MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 13 October 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1527862

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

Il-mewt għall-għarrieda ta' Bruce Lee f 'Hong Kong (attwalment twieled fl-1941 f 'San Francisco) ħasdet lid-dinja kollha. Dan l-espert fl-Arti Marzjali kien ix-xempju ta' ħeffa u saħħa u ċċassa lil kulħadd bil- manuvri tiegħu f 'ħames films (wieħed biss minnhom kien Amerikan pur – Enter e Dragon). Hu miet mewta misterjuża ta' 32 sena f 'Hong Kong imma bosta jgħidu li x'aktarx inqagħtet vina minn moħħu. Fi żmienu u warajh dehru diversi imitaturi anki b'ismijiet simili tiegħu. Is-saħta fil- familja Lee kompliet f 'ibnu Brandon Lee (1966-1993) li wkoll ħadem xi films fi stil bħal dawk ta' missieru, fosthom Kung Fu: e Movie għat-TV, Showdown In Little Tokyo, Rapid Fire u e Crow (li reġa' nħadem). Kien f 'dan il-film tal-aħħar meta sparaw fuqu fejn waħda mill-pistoli kien fiha balla vera. Hu kellu biss 27 sena. Naħseb li veru it minnkom smajtu bl- isem ta' Heather O'Rourke. Wara li dehret f 'xi programmi tat-TV, din it-tifla ta' seba' snin marret m'ommha fir-restorant tal- MGM. Fuqha ġie stranġier li ħa grazzja magħha u staqsieha x'jisimha. Hi qaltlu: "Jisimni Heather O'Rourke". Dan il-bniedem kien Steven Spielberg li wara taha parti konsiderevoli fil-film tal-biża' li fih kien biss bħala produttur, Poltergeist (1982) u fiż-żewġ sequels ta' wara, Poltergeist II: e Other Side u Poltergeist III. Il-kelmiet li qalet fl-ewwel film "Dalwaqt ġejjin" għall-iħirsa li joħorġu mit-TV meta l-istazzjon jagħlaq, saru famużi. Erba' xhur qabel ħareġ Poltergeist III (1988) it-tifla O'Rourke ta' 12-il sena kienet mejta. Meta mardet, it-tabib m'għarafx minn xiex qed tbati u meta kien tard wisq induna li mietet minħabba msaren imblukkati fil-31 ta' Jannar 1938. Teenager li qajjem sensazzjoni sħiħa fil- film Stand By Me (1986) kien River Phoenix imwieled Madras, Oregon fl-1970. Tfulitu għaddieha l-Venezuela għax il-ġenituri tiegħu kien qishom missjunarji tas-setta Children Of God. Ħutu wkoll kienu msemmijin għan- natura. Ħuh Leaf (werqa) biddel ismu għal Joaquin u oħtu Rain (xita). River ħadem diversi films fosthom f 'Indiana Jones And e Last Crusade fil-parti tal-avventurier/arkeoloġiku meta kien tifel. Kien wieħed bl-akbar talent ta' żmienu. Hu miet ta' 23 sena b'overdose fl-1993 meta waqa' quddiem ħutu stess. John Belushi, kummidjant li deher fil- bidu f 'Saturday Night Live fuq it-TV, kellu karattru aggressiv u fiżiku billi kien imbaċċaċ. Ġie nnotat sewwa ġo produzzjonijiet bħal National Lampoon's Animal House u e Blues Brothers. Kellu kilba għad-drogi, vizzju li ħakmu ħafna u miet b'overdose ta' 33 sena fl-1982. Fl-aqwa tal-karriera tiegħu Heath Ledger, li twieled l-Awstralja miet f 'Jannar 2008 kawża, kif ġie mħabbar, minn overdose aċċidentali fl- għomor ta' 29 sena. Impressjona ħafna fil-film Brokeback Mountain fejn kien innominat għall-Oscar, però rebaħ dan l-unur wara mewtu fil-parti ta' e Joker għal e Dark Knight. Attriċi oħra li ħallietna fl-età ta' 32 sena hi Brittany Murphy li mietet fl-20 ta' Diċembru 2009 f 'ċirkostanzi misterjużi. Hi ħassha ħażin id-dar u mietet sa ma wassluha l-isptar. Żewġha miet ħames xhur wara fl- istess dar u f 'ċirkostanzi simili. Fl-2001 mietet il-kantanta Aaliyah ta' 22 sena meta kraxxja l-ajruplan. Adrienne Shelley li kienet taħdem films indipendenti nqatlet fl-appartament tagħha fi Greenwich Village, New York ta' 40 sena minn immigrant illegali mill-Ekwador li kien jaħdem fil-qrib. Paul Walker ħa fama kbira bil-film e Fast And e Furious u ħadem f 'ħamsa sequels oħra ta' din is-serje. Kien umanitarju, jgħin f 'postijiet li jintlaqtu minn xi diżgrazzja. Miet ta' 40 sena fl-2013 meta kien f 'karozza misjuqa minn ħabibu li ħabat meta kien sejjer jagħmel xogħol ta' karità. Dawk midħla tiegħu ddeskrivewh bħala "anġlu". Ħallejt apposta għall-aħħar lil Dolores Hart li twieldet f 'Chicago fl-20 ta' Ottubru 1938 bl- isem ta' Dorothy Hicks. Din ħadmet darbtejn ma' Elvis Presley, f 'Loving You u King Creole, barra xogħlijiet oħra fosthom il-parti ta' Santa Clara fi Francis f 'Assisi (1961). Wara li dehret fil-film Come Fly With Me (1963) iddeċidiet li tħalli l-industrija tal-films u daħlet soru fil-kunvent tal-Benedittini Regina Loudis f 'Betlehem, Connecticutt ta' 25 sena u wara saret ukoll il-Pirjolina tal-post. Fl-2006, wara 43 sena f 'monasteru żaret Hollywood mill- ġdid biex tqajjem kuxjenza dwar marda li taħkem sewwa fuq in-nervituri. Meta marret biex tiġbor fondi biex tinbena estensjoni fil-kunvent tagħha, fost oħrajn, kienu Paul Newman u Patricia Neal, li wara kkonvertiet għar-reliġjon Kattolika, li għenuha. F'wieħed mill-magazines Elvis Monthly, f 'artiklu jingħad li Elvis ħa grazzja magħha u ried jiżżewwiġha, iżda s-sejħa tagħha kienet aktar sublimi. 14 films IL-ĦADD 13 TA' OTTUBRU 2024 • illum Carmel Bonnici Ħallewna ta' età żgħira IT-TIENI PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab bil- ħalbiet tax-xita li jsir pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fix-xita Riħ Punent Majjistru forza 5 għal 6 lokalment forza 6 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp Ftit imsaħħab li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ Viżibilità Moderata għal tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Mil-Lbiċ forza 4 għal 5 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Bruce Lee miet mewta misterjuża ta' 32 sena f 'Hong Kong Paul Walker miet ta' 40 sena fl-2013 Meta mardet Heather O'Rourke, it-tabib m'għarafx minn xiex qed tbati u meta kien tard wisq induna li mietet minħabba msaren imblukkati fil-31 ta' Jannar 1938

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 13 October 2024