MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 23 February 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1532663

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 oroskopju / aħbarijiet IL-ĦADD 23 TA' FRAR 2025 • illum PISCES (IL-ĦUT), MID-19 TA' FRAR SAL-20 TA' MARZU F'dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku ta' Pisces, għalik, l-istess Pisces se tkun ġimgħa li fiha trid tagħraf aħjar dik id-direzzjoni li tkun ideali għalik. Għalhekk, issa agħraf din l-istabbiltà. Iż-żodjaku ta' ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta' Scorpio. Namaste. TAURUS (IT-TAWR), MILL-20 TA' APRIL SAL-20 TA' ME JJU F'dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku ta' Pisces, għalik, Taurus se tkun ġimgħa fejn trid twettaq analiżi ta' dak li seħħ madwarek sabiex b'hekk issa tista' tibda tħejji l-pjanijiet meħtieġa. Analizza sew. Iż-żodjaku ta' ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta' Cancer. Namaste. CANCER (IL-QABRU), MILL-21 TA' ĠUNJU SAT-22 TA' LUL JU F'dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku ta' Pisces, għalik, Cancer se tkun dik il-ġimgħa li mill-esperjenzi li esperjenzajt fil-passat, tikkombina dak li huwa essenzjali għal futurek. Iż-żodjaku ta' ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta' Gemini. Namaste. VIRGO (L-GĦODRA), MIT-23 TA' AWWISSU SAT-22 TA' SETTEMBRU F'dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku ta' Pisces, għalik, Virgo se tkun ġimgħa li minn issa 'l quddiem trid tkun aktar iffukat lejn il-ħidma li fil-preżent għandha bżonn aktar l-attenzjoni tiegħek. Iż-żodjaku ta' ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta' Aquarius. Namaste. SCORPIO (L-GĦAQREB), MIT-23 TA' OTTUBRU SAL-21 TA' NOVEMBRU F'dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku ta' Pisces, għalik, Scorpio se tkun ġimgħa ta' determinazzjoni fejn għalkemm fil-preżent qed tesperjenza xi intoppi, dan m'għandux iżommok milli tkompli tħares lejn futur aktar stabbli. Iż-żodjaku ta' ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta' Aries. Namaste. Seba' vouchers ta' 7€ għalik L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta' €7 li jissarraf f 'kotba ppubblikati minn PaulJon. L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 9901 3600 se jinatgħaw voucher ta' €7 li jissarraf f 'Fitness Class ma' Graziella Miruzzi. Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna. L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon Il-Qamar Ġdid (New Moon) għaż- żodjaku ta' Pisces – Il-Ħut Mill-Ħadd 23 ta' Frar sas-Sibt 28 ta' Frar Il-Ħamas ħelset sitt ostaġġi ħajjin minn Gaża, l-aħħar sitta skont il-ftehim li seħħ bejn il-Ħamas u Iżrael. L-ewwel tnejn inħelsu kmieni filgħodu s-Sibt minn Rafah. Aktar tard, udjenza kbira nġabret f 'Nuseirat fejn tliet ostaġġi oħra nħelsu f 'ċerimonja simili tas-Sibt li għadda. Filwaqt li l-aħħar ostaġġi huma mistennija jinħelsu minn post ieħor 'il bogħod minn għajn in-nies. Iż-żewġ ostaġġi li nħelsu dalgħodu kienu Tal Shoham t'40 sena u Avera Mengistu ta' 38 sena. Il-familja ta' Shoham ferħet bil-ħelsien tal-qarib tagħhom u talbu sabiex jiġġedded il-ftehim u jinħelsu iżjed mill-ostaġġi. "F'dan il-mument kruċjali ta' ħajjitna, l-unika ħaġa li qed nitolbu hi li tittieħed din l-opportunità sabiex isir ftehim li bih jirritorna l-missirijiet ma' wliedhom – dawn l-ulied għandhom bżonn lil missierhom – u r-ritorn tal-ostaġġi lura d-dar," qalet il-familja ta' Shoham fi stqarrija. Sadanittant, l-udjenza kbira f 'Nuseirat f 'qalb Gaża ferħet bil- ħelsien ta' Eliya Cohen, Omer Shem Tov u Omer Wenkert. Dawn inħelsu wara intervista ma' rappreżentant tar-Red Cross. Fuq il-palk li fuqu saret l-intervista kien hemm numru ta' tfal libsin uċuħ ta' mexxeja tal-Ħamas li nqatlu. Jindirizza l-folla kien hemm ukoll Hazem Qassem f 'isem il-Ħamas. Il-kelliem tal-Ħamas qal li huma lesti jeħilsu l-priġunieri kollha jekk Iżrael tneħħi t-truppi kollha minn Gaża u teħles lill- priġunieri Palestinjani. Il-Ħamas teħles sitt ostaġġi oħra, waqt li Iżrael mistennija teħles 602 priġunieri Palestinjani Is-sitt ostaġġi meħlusa minn Ħamas

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 23 February 2025