Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1532057
03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 2 TA' FRAR 2025 L-akbar sorpriża tas-sondaġġ huwa r-riżultat li ġabu l-partiti ż-żgħar MINN PAĠNA 1 Fil-fatt, filwaqt li l-Partit Laburista jidher jitlef il-vantaġġ minħabba l-votanti li jagħżlu li jastjenu, il-Partit Nazzjonalista jidher jitlef il-votanti, li normalment jivvutaw lilu, lil partiti terzi. Is-sondaġġ wera li 16% tal- votanti li fl-elezzjonijiet tal-2022 ivvutaw lill-Partit Laburista, issa jgħidu li jivvutaw lill-Partit Nazzjonalista. Min-naħa l-oħra, il-partiti ż-żgħar fis-sondaġġ jidhru jieħdu 11% tal-voti mill-Partit Nazzjonalista. Dan ipoġġi lill-Partit Nazzjonalista f 'pożizzjoni li jiggwadanja aktar voti milli qed jitlef, filwaqt li l-Partit Laburista jitlef voti aktar milli jiggwadanja. F'termini ta' numri, is-sondaġġ juri lill-Partit Laburista jitlef aktar minn 3,700 vot, meta kkumparat mal-elezzjoni tal-2022, waqt li l-Partit Nazzjonalista jiggwadanja 400 vot, u l-partiti ż-żgħar jaraw żieda sostanzjali ta' aktar minn 2,000 vot. Fil-fatt, l-akbar sorpriża tas- sondaġġ huwa r-riżultat li ġabu l-partiti ż-żgħar, b'5.7% jwieġbu li f 'elezzjoni, dan il-mument, jivvutaw lill-ADPD, u 5.1% oħra jgħidu li jivvutaw partiti oħra. Mis-sondaġġ tixref differenza ċara fil-ġenerazzjonijiet. Interessanti huwa li waqt li l-Partit Laburista jidher li qed jibqa' jgawdi l-vantaġġ fost dawk li għandhom inqas minn 50 sena, demografika li fiha jiddominaw il-partiti ż-żgħar, il-Partit Nazzjonalista jidher b'saħħtu fost dawk ta' età ikbar. Huma 55% mill-parteċipanti, li għandhom iktar minn 65 sena, li għażlu lill- Partit Nazzjonalista. Min-naħa l-oħra, l-appoġġ għall-partiti ż-żgħar jaqbeż is-17% fost dawk li għandhom inqas minn 35 sena. Intant, għalkemm il-Partit Nazzjonalista jidher jirbaħ il- gżira tat-tliet għoljiet, il-Prim Ministru Robert Abela jidher igawdi l-fiduċja tal-Għawdxin, aktar mill-Kap tal-Oppożizzjoni, Bernard Grech. Fil-każ ta' fiduċja, Abela qed jara disa' punti vantaġġ fuq Grech. Għaldaqstant, ammont sostanzjali ta' votanti li m'għandhomx fiduċja fl-ebda mexxej, xorta jagħżlu li jivvutaw lill-Partit Nazzjonalista. Fil-fatt, 30% tal- votanti Nazzjonalisti li bħalissa jgħidu li m'għandhom fiduċja fl- ebda mexxej, xorta se jivvutaw lill-Partit Nazzjonalista. KIF KIENU L-PL, PN, ADPD U PARTITI OĦRA FL-AĦĦAR SONDAĠĠ Il-Partit Laburista esperjenza qabża fl-istħarriġ wara l-baġit iżda dan ma kienx biżżejjed biex jaqbeż lill-Partit Nazzjonalista. Iż- żewġ partiti huma prattikament ras imb ras, bil-PN igawdi minn vantaġġ minimu ta' punt wieħed. Il-PN kien qed igawdi l-appoġġ ta' 46.3% tal-elettorat, filwaqt li l-PL kellu 45.3%. B'hekk kien hemm vantaġġ ta' punt fuq il-PL fuq turnout proġettat ta' 70.6%. L-istħarriġ juri wkoll li 8% tal- votanti għażlu partijiet terzi, maqsumin indaqs bejn l-ADPD u formazzjonijiet politiċi oħra. AVVIŻ TA' SEJĦIET GĦALL-PROPOSTI TA' PROĠETTI TAĦT Il-Pjan Strateġiku tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) għal Malta 2023-2027 Il-Ministeru responsabbli għall-Fondi Ewropej qed iniedi sejħa għall-proposti ta' proġetti kif indikat hawn taħt: Intervent 73.5.3: Skema għall-Investimenti Produttivi (Diversifikazzjoni) L-ewwel sejħa ta' dan l-intervent ser tagħlaq fit-30 ta' Mejju 2025, f'nofsinhar. Min jixtieq japplika huwa mistieden jirreferi għal https://fondi.eu/ fejn wieħed jista' isib il- Pjan Strateġiku tal-Politika Agrikola Komuni, kif ukoll il-linji gwida u l-applikazzjonijiet ta' din is-sejħa. Qed jiġu organizzati sessjonijiet ta' informazzjoni dwar din is- sejħa kif ġej: • The Oaks Business Centre, Triq Farsons, Ħamrun nhar it-Tnejn 24 ta' Frar 2025 • Fir- Razzett Esperimentali tal-Gvern, Triq l-Imġarr, Xewkija nhar l-Erbgħa 26 ta' Frar 2025 Biex tirreġistra' għal dawn is-sessjonijiet ta' informazzjoni tista taċċessa l-QR Code t'hawn taħt jew iċċempel lis-SEM fuq 2779 7300. Mistoqsijiet għandhom jintbagħatu bl-imejl fuq fondi.eu@gov.mt Robert Abela Bernard Grech