MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 22 December 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1530880

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 22 TA' DIĊEMBRU 2024 Petizzjoni Parlamentari biex ċittadini Maltin b'reati f 'Malta jaffaċċjaw ġustizzja f 'Malta Ħamsa mejta, u 200 midruba f 'suq tal- Milied f 'Magdeburg, il-Ġermanja Petizzjoni parlamentari għadha kemm inħarġet biex ċittadini Maltin li jwettqu reati f 'Malta jaffaċċjaw il-ġustizzja fil-pajjiż tagħhom stess. Il-petizzjoni kienet imnedija minn Lucienne Meli Bellizzi, omm Daniel Meli, li qed jikkontesta proċeduri ta' estradizzjoni lejn l-Istati Uniti. Daniel Meli, li huwa mfittex fl-Amerka b'rabta mal-bejgħ ta' soware ta' malware fuq id- dark web, għandu 28 sena u kien arrestat fi Frar tal-2024 fuq talba tal-awtoritajiet Amerikani. Huwa akkużat li biegħ prodotti ta' malware, inkluż il-Pegasus remote access trojan (RAT), lil kriminali fuq forums online minn tal-inqas mill-2012. "Għandna nuru fiduċja fis- sistema ġudizzjarja tagħna u mhux niddependu fuq dik ta' pajjiż ieħor," Meli Bellizzi qalet f 'intervent telefoniku fuq il- programm ta' Andrew Azzopardi fuq RTK103. Meli inizjalment kien qabel mal-estradizzjoni tiegħu, iżda mbagħad appella bl-argument li ma kienx fi stat mentali tajjeb u li ma kienx jaf bis-sentenza severa li jista' jaffaċċja fl-Istati Uniti. Il-familja tiegħu aktar tard skopriet li jista' jaffaċċja sa 45 sena priġunerija u multa ta' $500,000. B'riżultat tal-każ tiegħu, il- parlament Malti emenda l-liġi biex iħalli lil dawk akkużati jikkontestaw proċeduri ta' estradizzjoni anke fi stadju aktar tard, anke jekk ikunu qablu inizjalment. Dan wassal biex il- Qorti ssospendiet l-estradizzjoni tiegħu u ordnat li l-każ jiġi mismugħ mill-ġdid fil-qrati inferjuri. Il-petizzjoni ta' Meli Bellizzi tgħid li reati mwettqa f 'Malta minn ċittadini Maltin għandhom jittieħdu quddiem qrati Maltin, anke jekk ir-reati jkollhom vittmi barra minn Malta. Hija enfasizzat li sentenza ta' priġunerija fl-Istati Uniti tkun ferm agħar għal binha milli jekk jiskonta s-sentenza tiegħu f 'Malta, fejn il-familja tiegħu tista' tarah regolarment. Meli Bellizzi wriet biża' li binha jkun iżolat f 'ħabs federali Amerikan jaffaċċja vjolenza. "L-istat għandu jipprotegi liċ-ċittadini tiegħu. Sentenza ta' priġunerija fl-Istati Uniti tkun ekwivalenti għal 'sentenza ta' mewt' għal ibni," qalet Meli Bellizzi. Il-koppja tkellmet b'mod vokali dwar il-vjaġġ li għaddew minnu minn mindu Daniel kien arrestat, u appellaw għall-intervent tal- gvern biex jesiġu ċertifikati li s-sentenza tkun skontata f 'Malta. APPOĠĠ POLITIKU Il-Ministru tal-Ġustizzja Jonathan Attard għad irid jikkummenta fuq il-petizzjoni, iżda l-Kelliem għall-Oppożizzjoni dwar il-Ġustizzja, Karol Aquilina, esprima appoġġ għall-każ, waqt li ddikjara fil-parlament li r-reati mwettqa f 'Malta għandhom jissolvew fil-ġustizzja Maltija. Il-Partit Nazzjonalista oppona l-estradizzjoni ta' Meli, u enfasizza l-bżonn li l-Gvern Malti jipproteġi liċ-ċittadini tiegħu u jiżġura li jaffaċċjaw il-ġustizzja f 'Malta. Meli Bellizzi qed tippjana li tressaq il-petizzjoni lill-Ministru tal-Ġustizzja, Jonathan Attard. Il- petizzjoni se tibqa' miuħa għall- firem sal-8 ta' Frar, bil-wegħda li tiġbor biżżejjed appoġġ biex tinfluwenza politika u tevita każi simili fil-futur. Chris u Lucienne Meli Bellizzi. il-ġenituri ta' Daniel Meli Ħames persuni, inkluż tifel jew tifla ta' disa' snin, inqatlu u mill-inqas 200 oħra ndarbu meta karozza daħlet f 'folla fis-suq tal-Milied fil-belt Ġermaniża ta' Magdeburg nhar il-Ġimgħa, skont l-awtoritajiet lokali. Minn dawn, 40-il persuna jinsabu f 'qagħda serja. Il-Prim Ministru tal-istat ta' Saxony-Anhalt, Reiner Haseloff, ikkonferma li s-sewwieq suspettat ġie arrestat. Huwa tabib minn l-Arabja Sawdija, ta' 50 sena, li beda' jgħix fil-Ġermanja fl-2006. L-akkużat huwa maħsub li hu persuna pro- Iżraeljana, kontra r-reliġjon Iżlamika, iżda li kien "imdejjaq bil-mod kif refuġjati kienu qed ikunu trattati fil-Ġermanja." Il-karozza involuta kienet mikrija, skont Haseloff. Filmati fuq il-midja soċjali juru l-mument makabru fejn karozza sewda tidħol direttament f 'folla fil-pjazza mimlija nies. Il-pulizija inizjalment ikklassifikaw iż-żona bħala suspettuża għal splussiv, iżda sussegwentement sabu li ma kien hemm xejn. Is-suq tal-Milied f 'Magdeburg, li jattiraw eluf ta' viżitaturi kull sena, issa jinsabu f 'luttu. Il- belt organizzat servizz ta' tifkira fil-Katidral ta' Magdeburg is-Sibt filgħaxija. Il-Kanċillier Ġermaniż Olaf Scholz wera solidarjetà mal-vittmi u l-familji tagħhom, waqt li l-mexxejja Ewropej ukoll bagħtu l-kondoljanzi tagħhom.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 22 December 2024