MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 23 February 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1532663

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 23 TA' FRAR 2025 L-istħarriġ juri sodisfazzjon ġenerali għall- prestazzjoni tal-kabinett kollu kemm hu, peress li l-ministri kollha kisbu punti 'l fuq minn 5 Ministri b'dekasteri difficli jircievu l-inqas apprezzament IKOMPLI MINN PAĠNA 1 IL-MINISTRI ĠĠUDIKATI MHUX ĦAŻIN Ministru li bi żbrixx ma tidħolx mal-ewwel ħamsa hija l-Ministru tal-Enerġija u l-Ambjent Miriam Dalli li tingħata 5.84 punt mill-elettorat kollu. Però b'marka ta' 8.01, Dalli tiġi fir-raba' post fost votanti tal-PL. Madankollu Dalli tingħata biss 3.83 min-Nazzjonalisti u 5.39 minn dawk li mhux se jivvutaw. Jista' jkun li Dalli kienet ippenalizzata mill-qtugħ tad-dawl fl-aħħar żewġt isjuf minħabba n-nuqqas ta' investiment fid-distribuzzjoni tal-enerġija qabel ma saret Ministru. Ministri oħra li l-ħidma tagħhom hi ġġudikata relattivament sodisfaċenti huma Silvio Schembri (5.71), Owen Bonnici (5.71), u Julia Farrugia (5.69). B'punteġġ inqas insibu lil Byron Camilleri (5.54) li għandu ministeru iktar kontroversjali, u Stefan Zrinzo Azzopardi (5.48) li jbati minn nuqqas ta' viżibilità minħabba l-portafoll tiegħu li hu limitat għall-artijiet tal-Gvern. L-istħarriġ juri sodisfazzjon ġenerali għall-prestazzjoni tal- kabinett kollu kemm hu, peress li l-ministri kollha kisbu punti 'l fuq minn 5. Barra minn hekk, 10 minn 16- il ministru kisbu marka ta' iktar minn 5 fost dawk li bħalissa mhumiex jivvutaw. IL-MINISTRI LI JGĦADDU BI ŻBRIXX Madankollu, l-istħarriġ juri wkoll xi ministri li jaqbżu l-5 punti bi żbrixx, fosthom il- Ministru għall-Agrikoltura Anton Refalo (5.05) u l-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard (5.07), li jinsabu fil-qiegħ tal- klassifika. Ministri oħra li kisbu punteġġi baxxi jinkludu lill-Ministru għall-Ippjanar u Għawdex Clint Camilleri (5.28), il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes (5.31), u l-Ministru għat-Trasport Chris Bonett (5.38). L-inqas popolari mal- Laburisti huma l-Ministri Anton Refalo (6.9), Roderick Galdes (7.35) u Jonathan Attard (7.41). Dan jissuġġerixxi li ministri li jkopru setturi aktar kontroversjali, bħall- Ippjanar, it-Trasport, id-Djar, u l-Ġustizzja, huma valutati b'mod inqas pożittiv meta mqabbla ma' dawk li għandhom portafolli inqas kontroversjali. B'mod partikolari, Jonathan Attard jidher li qed iġorr il- piż tar-riforma dwar l-inkjesti maġisterjali li kienet qed tiddomina x-xena politika waqt li kien qed isir l-istħarriġ. Attard isofri kemm minn punteġġ baxx fost in- Nazzjonalisti (2.96), u jiġi l-aħħar fost dawk li mhux se jivvutaw (4.47). Ir-rati baxxi għall-Ministri Għawdxin Clint Camilleri u Anton Refalo jistgħu jkunu marbuta mat-tnaqqis fl- appoġġ għall-Partit Laburista f 'Għawdex. Madankollu, l-istħarriġ jikkonferma l-popolarità tal- Ministru tas-Saħħa Jo Etienne Abela, li wkoll ġej minn Għawdex.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 23 February 2025