MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 2 February 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1532057

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 oroskopju / aħbarijiet IL-ĦADD 2 TA' FRAR 2025 • illum AQUARIUS (IŻ-ŻIR), MILL-20 TA' JANNAR SAT-18 TA' FRAR F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Aquarius, għalik, l-istess Aquarius se jkun il-waqt ta' deċiżjoni fejn int issa taf fejn tixtieq tmur u taf liema hi d-direzzjoni tiegħek. Għalhekk wettaq kollox b'għaqal. Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Gemini. Namaste. ARIES (IL-KIBX), MILL-21 TA' MARZU SAD-19 TA' APRIL F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Aquarius, għalik, Aries se jkun il-waqt ta' ispirazzjoni sabiex tagħraf aħjar id-direzzjoni ta' dak li tħoss ġewwa fik bit-tama li tasal fejn tixtieq. Għalhekk importanti li twettaq riflessjoni. Iż- żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Leo. Namaste. GEMINI (IT-TEWMIN), MILL-21 TA' ME JJU SAL-20 TA' ĠUNJU F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Aquarius, għalik, Gemini se jkun il- waqt għal dik il-motivazzjoni sabiex titkattar enerġija fik u b'hekk twettaq it-tkattir tiegħek lejn l-istabbiltà. Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Virgo. Namaste. LIBRA (IL-MIŻIEN), MIT-23 TA' SETTEMBRU SAT-22 TA' OTTUBRU F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Aquarius, għalik, Libra se jkun il-waqt għal aktar għarfien fejn int qiegħed. Issa trid tagħraf dawk l-iżbalji u mbagħad minn hemm tista' terġa' tibni lilek innifsek aktar. Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Pisces. Namaste. SAGITTARIUS (IL-QAWS), MIT-22 TA' NOVEMBRU SAL-21 TA' DIĊEMBRU F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Aquarius, għalik, Sagittarius se jkun il- waqt li tagħraf aktar is-sensittività tiegħek, aktar u aktar meta qed terġa' tesperjenza mħabba friska. Għalhekk analizza. Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Virgo. Namaste. Seba' vouchers ta' 7€ għalik L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta' €7 li jissarraf f 'kotba ppubblikati minn PaulJon. L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 9901 3600 se jinatgħaw voucher ta' €7 li jissarraf f 'Fitness Class ma' Graziella Miruzzi. Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna. L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon Il-Qamar Ġdid (New Moon) waqt iż- żodjaku ta' Aquarius (Iż-Żir) Mill-Ħadd 26 ta' Jannar sas-Sibt l-1 ta' Frar Raġel jittieħed l-isptar wara li qala' daqqiet b'arma bil- ponta f 'Wied il-Għajn Raġel ittieħed l-isptar għall- kura wara li allegatament qala' daqqiet ta' arma taqta' bil- ponta waqt argument li seħħ dalgħodu fi Triq il-Gardjell, Wied il-Għajn. Skont informazzjoni li kiseb dan il-ġurnal, l-inċident seħħ għall-ħabta tad-9:00 am. Meta waslu l-pulizija fuq il- post, huma skoprew li mara allegatament użat arma li taqta' u bil-ponta, u laqtet biha lir- raġel li sofra xi ġrieħi. Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti lir-raġel u li ttieħed l-isptar Mater Dei b'ambulanza. Il-kundizzjoni tiegħu għadha pendenti. Il-pulizija arrestat lill- mara involuta, filwaqt li l-investigazzjonijiet qed ikomplu. Sorsi qrib l-investigazzjoni indikaw li l-każ qed jiġi meqjus bħala wieħed ta' vjolenza domestika. Il-pulizija qed tkompli bl- investigazzjonijiet.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 2 February 2025