MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 21 July 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1524297

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 15

intervista IL-ĦADD 21 TA' LULJU 2024 • illum 06 'Mhux pjaċir tagħna meta numru KELLKOM SFIDI KBAR BĦAL DAŻ-ŻMIEN SENA. X'INHUMA L-ISFIDI F'DAWN IL-ĠIMGĦAT LI ĠE JJIN, META JKUN HEMM L-AKBAR DOMANDA GĦALL- ELETTRIKU? L-Enemalta wieħed jista jikkunsidraha bħala infrastruttura importanti, għax id-dawl illum il-ġurnata huwa tant kruċjali, li anke fl- appartmenti wkoll kollox jaħdem bid-dawl. Illum spiċċajna li l-appartamenti m'għadhomx jaħdmu bil-gass għax eżempju cooker dan iż-żmien ukoll sar bl-induction, jiġġifieri bid-dawl. Dak li kellna s-sena l-oħra, dawk il-ħsarat kollha li sfortuntament ħarġu, ridna nindirizzawhom b'pjan infrastrutturali aggressiv li bih nattakkaw il-problemi kollha. Biex nagħmlu dan, f 'Diċembru li għadda fassalna pjan, fejn qbadna il-problemi tas-sena l-oħra u flimkien ma' Infrastructure Malta u Transport Malta għamilna dan il-pjan ta' 70 kilometri. DEHER ĊAR IS-SAJF LI GĦADDA SIBNA PROBLEMI BID-DISTRIBUZZ JONI, LE? Le, biex nispjega dan aħjar, int għandek il-ġenerazzjoni ta' dawl li ġejja minn Delimara, illi aħna għad-domanda li għandna fil-pajjiż, għandna biżżejjed ġenerazzjoni. Jiġġifieri meta inti tikkunsidra l-inġenji konvenzjonali li għandna, fejn aħna dejjem nirreferu għalihom bħala Delimara 3 u Delimara 4, għandna wkoll interconnector, u panelli solari. Din it-taħlita, tagħtina taħlita tajba ta' ġenarazzjoni. Dik l-enerġija timxi minn Delimara għal 27 ċentru ta' ditribuzzjoni. Dawn iċ-ċentri jwasslu l-enerġija f '1,500 sub station, fejn hawn il-vultaġġ jinżel għal għal dak li jkun qed jasal fid-djar u n-negozji tagħna. Il-problema li kellna s-sena l-oħra hija fil-provvista li kienet ġejja li l-enerġija li kienet ġejja miċ-ċentri ta' distribuzzjoni għal ġos-sub stations. Biex nagħti eżempju sempliċi, qisek għandek kuruna tar- rużarju u għandek dawn is-sub stations qegħdin jingħaqdu flimkien f 'ċirku. X'kien qed jiġri? Li kien qed jiġri beda' jolqot l-iktar parti dagħjfa fil-cable, u waħda mill-aktar partijiet l-aktar integrali. Inti l-cable ma jiġhiex f 'tul twil ta' kilometri, inti tixtrih u kull ftit metri trid tagħmel dik li nsejħu "l-ġonta," biex iżżewweġ cable ma' ieħor. Li kien qed jiġri li meta kienet għaddejja din il-provvista, bdiet tfalli din il-ħolqa. Meta dan ifalli, it-tekniċi tagħna setgħu jaqilbu l-provvista fuq cable ieħor u allura dik is- sub station tingħata provvista minn ċentru ieħor. Iżda hawn ukoll bdiet tfalli l-ġonta għal darba oħra. DIN IL-ĠONTA BDIET TFALLI GĦAX SARET TA' MALAJR, JEW KIEN GĦADDA ŻMIEN MINN FUQHA? M'għandha l-ebda storja li turi li għax cable hu antik huwa cable ħażin, mhux il-każ. Għandna cables li għaddew minn fuqhom is-snin, tmur taħdem fuqhom u ssibhom safjin u tajbin. Anke it-tekniċi tagħna, nibatuhom għand l-aqwa kumpanija li tipprovdi l-aqwa materjal għal ġonta, fil-Ġermanja. u jinatgħu tħarriġ hemm. Il-problema li kien qed ikollna li minħabba li din l-iktar biċċa sensittiva tal- cables, kien qed jiġi kkawżat xi ħsara fiha. IMMA DAN IFISSER ALLURA LI L-MANUTENZ JONI MA KIENX QED ISSIR? Qed nużaw cables ta' rating għoli, ta' insulation tajba ħafna, u l-materjal qed inġibu kemm copper u aluminium. Ma jfissirx li ma hemmx manutennzjoni, manutenzjoni għaddejja l-ħin kollu. Is-sena l-oħra marru 80 ġonta ġol 15,000 ġonta li għandna. Meta tikkunsidra l-persentaġġ, jiġi inqas minn 1%, imma dan beda' jħalli numru ta' sub stations vojta. Għalhekk ridna nbiddlu s-sistema li naħdmu biha, u hemm fejn bdejna naħdmu bil-'webbing system.' Din is- sistema minflok inżommu d-distribuzzjoni bħal ċurkett, bdejna wkoll insallbu biex ikollok cable ieħor fuq xix teqleb. TKABBIR EKONOMIKU KBIR, LI MA BAQGĦAX BISS FUQ IL-KARTA GĦAX SAR TKABBIR REALI. AKTAR BINI, AKTAR APPPARTAMENTI, AKTAR NIES, KWAŻI RĦULA ĠODDA. TAĦSEB LI WASAL IŻ-ŻMIEN LI NIBDEW NDURU L-EFFETTI LI QED TĦALLI "L-VIŻ JONI" FUQ L-INFRASTRUTTURA TAL- ELETRIKU? L-infrastruttura hija xi ħaġa ħajja, ma jfissirx li dak li għamilt ilbieraħ hu tajjeb għal għada. Mal-iżvilupp trid tirranġa u ttejjeb l-infrastruttura tiegħek. Dan bħal meta jkollok dar, u tagħmel estenzjoni tagħha. Ma jfissirx li trid tbiddel il- cables kollha, iżda żżid ma dak li għandek. Dan hu li nagħmlu aħna. Apparti tkabbir ekonomiku, aħna s-sena l-oħra rajna żieda kbira fil-load. Fejn qabel kien ikun hemm żieda ta' 3.5% fuq il-load, is-sena l-oħra anke bis-sħana rajna żieda ta' 14%. Dik iż-żieda sfortunatament waslet għas-sitwazzjoni li konna Is-sħana bdiet tagħmel tagħha, u għal sajf ieħor Malta qed tesperjenza qtugħ fid-dawl, imma x'inhi l-problema? X'qed isir biex tissewwa? Tort ta' min? Saviour Balzan jintervista l-Kap Eżekuttiv tal-Enemalta. Ryan Fava

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 21 July 2024