MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 13 October 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1527862

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 15

16 aħbarijiet IL-ĦADD 13 TA' OTTUBRU 2024 • illum L-Uragan Milton ikisser u jfarrak Florida JORDAN PACE Kulħadd sema' biha s'issa l-maltempata fl- Amerika li bdiet tixref fuq l-art nhar l-Erbgħa, u ġabet magħha riħ, xita, qerda u mwiet. L-Uragan Milton ġie it inqas minn ġimagħtejn wara li l-Uragan Helene li kkawża devastazzjoni mifruxa fuq il-kosta tal-Lvant tal-Istati Uniti, u qatel mill-inqas 225 ruħ. L-Uragan Helen kien ikkategorizzat bħala wieħed mill-aktar uragani devastanti fl-istorja tal- uragani fi Florida, iżda l-Uragan Milton seraq it- titlu f 'ħakka t'għajn, b'bosta esperti jargumentaw li dan kien l-agħar fis-seklu s'issa. Bil-midja soċjali sservi ta' xhud għall-uġigħ ta' dawn il-familji, id-dinja waqfet tosserva l-paniku, ir-rabja, in-niket u l-anzjetà ta' bosta li kellhom jagħmlu dak li qatt ma ħolmu li se jsir. Familji telqu djarhom u saqu wara serbut ta' eluf ta' karozzi għal iktar minn għaxar sigħat, qasmu ż-żona tal-Kosta tal-Golf li diġà kienet imkissra u mfarrka sakemm sabu refuġju f 'żoni oħra. Bdiewa u raħħala telqu l-annimali tagħhom, bit-twissija tal-evakwazzjoni tgħidilhom li hekk biss jistgħu jsalvaw. Ipinġu fuq sidirhom in-numru tal-kuntatt tagħhom, kontra qalbhom, jitilquhom għal għonq it-triq. L-agħar marru dawk il-familji li ma laħqux biljetti għall-ajruplan, ma setgħux jitilqu l-klieb, il-qtates u l-qraba warajhom, jew agħar ma sabux pitrolju jew diesel biex iwassalhom f 'żona ta' sigurtà. L-ommijiet qamu billejl, u bid-dmigħ fix- xifer t'għajnejhom kitbu fuq idejn uliedhom rieqda fis-sħana tal-kutri, l-isem, in-numru tal- identità u n-numru tal-mobile. Dan biex jekk l-uragan ikisser id-djar u r-riħ jilħaqhom billejl, l-awtoritajiet forsi jsibuhom aktar malajr. B'riħ ta' 74 mph, l-Uragan Milton daħal fil- kotba tar-rekords. Iżda l-maltemp kompla miexi, bi twissijiet ta' riħ ta' Kategorija 2, Kategorija 3, Kategorija 4, u anke Kategorija 5, imkejla fis-7 ta' Ottubru. Florida hija familjari mal-uragani. Fil-fatt, minbarra Helene u Milton, Florida rat erba' uragani oħra fatali mis-sena 2000 'l hawn. Minkejja l-qawwa ta' Milton, l-aktar uragan qattiel f 'dan is-seklu sal-lum għadu Katrina fl- 2005, li qatel 1,392 ruħ. Fil-każ ta' Milton, l-imwiet għadhom it kumparati ma' uragani oħra, iżda uffiċjali Amerikani kkonfermaw li ħafna mill-imwiet ġew ikkawżati minn ilma ta' għargħar u biċċiet minn bini meqrud. Għaldaqstant, l-uragani jistgħu jikkawżaw ukoll ħsarat li jiswew biljuni ta' dollari fi kwistjoni ta' sigħat u jiem. Mis-sena 2000, l-aktar seba' uragani fatali waħedhom ikkawżaw aktar minn nofs triljun dollaru ta' ħsara ($570 miljun+). Dan mingħajr ma ngħoddu l-għexieren l-oħra li laqtu l-Amerika matul is-snin. L-Uragan Ian (2022) ikkawża l-aktar ħsara finanzjarja, $133 biljun b'kollox. Għadu mhux magħruf kemm se tiswa l-ħsara minn Milton (u Helene). Peress li għaddew 24 siegħa minn Milton, l-impatt tiegħu għadu ma jistax jitkejjel, iżda l-Uragan Helene huwa diġà stmat li kkawża mill- inqas $30 biljun u daqs $47 biljun f 'telf ta' finanzi li ħafna minnhom ma kinux assigurati. AccuWeather qal il-Ħamis li l-istimi preliminari ta' ħsara u telf ekonomiku huma bejn $160 biljun u $180 biljun fil-każ ta' Helen biss. L-uragan Milton mis-spazju L-Uragan Milton – il-maltempata tas-seklu – iħalli qerda madwar Florida, b'mill-inqas 16 mejta, u miljuni mitlufa. Dar fi Florida marbuta mal-art biex ma tinqalax mis-saħħa tal-uragan Milton

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 13 October 2024