiem. Din l-esebizzjoni toffri ħarsa ġdida fuq id-dettalji delikati u n-natura vibranti ta' djarna. Domestic Bloom tesplora t-taħlita armonjuża ta' disinji ispirati min- natura permezz ta' tessuti, ċeramika, u motivi botaniċi. Mir-rakkmu fin tal-uri tal-ħarir sal-porċellana delikata, l-esebizzjoni tiżfen fuq l-elementi pervażivi u ripetittivi tan- natura, waqt li tiskopri l-istorja siekta li hi minsuġa fil-pedament ta' djarna. L-esebizzjoni, ikkurata minn Melanie Erixon, se tibqa' għaddejja mit-12 ta' Lulju sal-4 ta' Awwissu 2024. Il-ħinijiet tal-uħ huma minn nhar it-Tnejn sas-Sibt, mis-6 ta' filgħodu sa nofsinhar, u nhar ta' Ħadd mis-7 ta' filgħodu sa nofsinhar. Ħinijiet oħra filgħaxija se jkunu mħabbra kull ġimgħa. L-esebizzjoni se ssir f 'il-Kamra ta' Fuq, 4, Church Square, Imqabba. Ingħaqdu ma' Salina Nature Reserve għal Festa Melħ, l-ewwel festa tal-melħ f 'Malta, nhar is-Sibt 27 u l-Ħadd 28 ta' Lulju 2024, bejn l-4pm u t-8pm fis-salini tas-Salina. Dan l-avveniment b'xejn huwa mħejji minn BirdLife Malta biex jinawgura l-Mużew il-ġdid tal- Melħ tas-Salina. Iż-żjara tinkludi l-iskoperta tal-istorja affaxxinanti tal-ħsad tal-melħ fil-mużew, fejn wieħed jista' jgawdi ikel u xorb, kif ukoll jipparteċipa f 'attivitajiet artiġjanali. L-avveniment joffri wkoll divertiment għall-familja kollha, b'logħob interattiv u stands edukattivi għal kull età, inkluż il-Kids Crafty Corner, b'attivitajiet artiġjanali bit-tema tan-natura għat-tfal. Għal dawk interessati fl- artiġjanat antik, se jsiru workshops ta' 90 minuta dwar il-ħolqien bl-għadam, bl-irħam u bil-qxur, immexxija minn artiġjan espert. Għal dawn il- workshops jeħtieġ li wieħed jibbukkja minn qabel. Ħudu lill-familja u lill-ħbieb tagħkom għal weekend mimli divertiment, storja u kreattività fl-isbaħ ambjent fis-salini tas- Salina. Għal aktar informazzjoni, ibagħtu email lil naturereserves@ birdlifemalta.org. Iċċelebrata għall-ewwel darba Festa Melħ Domestic Bloom tesplora t-taħlita armonjuża ta' disinji ispirati min-natura permezz ta' tessuti, ċeramika, u motivi botaniċi Dan l-avveniment b'xejn huwa mħejji minn BirdLife Malta biex jinawgura l-Mużew il-ġdid tal-Melħ tas-Salina

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 7 July 2024