Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1526918
02 aħbarijiet IL-ĦADD 22 TA' SETTEMBRU 2024 • illum LIBRA (IL-MIŻIEN), MIT-23 TA' SETTEMBRU SAT-22 TA' OTTUBRU F'dan il-bidu tas-seba' żodjaku ta' Libra, għalik, l-istess Libra se jkun mument ta' aktar stabbiltà. Aħtaf din l-opportunità sabiex tagħraf timxi aktar fl-abbiltà tiegħek. Iż-żodjaku ta' ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta' Virgo. Namaste. CAPRICORN (IL-WOTT), MIT 22 TA' DIĊEMBRU SAD-19 TA' JANNAR F'dan il-bidu tas-seba' żodjaku ta' Libra, għalik, Capricorn se jkun ifisser dak iċ-ċaqliq mistenni lejn aktar stabbiltà ta' dak li tant ilek tippjana. Importanti biss li żżomm bilanċ. Iż-żodjaku ta' ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta' Pisces. Namaste. PISCES (IL-ĦUT), MID-19 TA' FRAR SAL-20 TA' MARZU F'dan il-bidu tas-seba' żodjaku ta' Libra, għalik, Pisces se jkun ifisser li wasal iż-żmien li għandek tagħraf timxi aktar b'moħħok. Kun aktar fiduċjuż fik innifsek. Iż-żodjaku ta' ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta' Capricorn. Namaste. TAURUS (IT-TAWR), MILL-20 TA' APRIL SAL-20 TA' ME JJU F'dan il-bidu tas-seba' żodjaku ta' Libra, għalik, Taurus se jagħmlek tirrifletti aktar fil-profond dwar il-pożizzjoni preżenti. Irrifletti. Iż- żodjaku ta' ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta' Leo. Namaste. CANCER (IL-QABRU), MILL-21 TA' ĠUNJU SAT-22 TA' LUL JU F'dan il-bidu tas-seba' żodjaku ta' Libra, għalik, Cancer se jkun mument ta' aktar għarfien. Minn issa trid kontra kollox tkun kapaċi tegħleb kull ostaklu. Analizza. Iż-żodjaku ta' ispirazzjoni għalik huwa żodjaku ta' Virgo. Namaste. Seba' vouchers ta' 7€ għalik L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta' €7 li jissarraf f 'kotba ppubblikati minn PaulJon. L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 9901 3600 se jinatgħaw voucher ta' €7 li jissarraf f 'Fitness Class ma' Graziella Miruzzi. Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna. L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon Bidu tas-seba' żodjaku ta' Libra (Il-Miżien) Mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru 'Vjal Kulħadd': L-investiment ta' €10 miljuni li se jara tibdil fil-pjazez JORDAN PACE Il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi nieda proġett b'investiment ta' €10 miljun li bih se jindirizza l-pjazez fl- irħula Maltin u Għawdxin. "Vjal Kulħadd" hija skema ġdida li Infrastructure Malta nediet għall-kunsilli lokali, biex flimkien ma' għaqdiet nongovernattivi, iressqu proposti u ideat biex toroq u spazji pubbliċi fil-qalba tal-komunitajiet jiġu trasformati fi spazji aktar siguri, li jilħqu l-esiġenzi tal-firxa wiesgħa tan- nies, waqt li jiġu mżewqa b'aktar siġar u ambjent ħadrani. Jindirizza l-midja nhar l-Erbgħa li għadda l-Ministru Chris Bonett qal li huwa l-obbligu tal-Gvern li jipprovdi l-aqwa infrastruttura biex il-ġenerazzjoni li jmiss tgħix f 'ambjent aħjar milli sibnieh aħna. "L-għan ta' din l-inizjattiva huwa propju dan. Qegħdin ninvestu bil-kbir biex il-komunitajiet tagħna jkollhom l-aqwa ambjent li jinċentiva l-mixi u l-użu tar- rota fuq dak tal-karozzi. Wasal iż-żmien li nibdew innaqqsu l-użu tal-karozzi imma biex nagħmlu hekk irridu nipprovdu l-infrastruttura għaliha – u 'Vjal Kulħadd' se jkun qed jagħmel dan," kompla jgħid il-Ministru. Intant, Steve Ellul, il-Kap Eżekuttiv ta' Infrastructure Malta saħaq li t-toroq m'għandhomx jipprijoritizzaw esklussivament il-karozzi biss imma t-toroq għandhom ikunu tan-nies. Żied ukoll li t-toroq għandhom ikunu moderni u kapaċi jsostnu modi ta' trasport differenti, bħar-rota u t-trasport pubbliku, b'mod partikolari enfasizza l-aċċessibilità tat-toroq għal dawk b'moviment limitat jew jagħmlu użu minn mezzi trasportattivi li jiffaċilitawlhom ħajjithom minħabba xi kundizzjonijiet partikolari. Kompla d-diskors tiegħu billi enfasizza l-importanza li l-pjazez tal-pajjiż jingħataw lura l-ħajja, "fejn it-tfal għandhom jerġgħu jkunu jistgħu jilagħbu fit-toroq," qal Ellul filwaqt li rrimarka li l-ġenerazzjoni tiegħu kienet l-aħħar waħda li għamlet dan. BONETT JIĊĊARA LI IM MHIX AĠENZIJA SPEĊIFIKAMENT GĦAT-TOROQ Iwieġeb għall-mistoqsijiet tal-midja rigward il-kwistjoni tat-tibdil tal-Kap Eżekuttiv ta' Infrastructure Malta, hu stqarr li ried ibiddel in-narrattiva. "Ridt inbiddel in-narrattiva li Infrastructure Malta hija aġenzija speċifikament għat-triq," spjega Bonett. Hu qal li l-assessjar tal- aġenzija hija waħda inġusta, għax l-aġenzija tkopri affarijiet li jmorru oltre mill-kunċett ta' triq u trasport. "Dan sabiex l-aġenzija tinkludi kull tip ta' trasport, spazji pubbliċi u aġenzija li ma tillimitax ruħha għat-toroq biss." Bonett ikkonkluda li "issa bdiet il-ħidma tiegħi bħala Ministru, wara li tkellimt u djalogajt ma' kulħadd." Il-Ministru Chris Bonett (lemin) u l-Kap Eżekuttiv ta' Infrastructure Malta Steve Ellul fil-ġurnata tat-tnedija ta' Vjal Kulħadd 'Qegħdin ninvestu bil-kbir biex il- komunitajiet tagħna jkollhom l-aqwa ambjent li jinċentiva l-mixi u l-użu tar-rota fuq dak tal-karozzi '