Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1529156
03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 10 TA' NOVEMBRU 2024 Transport Malta b'miżuri biex Malta ma teħilx fit-traffiku waqt SiGMA MARIANNA CALLEJA Transport Malta se tkun qed timplimenta sensiela ta' miżuri kkordinati biex tikkontrolla t-traffiku matul l-avvenimenti ta' SiGMA fil-ġimgħa li ġejja. Kelliem għal Ministeru tat- Trasport u t-Toroq qal lill-ILLUM li l-konferenza SiGMA ta' din is- sena se tkun mgħammra b'punti magħżula ta' pick-up u drop-off fost miżuri oħra li jtaffu t-traffiku biex tiġi evitata l-konġestjoni kbira li l-istess avveniment ra fis-sena li għaddiet. "Hemm żoni ta' drop-off magħżula għall-kowċis fi Triq Tat- Tromba u għal taxis bojod biswit il-warehouse ta' Salv Bezzina & Sons Ltd, b'mixja qasira sal- post. Vetturi Y-plate għandhom ukoll aċċess iddedikat fil-parking biswit Triq Garibaldi, fejn mal- inżul il-mixja hi ta' ħames minuti, appoġġjat minn geofencing għal żoni ristretti." Biex dan kollu jiġi miiehem sewwa, il-kelliem qal ukoll li se jitweħħlu sinjali ċari madwar iż- żona, u dawn se jkomplu jiggwidaw lil dawk kollha li jattendu, sew jekk jaslu bil-karozza, bil-mixi, jew bit- trasport pubbliku. "Transport Malta hija impenjata biex tassisti fil-kordinazzjoni matul dan l-avveniment," il-kelliem temm jgħid. Sena ilu Malta weħlet f 'serbut wieħed ta' karozzi, hekk kif il- konferenza tal-industrija tal- iGaming, SiGMA, laħqet il- qofol tagħha fil-Mediterranean Maritime Hub fil-Marsa. Uffiċjali minn Transport Malta kienu fuq il-post biex itaffu l-konġestjoni kbira li laqtet diversi lokalitajiet tal-gżira matul it-Tlieta filgħaxija. Iżda l-impatt kien wisq kbir, b'lokalitajiet oħra bħall- Ħamrun, Tal-Pietà, L-Imsida, San Ġwann, Pembroke, u Birkirkara, kollha esperjenzaw traffiku qawwi. Il-konġestjoni, fil-fatt, estendiet mis-Swieqi sa Ħal Tarxien, b'mod speċjali għal dawk li kienu sejrin lejn id-direzzjoni ta' Nofsinhar. Minkejja dan, il-fundatur ta' SiGMA Europe, Eman Pulis, iddeskriva li l-għażla li jirrilokaw il-konferenza għal post akbar kienet "għażla tajba", anke jekk din ġabet magħha diversi sfidi. Waqt post fuq LinkedIn, Pulis qal, "niem li fl-ewwel ġurnata, it-traffiku madwar il-pajjiż kien affettwat, u jiddispjaċini għall-inkonvenjent. Tgħallimna lezzjonijiet siewja li jistgħu jgħinuna nippreparaw aħjar għas- sena d-dieħla." SiGMA Europe f 'Malta tiġbor flimkien mexxejja tal-industrija tal-gaming għal sessjonijiet ta' networking, workshops, u ideat ġodda. Il-konferenza tiġbed madwar 25,000 delegat minn madwar id-dinja kollha u aktar minn 1,000 esebitur, li jinvolvu ruħhom f 'wirjiet li għaddejjin f 'lokalitajiet differenti madwar il- pajjiż. Pulis kien spjega kif il- konferenza kienet possibbli biss għax ħames xhur qabel ġew assigurati l-permessi kollha meħtieġa biex jibdew ix-xogħol fuq tliet imħażen abbandunati, li ġew rinnovati biex jospitaw din l-edizzjoni. Il-konferenza, li ilha ssir f 'Malta għal disa' snin, issa qed tilħaq livelli ġodda. Għalkemm kienu jistennew sfidi ta' infrastruttura, Pulis esprima t-tama li Malta tibqa' l-post fejn din il-konferenza tkompli ssir. F'kumment lill-ġurnalisti, Pulis żied jgħid li l-konferenza kienet ċans għal aktar investiment barrani f 'Malta. F'Malta, is- settur tal-gaming ilu jsostni l-ekonomija, b'aktar minn 11,200 persuna impjegati u €1.5 biljun fi dħul annwali. Minkejja l-isfidi tat-traffiku, Pulis appella biex Malta tibqa' l-pjattaforma ewlenija għal din il-konferenza, li tkompli tagħmel impatt b'saħħtu fuq l-ekonomija Maltija u fuq il- prestiġju tal-pajjiż bħala ċentru tal-gaming. Drop off points u parking apposta fost miżuri biex Malta ma terġax teħel fit-traffiku fil-ġurnata li tospita l-konferenza tal- industrija tal- iGaming, SiGMA, fil-ġimgħa li ġejja Eman Pulis, il-fondatur ta' SiGMA