Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1526918
aħbarijiet IL-ĦADD 22 TA' SETTEMBRU 2024 • illum 04 Natán Jáñez Carro tiddikjara l-intenzjoni tagħha biex il-kumpanija tirreġistra għal-Liċenzja ta' Aġenzija tal-Impjiegi, skont L.N. 270 tal-2023 L-ATT DWAR IR-RELAZZJONIJIET INDUSTRIJALI (KAP.452) Regolamenti tal-2023 tal-Aġenziji tal-Impjieg. L-attivitajiet ipproponew jiffukaw aktar fuq il-provista ta' ħaddiema b'enfasi li jagħmluhom disponibbli għal terzi kumpaniji. Dawn jinkludu: 1. Servizzi ta' xogħol temporanju ma' terzi kumpaniji. 2. It-terzi kumpaniji jqassmu x-xogħol lit-tali ħaddiema temporanji. 3. Servizzi ta' esternalizzazzjoni li jistgħu jinvolvu provista ta' ħaddiema lil terzi kumpaniji. 4. Aġenzija ta' esternalizzazzjoni, inkluż kuntratturi u sottokuntratturi, u supervisors li jidderieġu u jikkontrollaw lill-ħaddiema. Indirizz Uffiċjali Reġistrat: 40, Santa Marija Sliema, Malta. Indirizz: Operattiv: Level 2, Tower Business Centre, Triq Luigi Onofrio, c/w Triq it-Torri, c/w Triq il- Graffi_ Navali, Swatar, Birkirkara. Numru tal-kumpanija reġistrata: 631849649 Is-sentenza tal-Qorti Ewropea tħalli lill- Maltin bla għażla fuq l-insib għall-2024 MARIANNA CALLEJA Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (ECJ) qalet li l-prattika Maltija li tippermetti l-insib tal-għasafar għal "skopijiet ta' riċerka" hija illegali u tikser id-Direttiva Ewropea tal-Għasafar. Din id-deċiżjoni ġabet reazzjonijiet differenti minn BirdLife Malta u l-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK), li offrew il-perspettivi tagħhom dwar kif se tiġi affettwata l-komunità tan-nassaba Maltin mal-gazzetta ILLUM. BIRDLIFE MALTA: 'DIN IS- SENTENZA TATNA RAĠUN' Mark Sultana ta' BirdLife Malta qal li d-deċiżjoni tal-Qorti kienet konferma ta' dak li kienu ilhom iwissu fuqu. "Din is-sentenza tfisser ħafna, u fuq kollox tatna raġun," qal Sultana. Huwa rrimarka kif il-pariri ta' BirdLife Malta kienu dejjem ibbażati fuq xjenza soda, iżda l-Gvern għażel li ma jsegwihomx. "Il-pariri li tajna, dejjem kienu tajbin, il-Gvern ma semax minna, imma issa se jkollu." Sultana kkritika wkoll lil Ministru Clint Camilleri li, skontu, ipprova jpinġi s-sentenza bħala kwistjoni ta' teknikalità żgħira. "Clint Camilleri pprova jpinġiha li l-Imħallef sab problema waħda, fil-verità kienet teknikalità biżżejjed biex issib lil Malta ħatja," qal Sultana. BirdLife Malta sostniet li xjenza ġenwina hija kruċjali, iżda mhux meta tintuża bħala skuża biex tiġi skużata l-prattika. "Xjenza hi importanti, imma mhux tpoġġi l-kelma 'xjenza' biex taraha iktar pożittiva," żied Sultana. Għal BirdLife, din is-sentenza turi li l-insib qed jiġi milħuq b'bażi politika aktar milli xjentifika. FKNK: 'QED NANALIZZAW SPUNTI BIEX NIMXU 'L QUDDIEM' Lucas Micallef tal-FKNK esprima l-frustrazzjoni tiegħu dwar id-deċiżjoni tal-Qorti, iżda xorta waħda enfasizza li għadhom qed janalizzaw is-sitwazzjoni. "Mhux xi ħaġa li qed nilqgħu b'mod pożittiv," qal Micallef, u saħaq li l-Qorti ma sabitx xi ħaġa ħażina fir-riċerka jew fil- parteċipazzjoni tan-nassab fil- proċess. Huwa semma kif l-FKNK qed taħdem mal-imsieħba tagħha, speċjalment mal-FACE fl-Ewropa, biex janalizzaw il-pożizzjoni tagħhom. Micallef irrefera wkoll għall- wegħdiet li saru qabel Malta daħlet fl-UE fl-2003, meta nassaba kienu ngħataw garanziji li l-prattika tagħhom tibqa' għaddejja normali. "Qabel l-2003 saru ħafna wegħdiet anke uffiċjali li kollox se jibqa' għaddej b'mod normali," qal Micallef, qabel ma fakkar fl-esperjenza tal-FKNK fl-2009, meta l-Ewropa għamlet sentenza simili kontra l-kaċċa fir- rebbiegħa, iżda l-kaċċaturi sabu mod kif jibqgħu jipprattikawha. Filwaqt li l-FKNK qed tkompli tħares lejn il-mod kif jistgħu jimxu 'l quddiem, Micallef qal li għandhom fidi fil-pożizzjoni tal- Gvern. "Għadha friska imma nnutajna l-pożizzjoni tal-Gvern, u jaf li l-kompetenza tagħna u r-riżorsi tagħna huma dejjem disponibbli." BirdLife titlob lil Abela jżomm responsabbli lil dawk li 'qarrqu bl-UE' JORDAN PACE Fid-dawl tad-deċiżjoni tal- Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (ECJ), BirdLife Malta sejħet għal kontabilità fejn jidħlu "il-manuvri ta' qerq," f 'wiċċ l-Unjoni Ewropea. L-NGO, li kienet ilha topponi l-prattiċi ta' Malta dwar l-insib, sejħet lill-Prim Ministru Robert Abela biex iżomm lil dawk involuti responsabbli, b'mod partikolari l-Ministru t'Għawdex Clint Camilleri li ħa ħsieb id-deroga. "Għal darb'oħra ġejna vindikati mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja," iddikjarat BirdLife Malta fl-ittra miuħa tagħha lill-Prim Ministru. "Id- deroga għall-insib ma kienet xejn aktar minn mod biex tinħeba l-verità, li ma kellu l-ebda valur xjentifiku jew ta' konservazzjoni." L-ECJ iddeċidiet fid-19 ta' Settembru 2024 li d-deroga ta' Malta mill-projbizzjoni tal-insib tal-għasafar hija illegali, u qalet li l-proġett tal-insib f 'Malta ma stabbiliex skop ġenwin ta' riċerka u għalhekk ma kienx ġustifikat. Il-kritika ta' BirdLife Malta waqgħet fuq Clint Camilleri, li jargumentaw li mhux biss żgwida lill-Kummissjoni Ewropea iżda wkoll ħela fondi pubbliċi fil-proċess. L-NGO ssostni li l-flus ta' min iħallas it-taxxa, li x'aktarx jammontaw għal għexieren ta' eluf ta' ewro, intużaw fuq id-deroga, li kienet maħsuba biex tfalli mill-bidu. L-ittra miuħa hija indirizzata wkoll lejn il- Kumitat Ornis, li jagħti pariri lill-Gvern dwar kwistjonijiet ta' konservazzjoni tal-għasafar. BirdLife Malta kkritikat lill- kumitat talli kien influwenzat politikament, u appellat biex jiġi riformat f 'korp li jibbaża r-rakkomandazzjonijiet tiegħu fuq ix-xjenza, aktar milli fuq motivazzjonijiet politiċi. BirdLife Malta temmet billi ħeġġet lill-Prim Ministru Abela biex jieħu azzjoni deċiżiva u jiżgura li Malta żżomm l-obbligi tagħha lejn id-Direttiva tal-UE dwar l-Għasafar u tirrispetta s-saltna tad-dritt. Mix-xellug: Clint Camilleri, Lucas Micallef u Mark Sultana