MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 22 September 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1526918

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 15

10 aħbarijiet IL-ĦADD 22 TA' SETTEMBRU 2024 • illum opinjoni Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Wettaqna wegħda elettorali oħra favur persuni b'diżabilità JULIA FARRUGIA PORTELLI F il-Programm Elettora- li tal-Partit Laburista għall-Elezzjoni Ġenerali tas-sena 2022 'Malta Flimkien' konna pproponejna li nintroduċu sistemi ġodda u aktar ġusti t'evalwazzjoni fejn persuni b'kundizzjonijiet varji, inkluż dawk li ma jidhrux, sfidi ta' saħħa mentali u mard rari, ikunu jistgħu jiġu kkunsidrati għal skemi u benefiċċji ta' għa- jnuna soċjali. Dak il-Programm Elettorali llum huwa parti minn ħidmet il-Gvern mifruxa fuq din il-leġiżlatura. Aktar kmieni dan ix-xahar il-proposta li rreferejt għaliha hawn fuq wettaqnieha u saret ħolqa oħra fil-katina ta' wegħdi li wettaqna fil-konkret. Miżura li se tkun qed tgħin lil min għandu diżabilitajiet moħbija u problemi serji ta' funzjonalità minkejja li ma jkollux diżabilità msemmija fl-Att dwar is- Sigurtà Soċjali. Dawn il- kundizzjonijiet jinkludu, fost oħrajn, il-Fibromyalgia, l-ME u l-awtiżmu. L-għan ta' dil-miżura hu li ssir ġustizzja ma' dawk il- persuni b'diżabilità li s'issa ma kinux eleġibbli għal benefiċċju finanzjarju biex b'hekk intaffu mit-tbatija li ta' kuljum qegħdin jesperjenzaw. Żammejna kelmitna ma' dawk li fis-silenzju kienu qegħdin iġorru piż sinifikanti. Biex inkunu nistgħu nagħmlu dak imwiegħed qegħdin nużaw dak li jissejjaħ 'International Classification of Functioning', li hija l-għodda tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) fil- mod kif applikant jiġi evalwat. Dan ifisser li l-eleġibilità ma baqgħetx ristretta għal-lista li hemm fil-liġi tas-Sigurtà Soċjali. B'hekk pajjiżna issa se jkun konformi mal- Konvenzjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità tal-Ġnus Magħquda għall-mod kif se jibdew jiġu evalwati s-servizzi u l-benefiċċji tad-diżabilità. Sa qabel l-introduzzjoni ta' din il-miżura kien hemm numru ta' kundizzjonijiet li ma kinux eleġibbli għal ċerti benefiċċji soċjali, fosthom kundizzjonijiet li ma jidhrux. Dawn issa se jkunu fiċ-ċans li jsiru eleġibbli. Li se jibda jsir huwa li ssir konsolidazzjoni tal- evalwazzjoni medika tal- persuni b'diżabilità; proċess li jiskatta direttament mill- ispeċjalista kuranti tal-persuna kkonċernata. Eventwalment il-persuni jidhru quddiem bord interprofessjonali mmexxi minn Aġenzija Sapport u l-evalwazzjoni tkun imsejsa fuq livelli internazzjonali dwar Saħħa u Diżabilità mħaddma mill-WHO. L-aktar żvilupp importanti f 'dan kollu huwa li persuni li ma jkollhomx diżabilità msemmija fl-Att dwar is- Sigurtà Soċjali – li ħafna drabi tista' ma tkunx viżibbli imma xorta tkun qed tikkawża tbatijiet – se tkun qed issirilhom evalwazzjoni skont l-'International Classification of Functioning, Disability and Health' (ICF) tal-WHO. Dan ifisser li b'hekk issa se jibda jkun hemm evalwazzjoni aħjar mill-professjonisti dwar in-nuqqas ta' funzjonalità tal-persuna u li eventwalment dan ikun qed jiggwida lid- Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u lill-Aġenzija Sapport dwar liema benefiċċju u servizzi tali persuni għandhom dritt għalihom u jistgħu jingħataw. B'din il-miżura se nkunu qegħdin ngħinu b'mod effettiv mijiet ta' persuni li s'issa qatt ma kienu bbenefikaw minn benefiċċji marbutin mad- diżabilità. Prova oħra tad- determinazzjoni tagħna li nibqgħu nagħmlu dak kollu possibbli biex ebda forma ta' diżabilità ma toħloq żvantaġġ lill-persuna milquta. Aktar għajnuna lil tfal Għawdxin b'diżabilità Bħal snin preċedenti, anke dan is-sajf, tfal Għawdxin b'diżabilità komplew jibbenefikaw minn żieda fil-faċilitajiet offruti waqt is-Summer Intensive Course li jsir fis-Sannat Special Unit. Permezz ta' sostenn mill- Ministeru tagħna, l-Għaqda Għawdxija Voice for Inclusion Gozo, ibbenefikat minn għajnuna ta' apparat fiżiku flimkien ma' finanzjament għal skola sajf għal persuni b'diżabilità. L-investiment f 'dan it-tagħmir, li jammonta għal €20,000, sar permezz ta' proġett mill-iskema Voluntary Organisations Project Scheme (VOPs) finanzjat mill-Kunsill Malti għas-Settur tal- Volontarjat fi ħdan il-Ministeru tagħna. L-apparat jista' jintuża minn studenti Għawdxin kemm waqt u anke wara l-ħinijiet tal- iskola. Bl-għajnuna ta' Sannat Special Unit li se jospitaw dan it-tagħmir, Voice for Inclusion Gozo jistgħu jipprovdu servizz meħtieġ ħafna lill-komunità Għawdxija ta' tfal bi bżonnijiet speċjali. Jistgħu wkoll jgħinu lill- istaff tal-iSpecial Unit fl- Iskola Primarja ta' Sannat permezz ta' taħriġ li b'riżultat tiegħu jipprovdi servizz aktar komprensiv lil dawn it-tfal. Separatament mill-għotja tat-tagħmir fiżiku, Aġenzija Sapport fi ħdan il-Ministeru tagħna, il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar, u l-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi, iffirmaw ftehim mal-istess Għaqda biex b'investiment ta' €160,000, żieda ta' €20,000 fuq is-sena li għaddiet, jitmexxa l-proġett Summer Intensive Course. Minn dan il-kors qegħdin jibbenefikaw 67 student b'diżabilità, 17-il student aktar mis-sena li għaddiet. Huwa obbligu tagħna bħala Gvern li ntejbu l-kwalità tal- ħajja ta' persuni b'diżabilità. Huwa obbligu wkoll li ngħinu biex naċċertaw li l-individwi kollha, irrispettivament mill- kapaċità tagħhom, ikollhom aċċess għal servizzi li joffru wens u għajnuna; obbligu li nemmen bis-sħiħ li qdejnieh, qegħdin naqduh u se nibqgħu naqduh. "Persuni li ma jkollhomx diżabilità msemmija fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, li ħafna drabi tista' ma tkunx viżibbli imma xorta tkun qed tikkawża tbatijiet, se tkun qed issirilhom evalwazzjoni skont il-WHO"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 22 September 2024