MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 14 July 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1523931

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

intervista illum • IL-ĦADD 14 TA' LULJU 2024 07 jitlesta u imbgħad varajna liġi ġdida' Irid jiġi nnutat illi qabel ma ġiet ppubblikata din il- liġi, kien sar proċess twil ta' konsultazzjoni inkluż bit- tnedija ta' Whitepaper fit- 28 t' April 2023 bl-isem ta' A New Health and Safety at Work Act National, allura dan ċarament juri li dan mhux każ ta' "knee jerk reaction". Dan sar bil-parteċipazzjoni ta' 13-il sottomissjoni fosthom mill-Imsieħba Soċjali (kemm rappreżentanti ta' min iħaddem, kif ukoll trade unions), il-Malta Insurance Association (MIA), il-Kummissarju għas-Saħħa Mentali, kif ukoll individwi u gruppi involuti fis-saħħa u s-sigurtà. L-abbozz kien ġie mfassal, anke` tenut kont tal-feedback li kien daħal, però nħass li kien ikun opportun li nistennew r-rapport finali tal-inkjesta pubblika ta' Jean Paul Sofia, u dan biex inkunu nistgħu nimplimentaw ir- rakkomandazzjonijiet li jsiru, kif fil-fatt għamilna. IL-K AŻ TA' JEAN PAUL SOFIA, SINTOMU TAL- PA JJIŻ, JEW K AŻ IŻOLAT? Kull każ għandu jittieħed b'serjetà kbira, l-istess bħalma għandna nitrattaw kull każ ta' inċidenza fuq ix-xogħol. Dan m'għandux jinkludi biss dawk l-inċidenti fuq siti ta' kostruzzjoni, anzi rridu nimxu lejn soċjetà li jimpurtaha minn kull ħaddiem biex flimkien inżidu l-kuxjenza u l-għarfien dwar l-importanza tas-salvagwardja tas-saħħa u s-sigurtà fuq kull xogħol. L-att il-ġdid irid ikun akkumpanjat ukoll f ' bidla fil- mentalità tal-istakeholders kollha fejn dak li jissejjaħ 'culture of compliance', jisseddaq. Jien insellem lil dawk il- ħaddiema kollha li weġġgħu jew saħansitra tilfu ħajjithom traġikament fuq il-post tax- xogħol u nwiegħed li se nkomplu naħdmu b'mod diliġenti u bla heda biex nimplimentaw politika li tagħti prijorità lis- saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema, biex innaqqsu kemm jista' jkun l-inċidenza ta' inċidenti fuq il- post tax-xogħol. LIL HINN MIR- REGOLAMENTI L-ĠODDA, HEMM UKOLL L-INFURZ AR, LI DE JJEM KIEN PROBLEMA. X'SE JSIR DWAR DAN? Kif spjegajt aktar qabel, l-awtorità għandha pjan ċar tal-miri tagħha u fejn jeħtieġ naslu biex inkomplu ngħollu l-istandards. Se nkunu qegħdin inżidu l-penali sa €50,000 li din minnha nnifisha tfisser deterrent aktar qawwi għal dawk il-ftit li s'issa ħasbu li għal ftit ewro lesti jieħdu r-riskju. Minn multi ta' €465, b'din il- liġi dak li jkun se jgħid, "aħjar ninvesti ftit eluf jew nitlef xi ġranet milli nopera sakemm nassigura li l-miżuri kollha ta' prevenzjoni qegħdin hemm, milli neħel penali daqstant effettivi u ta' deterrent." Wieħed irid iqis ukoll li l-Att il-Ġdid se jirrevedi s-sistema ta' multi u pieni amministrattivi u se jagħti lill-partijiet ikkonċernati l-opportunità li joġġezzjonaw formalment għal reat ikklassifikat bħala piena amministrattiva, quddiem it- Tribunal tas-Saħħa u s-Sigurtà li se jiġi stabbilit biex jisma' pretensjonijiet relatati ma' ksur ta' natura amministrattiva. It-Tribunal tas-Saħħa u s-Sigurtà se jkun kompetenti wkoll biex jisma' appell minn kwalunkwe` persuna wara deċiżjonijiet, ordnijiet, jew Strumenti Amministrattivi maħruġa mill-Awtorità. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-proċedimenti fil-Qrati Kriminali li jitrattaw reati mwettqa b'rabta ma' preżenza ta' riskju immedjat u serju għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol jew, fejn tkun irriżultat f 'post tax-xogħol fatalità, korriment jew marda serja għal kwalunkwe` persuna. L-Att il-Ġdid se jintroduċi wkoll proċedura speċjali ta' kompromess fejn, meta l-Awtorità temmen li persuna tkun wettqet reat li jaqa' taħt is- sistema tal-proċedura speċjali ta' kompromess, l-Awtorità tista' tagħti avviż bil-miktub lil dik il-persuna li tiddeskrivi r-reat li bih il-persuna tkun akkużata, tindika l-passi li għandhom jittieħdu biex jiġi rimedjat ir-reat, u toħroġ multa ta' kompromess li hija meħtieġa titħallas fir-rigward ta' dak ir- reat. It-twaqqif ta' dan it-tribunal u l-proċedura speċjali ta' kompromess se jnaqqas il-piż tal-każijiet fil-qrati, li jirriżulta f 'infurzar aktar rapidu u effiċjenti. Oltre` minn dan it-tibdil leġiżlattiv, in-numru ta' spezzjonijiet u azzjonijiet li qed jittieħdu mill-Awtorità fl-aħħar sena żdiedu b'mod sinifikanti. Hija l-intenzjoni tagħna li nkomplu nsostnu dan ir-ritmu anke b'kollaborazzjoni ma' entitajiet oħra bħall- Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni. Fiż- żmien li ġej se nkunu wkoll f 'pożizzjoni li nħabbru servizzi ġodda għall-pubbliku li qed isiru b'kollaborazzjoni bejn iż- żewġ entitajiet. PROBLEMA OĦR A HIJA L-KOORDINAZ JONI BE JN ID-DIPARTIMENTI U L-AĠENZIJI. KIF SE TISSOLVA DIN? L-Att l-ġdid jgħid ċar li l-Awtorità għandha s-setgħa li tiddelega d-dmirijiet, il- funzjonijiet, is-setgħat u r-responsabbiltajiet tagħha lill-awtoritajiet kompetenti oħra kif tqis meħtieġ għall-implimentazzjoni u l-infurzar effettiv tas-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol. Dan waqt li l-awtorità delegata għandha tipprovdi rapporti, aġġornamenti u informazzjoni regolari lill-Awtorità dwar l-implimentazzjoni ta' dmirijiet delegati. Dawn id-dispożizzjonijiet fil- liġi se jagħtuna l-possibbilità li nkomplu nsaħħu l-kollaborazzjoni ma' entitajiet oħrajn, fuq quddiem il-BCA fis-settur tal-Kostruzzjoni. Dan biex kif diġà spjegajt, mhux biss naraw li jkollna nfurzar aktar effettiv fis-settur, imma wkoll nipprovdu servizz li jagħti aktar vuċi b'saħħitha lit-terzi li jkunu affettwati mill-kostruzzjoni u l-ħaddiema. IR-R ATA MGĦAĠĠLA TAL-KOSTRUZZ JONI F'MALTA U GĦAWDEX TAGĦMILHA UMANAMENT IMPOSSIBLI LI WIEĦED JGĦASSES L-IŻVILUPP KOLLU. KIF BEĦSIEBKOM TINDIRIZZ AW DIN? Qegħdin jiġu emendati liġijiet sussidjari li speċifikament jirregolaw il-kostruzzjoni, iżda dan l-Att bħala enabling act jgħasses il-punti ġenerali fir- rigward tal-ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fuq il- postijiet tax-xogħol kollha. Se jingħata rwol ħafna aktar b'saħħtu lill-Project Supervisors permezz ta' għadd ta' liġijiet sussidjarja, b' tali mod illi l-abbużi jistgħu jiġu mwaqqfa aħjar b'rimedji b'saħħithom. Dan flimkien ma' pieni aktar effettivi, kif ukoll investiment fit-taħriġ ta' impjegati ġodda mal-awtorità, li għandu jirriżulta fi tnaqqis ta' dan l-abbuż. Il-liġi sussidjarja se tkompli tkun diskussa mal-istakeholders fil-ġimgħat li ġejjin.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 14 July 2024