Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1523931
www.illum.com.mt €1.25 IL-ĦADD 14 TA' LULJU 2024 • NRU 926 Intervista ma' Jonathan Attard PAĠNA 6 - 7 Numru ta' persuni li jaħdmu fl- amministrattiv tal-Isptar Mater Dei qed jibdew jiġu ppreparati sabiex jitmexxew mill-uffiċini tagħhom fl-isptar għal uffiċini ġodda fis-Swatar. Sorsi li jaħdmu fl-isptar sess spjegaw lill- ILLUM kif il-ħsieb huwa li fil-ġimgħat li ġejjin huma jitmexxew għall-binja l-antika li kienet qabel tilqa' l-aġenti tal-customer care tal-bank HSBC. Sorsi oħra qalu li ma tantx tawhom informazzjoni, iżda lilhom ukoll avżawhom li se jkunu qegħdin jiċċaqalqu sat-tmiem is-sajf. Dan iċ-ċaqliq hu konferma ta' dak li l-Ministru għas-Saħħa Jo Etienne Abela qal mal-ILLUM il-Ħadd li għadda. Il-pjan tal-Isptar Mater Dei hu illi jara żieda fis-sodod, u spinta biex jonqos il-ħin ta' stennija fid-Dipartiment tal-Emerġenza permezz tar-rilokazzjoni ta' xi servizzi wkoll. Abela kien spjega mal-ILLUM li s-sitwazzjoni f 'Mater Dei se tinnota bidliet hekk kif is-sodod jridu jiżdiedu b'600. Bħalissa, l-isptar għandu madwar 1,200 sodda. Ħafna mill-120 impjegat amministrattiv tal-isptar se jiġu mċaqalqa għal uffiċċji barra mill-grounds tal-MDH u f 'uffiċċji fis-Swatar fil-viċin. Dan se tagħti lok għal żewġ swali ġodda ta' 50 sodda b'kollox. Minkejja li l-ministeru għas-Saħħa ma kkonfermax dan mal-ILLUM, is-sorsi qalu li huma ġew infurmati b'dan kollu it żmien ilu. "Qalulna li l-ewwel iridu jitilqu tal-customer care, suppost sa' Ġunju, imbagħad niċċaqalqu aħna," persuna li xtaqet tibqa' annonima qalet lil din il-gazzetta. "Iva aħna konna nfurmati li se nmorru fil- binja tal-HSBC, u hawn se jinbidel sala sħiħa biex tilqa' n-nies fil-bidu tax-xitwa," qal lill- gazzetta raġel ieħor. Abela qal lill-ILLUM li l-istess se jiġri bi kmamar li bħalissa huma użati biex jaħżnu għodda mediċinali tad-diżinfettar u dokumenti fiżiċi. Dawn se jitmexxew f 'ambjent diġitali fil-każ tad-dokumenti, u f 'post ieħor fil-każ tal-għodda biex minflokhom jsir post għal aktar teatri tal- operazzjonijiet. F'Diċembru li għadda l-HSBC fl-Ingilterra ħabbar li ċ-ċentru tiegħi fis-Swatar se jagħlaq il-bibien, b'200 impjegat isibu ruħhom bla xogħol. HSBC kienu qalu ukoll illi kienu f 'taħdiet mal-awtoritajiet sabiex dawn l-impjegati jitmexxew f 'ċentri oħra simili lokali. KOMPLI AQRA F' PAĠNA 4 Se jżiedu s-sodod f'Mater Dei wara li l-amministrazzjoni tiċċaqlaq barra l-isptar Soċju tad-duttrina ġie kkundanat sentejn u nofs ħabs wara li l-Qorti sabitu ħati li abbuża sesswalment minn tifel ta' 11-il sena fil-baħar. Ir-raġel, ta' 50 sena, kien akkużat li kkorompa lit-tifel u pparteċipa f 'attivitajiet sesswali miegħu fl-2017 u l-2018. It-tifel kien tkellem mal-psikologa tas- seminarju fejn kien jattendi wara li ġew innotati sintomi ta' post traumatic stress disorder. Huwa qal lill-psikologa li dan ir-raġel kien qed imissu waqt li jkun l-baħar. Immedjatament il-każ ġie riferut lill- Pulizija, u wara tressaq l-akkużat il-Qorti. Jixhed il-Qorti, missier it-tifel qal li meta l-każ wasal għand il-Pulizija, Delegat tal- MUSEUM offrielhom hu li jħallsilhom psikologu jew psikjatra. PAĠNA 3 Soċju tad- duttrina jeħel sentejn u nofs ħabs wara li abbuża tifel fil-baħar Sorsi li jaħdmu f'Mater Dei jgħidu lill-ILLUM li qed jiġu ppreparati biex jiċċaqalqu mill- isptar għall-binja l-antika tal-HSBC fis-Swatar ħalli minflokom tinbena sala ta' 50 sodda