MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 15 September 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1526668

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 15

aħbarijiet IL-ĦADD 15 TA' SETTEMBRU 2024 • illum 04 'GRAZZI KARL, GRAZZI KAPO' Karl Gouder, eks deputat parlamentari Nazzjonalista, ingħata l-aħħar tislima qalb folla sabiħa ta' nies fil-knisja ta' San Ġiljan, il-lokalità li tagħha hu kien Sindku. Fl-omelija tiegħu, Fr. Claude Portelli ta ġieħ lil Gouder, u enfasizza l-kwalitajiet sbieħ ta' Gouder. "Irridu nippruvaw inkomplu ngħixu l-prinċipji li Karl żamm matul ħajtu. Nirrispettaw lil Karl, issa aktar minn qatt qabel: Koperazzjoni, għaqda, mħabba. Rari smajtu jitkellem ħażin fuq xi ħadd. Dejjem kien qed jipprova jibni l-pont hu." "Nafu li Karl prova jagħmel ħiltu biex jgħaqqad, għaqqad dan in-nazzjon li hu għal qalbna... Karl kien jagħmel kuraġġ lill-oħrajn u jħaddan prinċipji demokratiċi, dejjem lest li jgħin," kompla jgħid. Għall-funeral, kien hemm preżenti, fost oħrajn, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola, il-President ta' Malta Myriam Spiteri Debono u r-raġel tagħha Anthony, il-Prim Ministru Robert Abela u l-mara tiegħu Lydia, il-Kap tal- Oppożizzjoni Bernard Grech u martu AnneMarie. Huma ingħaqdu f 'sogħba mal-familja, qraba, u l-ħbieb ta' Gouder. Jindirizza l-politikanti b'mod dirett, Fr. Claude Portelli talab għal diskussjoni serja dwar is-suġġett u l-istigma madwar is-saħħa mentali. Fakkar fiż-żmien iebes tal-pandemija, u qal li bħal "ma konna nagħfsu lil xulxin, biex nieħdu ħsieb xulxin, hekk wkoll irridu nagħmlu fil-kriżi tas-saħħa mentali. Il-qassis temm billi rringrazzja lill- ġenituri ta' Gouder, talli "rabbew raġel b'valuri sodi u sbieħ." Gouder miet it-Tlieta, bil-katavru tiegħu jinstab fis-sigħat bikrin ta' filgħodu fejn l-eks binja tad-dwana fil- Belt Valletta. Il-mewt tiegħu wasslet għal diskussjoni, anke dik rari bejn iż-żewġ partiti politiċi.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 15 September 2024