Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1532663
aħbarijiet IL-ĦADD 23 TA' FRAR 2025 • illum 04 ILENIA DEBONO IlIl-Partit Nazzjonalista kellu problema bi ħlas ta' bolol fil- passat, iżda l-istess problema fil-Partit Laburista, mhux talli għadha eżistenti, talli kompliet tikber, il-Kap tal-Oppożizzjoni qal is-Sibt filgħodu. "Din hija realtà li ilha teżisti, jien tkellimt ċar fuq din. Jien ma niħux gost li l-affarijiet ma jkunu kif suppost, hija realtà li wriet u li ovvjament hija realtà li ilha għaddejja. Però din ipokrezija ta' Prim Ministru illi għandu l-istess problema hu fil-partit tieghu, u jaf li għandu l-istess bħalna, u hi ikbar minn tagħna ..." Grech qal. Hu u jitkellem fuq il-programm "Andrew Azzopardi on RTK103", il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li qatt ma kixef il-problema tal-Partit Laburista għax "jew se naħdmu biex nimxu 'l quddiem, jew se noqogħdu nagħmlu l-battibekki." Dan l-argument seħħ wara li l-esponent Laburista Karl Stagno Navarra qal din il-ġimgħa li talab lill-Qrati jinvestigaw lil Grech u lill-PN għal firxa ta' irregolaritajiet finanzjarji li jmorru lura s-snin. L-allegazzjonijiet ivarjaw minn li l-partit naqas milli jħallas il- bolla għall-ħaddiema tiegħu, għal mistoqsijiet dwar il-mod kif Grech ħallas dejn ta' €60,000 f 'taxxa. Il-Mexxej Laburista u Prim Ministru Robert Abela semma wkoll dawk il-kwistjonijiet fil- Parlament, u qal li jixirqilhom investigazzjoni. "Ipokrezija," qal Grech filwaqt li akkuża lill-Prim Ministru li fetaħ dan l-attakk kontrih u kontra l-Partit Nazzjonalista "għax Robert Abela qed jagħmel kollox biex jibqa' fil-poter," għall- kuntrarju tal-PN li qed "qed nagħmlu kollox biex inkunu Gvern alternattiv." Grech irrikonoxxa li din mhux problema li ssolviha malajr, iżda hija problema li qed titranġa bil- mod. "Trid tapprezza li dak li writt qed nipprova nirranġah bil-mod il-mod. Indirizzajt numru ta' sfidi u baqagħli x'nindirizza," Grech temm jgħid fuq dan is-suġġett. Mistoqsi dwar l-awditur u l-pubblikazzjoni tal-kontijiet tal- partit, Grech spjega li din hija kwistjoni li diġà tkellem fuqha. Qal li l-proċess daqt jiġi konkluż u l-awditur imqabbad mill-partit kiteb lill-Kummissjoni Elettorali biex jispjegalhom li "issa f 'idejh biex jagħlaq il-proċess." Il-programm indirizza wkoll kwistjonijiet kurrenti oħra, inkluż ir-rikonoxximent tal-Palestina bħala stat, il-Kurunell Alex Dalli u l-Ombudsman, kif ukoll l-għoli tal-ħajja. IL-PARTIT NAZZJONALISTA MHUX SE JIFFORMA ALLEANZI MA' PARTITI IŻGĦAR Mistoqsi dwar kummenti li kien għamel fil-passat dwar il-partiti ż-żgħar, u jekk hemmx lok għal alleanzi ma' partiti żgħar fil-futur, Grech qal li l-Partit Nazzjonalista mhux se jifforma alleanzi ma' partiti iżgħar, filwaqt li enfasizza l-ħtieġa ta' gvern stabbli. "Jien fid-dover li noffri alternattiva għall-Gvern, iżda din il-bidla trid tkun stabbli," żied jgħid. Ir-rimarki ta' Grech saru minkejja li sondaġġ riċenti tal- gazzetta oħt, MaltaToday, indika żieda fl-appoġġ għall-partiti iżgħar bħall-Partit Momentum, li minkejja t-tnedija friska tiegħu, diġà kiseb 4% tal-appoġġ. L-istess sondaġġ wera wkoll li minkejja bosta skandli madwar il-gvern, Grech qed ikun fdat inqas mill-Prim Ministru Robert Abela. Għal dan, Grech wieġeb li l-PN kiseb għaqda akbar taħt it-tmexxija tiegħu u li lest jerfa' r-responsabbiltà, kemm f 'sitwazzjonijiet tajbin, kif ukoll ħżiena. Jitkellem dwar x'tip ta' Gvern lest ikun il-PN, Grech qal li l-PN għandu numru ta' soluzzjonijiet għall-problemi kurrenti, inkluż għall-għoli tal-ħajja, it-traffiku, is- saħħa, u l-ambjent. Hu għamel referenza għall- konferenza li saret din il-ġimgħa mid-Deputat Nazzjonalista Ivan Castillo rigward l-għoli tal-ħajja. Dan filwaqt li ppropona fond nazzjonali għal min jimporta u jesporta biex jgħin bi spejjeż ta' loġistika. Il-Kap tal-Oppożizzjoni kkritika għal darba oħra l-mudell ekonomiku kurrenti u sejjaħlu "mudell ekonomiku ta' medjokrazija u kwantità." 'Hija realtà li wriet, imma hija problema li Abela għandu, u akbar minn tagħna' – Grech dwar il-bolol Wara li l-esponent Laburista Karl Stagno Navarra fetaħ tieqa oħra lejn il-finanzjar tal- Partit Nazzjonalista, il-Kap tal- Oppożizzjoni Bernard Grech jinsisti li din kienet 'realtà li ilha teżisti ' anke fil-Partit Laburista. il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech