Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1530880
intervista IL-ĦADD 22 TA' DIĊEMBRU 2024 • illum 06 'Il-ħajja hi dik li tagħmilha... persuna bid-dijabete tista' tgħix bħal ħaddieħor' Kważi 10% tal-popolazzjoni f 'Malta jbatu mid-dijabete, imma l-president tal-Assoċjazzjoni Maltija għad- Dijabete, Chris Delicata, jemmen li jekk tieħu l-prekawzjonijiet kif suppost persuna b'din il-kundizzjoni tgħix ħajja bħal ħaddieħor. MARIANNA CALLEJA META NITKELLMU FUQ PERSUNI LI JBATU MID-DIJABETE F'MALTA FUQ MIN QED NITKELLMU? Fiżikament inkunu qed nitkellmu kważi 10% tal-popolazzjoni, madwar 50,000 persuna li jkunu qed ibatu mill- kundizzjoni tad-dijabete. Id-dijabete tiġi f 'żewġ forom, għandek id-dijabete tat- tip wieħed, meta l-ġisem ma jkunx qed jipproduċi insulina allura il-persuna li jgħix bid-dijabete ikollu jiehu insulina tul ħajtu kollha biex jgħix. Dawk jissejħu 'Insulin Dependent', magħrufa wkoll bħala auto-immune condition. Imbagħad hemm id-dijabete tat-tip tnejn, li hija aktar privalenti Malta. Hawn il-ġisem ma jkunx qed jipproduċi bizzejjed insulina, jew dak li qed ikun proddott ma jkunx biżżejjed għal ġisem, u għalhekk ikun hemm bżonn ta' dieta, jew ħafna eżerċizzju biex itejjbu l-kundizjoni jew jekk is-sitwazzjoni tkun avvanzata, ikun hemm bżonn insulina, jew mediċina, biex jittrataw il-kundizzjoni. IX-XJENZA U L-MEDIĊINA TJIEBET IMMA XORTA D-DIJABETE HIJA KUNDIZZ JONI SERJA, KEMM HI SERJA? Kważi 'l fuq minn mitt sena Fredrick Benting, u Charles Best skoprew l-insulina, li tant u tant salvat nies madwar id-dinja kollha. Iktar minn mitt sena ilu min kellu din il-kunsizzjoni ma kienx jgħix, kienet kundanna għal mewt. Għamilna avvanzi kbar, kemm min- naħa ta' mediċini (insulini), kif ukoll teknoloġija. It-teknoloġija għenet biex persuna bid-dijabete jimmaniġja aħjar il- kundizzjoni tiegħu. Idf-dijabete għadha prevalenti, is-sitwazzjoni qegħda aktar tiggrava, imma bl-avvanzi li qed isiru, il- ħajja ta' persuna li jgħix bid-dijabete qed tkun aħjar, jiġifieri min dak il-att, huwa aspett pożittiv. X'INHUMA L-GĦANIJIET TAL- GĦAQDA TAGĦKOM? L-għaqda tagħna hija l-vuċi ta' persuni li jbatu minn dijabete. Dejjem insostnu li persuna li jbati mid-dijabete għandu jkun iċ-ċentru, fiċ-ċentru, u fil-qalb ta' kull deċiżjoni li tittieħed. Fl-aħħar minn l-aħħar, aħna rridu nkunu l-vuċi ta' dak li forsi qed ibati, jew iħossu frustrat, li għandu sfidi. Aħna rridu nkunu l-vuċi tiegħu, il-forċina tiegħu biex nipprovaw nimmeljoraw is-sitwazzjoni. U hawn jidħlu bosta aspetti, jista' jkun aċċess għal ċertu asperini, aċċess għal apparat li jgħin fl-immaniġjar tal-kundizzjoni, sitwazzjonijiet ta' diskriminazzjoni fuq il-post tax-xoghol, issues fl-iskejjel. Ahna min iċemplilna, min jiġi għandna, u jitlob l-għajnuna, aħna rridu nkunu hemm għalih bħala sapport. Imbagħad hemm it-tieni aspett, fejn tidħol l-għaqda. Aħna rridu nikkrejaw aktar u aktar għarfien. Irridu nkunu hemm biex in-nies ikunu aktar konxji ikunu aktar mgħarfa fuq il-kundizzjoni għax xi drabi naraw li n-nies iħarsu lejn id-dijabete b'ċertu tabù. Aħna rridu li jkunu jafu x'inhuma il-cons u pros ta' din il-kundizzjoni, biex fl-aħħar minn l-aħħar ikunu jafu, anke fis-socjetà, forsi fuq il-post tax-xogħol, ikunu jistgħu jkunu aktar mgħarfa. ILLUM BOSTA DIJABETICI JUŻAW SENSOR, IŻDA GĦAD FADAL BIEX KULĦADD IKOLLU SENSOR MHUX HEKK? U DWAR IL-POMPA TAL- INSULINA XI NGĦIDU? Is-sensors, continous glucose monitor, fil-qasir CGM, ġew introdotti mill-Gvern ftit snin ilu, għal tfal u l-addoloxenti mis- 16 'l isfel. Ftit ftit bdiet tiġi estiża għal kulħadd, u mhux bl-età. Fl-aħħar seminar li kellna, fl-okkażjoni tal-Jum Dinji għad- Dijabete, il-Ministru tas-Saħħa ħabbar li sal-aħħar tas-sena dawn is-sensors se jkunu disponibbli għal kull mingħandu d-dijabete tat-tip wieħed. Din hija aħbar importanti għaliex l-ewwelnett il-persuna li tgħix bid- dijabete jistħoqqlu l-aqwa trattament imma wkoll ghax kien hemm min kien qed jixtri dan it-tgħammir, u dawn jiswa hafna flus. Qed nitkellmu madwar ftit inqas minn €4,000 fis-sena. Dan l-apparat jservi ta' moniteraġġ tal- livelli taz-zokkor matul il-ġurnata kollha, u javżak meta z-zokkor se jkun għoli jew baxx, biex b'hekk tara x'għandek bżonn biex tirregolah u ma taqgħax hypo, jiġġifieri meta l-livelli taz-zokkor jitbaxxaw ħafna. Kienet aħbar li konna qed nistennew, u ilqajniha b'sodisfazzjon kbir. Fuq pompi tal-insulina, fl-istess seminar, il-Ministru għas-Saħħa ħabbar li s-sena ddieħla se jibda' inizjattiva għat- tfal u l-adoloxenti minn 18-il sena 'l isfel, bl-iskop u l-intenzjoni li din tkun estiża għal etajiet kollha. Kienet aħbar oħra li lqajna b'sodisfazzjon. Huma passi importanti, li jgħinu persuna li jgħix b'kundizzjoni bħal din għal ħajtu kollha Aħna, il-gvern u l-NGO, qed nipprovaw intejbu is- sitwazzjoni. PERSUNA LI GĦANDHA D-DIJABETE TISTA TGHIX HAJJA NORMALI? Jiena nemmen li 'life is what you make it', l-importanti li dejjem tagħti każ li jgħidlek it-tabib, tmur għand l-appuntamenti, jekk hemm bżonn tmur għand dietician biex jgħidlek x'għandek tiekol, tagħmel eżerċizzju kontinwu, imma iva nemmen li persuna bid-dijabete mhxu inqas minn ħaddieħor. Jekk inti tieħu l-preawzzjonijiet kollha, tista' tgħix ħajja normali bħal ħaddieħor.