MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 22 September 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1526918

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

Din li ġejja hi xi informazzjoni pertinenti dwar l-aħjar films ibbażati minn fuq il-kitba tiegħu: THE ANDROMEDA STRAIN (1971). 130 minuta. L-atturi huma Arthur Hill, David Wayne, James Olson, taħt id- direzzjoni ta' Robert Wise. Thriller tax-xjenza fittizja fejn grupp żgħir ta' superxjentisti jippruvaw jiżolaw virus fatali ġej mill-ispazju f 'ġirja kontra l-ħin u minaċċja ta' splużjoni nukleari. Tassew serju u fl-istess waqt eċitanti. THE TERMINAL MAN (1974). 107 MINUTI. Direttur Mike Hodges. Jaħdmu George Segal, Joan Hackett u Jill Clayburgh. Storja li tinvolvik, però tħallik aljenat dwar xjentist tal-kompjuters li moħħu jaqa' taħt l-influwenza tagħhom, affari li tikkawża vjolenza. COMA (1978). 113-il minuta. Jidderieġi Michael Crichton stess minn novella ta' Robin Cook. Jidhru Genevieve Bujold, Michael Douglas, Elizabeth Ashley, Richard Widmark u Tom Sellick. Xi ħadd qed joqtol u jisraq lill-pazjenti fi sptar ta' belt kbira. Waħda tabiba qed issus wara s-superjuri tagħha biex tfittex min qed jagħmel hekk. Bujold u Widmark tassew jispikkaw bħala avversarji f 'eċitament kontinwu ġo sptar fejn qed ikun hemm traffiku illegali ta' organi umani. L-iskript kitbu wkoll Michael Crichton. THE GREAT TRAIN ROBBERY (1979) (U.K. THE FIRST GREAT TRAIN ROBBERY). 111-il minuta. Direttur Michael Crichton. L-atturi huma Sean Connery, Donald Sutherland u Lesley Ann Down. Din id-darba film leġġer mimli sitwazzjonijiet umoristiċi fejn tliet minn nies jippjanaw l-aqwa serqa ta' kull żmien f 'nofs is-snin 1880, ta' tagħbija deheb minn ferrovija bla waqfien. Il-film mimli movimenti sfrenati. Crichton ibbaża din l-istorja minn fuq inċident veru u ffilmjah f 'kampanja maestuża Irlandiża. LOOKER (1981). 94 minuta. Direttur Michael Crichton. Jaħdmu Albert Finney, James Coburn, Leigh Taylor Young u Susan Dey. Coburn, il-kap ta' diversi kumpaniji, jipproduċi bil- kompjuter immaġini ta' ħafna tfajliet sbieħ mudelli biex ibigħ prodotti tas- sbuħija u jirreklama kandidati politiċi fuq it-TV. Wara joqtol ukoll lil dawn is- suġġetti tiegħu. Finney li huwa kirurgu tas-sbuħija f 'Beverly Hills jinvestiga. Għalkemm bi storja intriganti, ir-riżultat aħħari ddiżappunta lil ħafna. RUNAWAY (1984). 100 minuta. Id-direzzjoni terġa' tkun ta' Michael Crichton, bl-atturi Tom Selleck, Cynthia Rhodes, Kristie Alley u Gene Simmons. Selleck, pulizija, qed ifittex robots li mhux jobdu lil sidhom. Simmons (tal- grupp KISS) huwa l-kriminal li juża lir- robots u apparat teknoloġiku biex iwettaq ix-xogħol illegali tiegħu. Film medjokri b'effetti speċjali viżwali tajbin. JURASSIC PARK (1993). 126 minuta. Direttur Steven Spielberg. Jidhru Sam Neill, Laura Dern, Jeff Goldblum u Richard Attenborough. Il-biljunarju Attenborough jistieden lill-palentoloġisti Dern u Neill u lill-matematiku Goldblum biex jispezzjonaw il-park naturali tiegħu fuq il-gżira Isla Nublar fejn hemm jgħixu d-dinosawri u annimali oħra preistoriċi. Mingħajr ħsieb ta' xejn anki jġib lin- neputijiet żgħar tiegħu, mingħalih mhu se jiġri xejn. Dan it-thriller meraviljuż tassew jirrendi azzjoni, eċitament u avventuri sfrenati, barra li fih l-aqwa effetti speċjali li qatt dehru fuq il-liżar ċinematografiku sa dak iż-żmien. Crichton addatta l-iscreenplay min-novella tiegħu stess. Din il-produzzjoni rebħet tliet Oscars għall-Effetti Viżwali Speċjali, għall-Ħoss u l-Editjar. 14 films IL-ĦADD 22 TA' SETTEMBRU 2024 • illum Carmel Bonnici Michael Crichton – novellist, kittieb tal-films u direttur ta' stoffa IT-TIENI PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab bil- ħalbiet tax-xita li jsir pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fix-xita Riħ Punent Majjistru forza 5 għal 6 lokalment forza 6 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp Ftit imsaħħab li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ Viżibilità Moderata għal tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Mil-Lbiċ forza 4 għal 5 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA B'George Segal fil-parti prinċipali, dan il-film jiffoka fuq raġel, li wara li sofra ħsara f 'moħħu f 'ħabta bil-karozza, isir vjolenti waqt attakki ta' puplesija L-awtur Michael Crichton Il-film 'Looker' huwa dwar kirurgu li jwettaq serje ta' alterazzjonijiet minuri fuq grupp ta' mudelli li qed ifittxu l-perfezzjoni

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 22 September 2024