Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1533083
When A Man Loves A Woman (1994). Ħin: 125 minuta. Dirett minn Luis Mandoki. Jidhru Andy Garcia, Meg Ryan, Ellen Burstyn, u Tina Marjorino. Ryan, omm ta' żewġt itfal hija konxja li rikibha l-vizzju tax-xorb. Ir-raġel ammiratur tagħha (Garcia) malajr jinduna u jirrealizza li għandu piż fuqu daqs kemm għandha hi. Meg Ryan tassew tibbrilla fit-trawma li tinsab fiha u l-ħsara li qed iġġib fuq il-familja tagħha. Leaving Las Vegas (1995). Dirett minn Mike Figgis bil- ħin ta' 111-il minuta. Jaħdmu Nicolas Cage, Elizabeth Shue, Julian Sands u Valeria Golino. Cage huwa alkoħoliku mistħi li jasal Las Vegas determinat li jibqa' jixrob sal-ponta tal-mewt. Shue hija prostituta li tbaxxi lilha nnifisha fuq bażi ta' kull lejl. Ir- rabta li jidħlu għaliha bejn xulxin (u fil-fatt li jaċċettaw lil xulxin kif inhuma) tiżvolġi fi storja qawwija, mhux tas-soltu u ta' mħabba kommoventi minkejja l-atmosfera morbida ta' madwarhom. Iż-żewġ protagonisti tassew ibbrillaw fil-parti tagħhom, b'Cage jirbaħ l-Oscar għall-Aqwa attur ta' dik is-sena. Crazy Heart (2009). 111-il minuta. Direttur Scott Cooper. Bil-parteċipazzjoni ta' Jeff Bridges, Maggie Gyllenhaal, Colin Farrell u Robert Duvall. Il- veteran alkoħoliku ċ-champion tal-mużika country Bad Blake, (Bridges) jirriduċi ruħu jdoqq f 'postijiet tal-bowling, imma ħajtu fit-triq tieħu żvolta mhux mistennija għalih meta jiltaqa' ma' mara li tassew jibda jgħożż. Il-patrun rivali tiegħu Tommy Sweet (Farrell) joffrilu jagħti wirja ta' kant. Film grazzjuż fejn Bridges b'wirja ta' simpatija jirnexxilu jirbaħ l-Oscar, kif ukoll joħroġ bl- unuri kollha jkanta l-kanzunetti hu stess, fosthom e Weary Heart (it-tema tal-film) ta' T-Bone Burnett u Ryan Bingham li wkoll rebħet l-Academy Award bħala l-Aħjar Kanzunetta. Ħafna mill-atturi li jaħdmu l-parti ta' sakranazz li jirkibhom il-vizzju tax-xorb taw interpretazzjonijiet intensi u ta' qawwa. Kienu wkoll bosta li rebħu l-unuri għal din il-kwalità ta' parti u xi wħud anki rebħu l-Oscar. Ir- realtà iżda turi li xi atturi kienu wkoll alkoħoliċi u kien hemm minnhom li mietu minħabba dan il-vizzju ġieli wkoll flimkien mad- dipendenza tad-drogi. Fost dawn insibu lil W. C. Fields, kummidjant li skont informazzjoni kien wieħed mill-iprem; oħrajn jinkludu John Barrymore, Buster Keaton, Robert Newton, John Cassavetes, John Gilbert, Dennis Price, Robert Downey Jr., William Holden (li miet wara li waqa' meta kien xurban), Ben Affleck, Bradley Cooper, il-kittieb prolifiku Stephen King, Peter O'Toole, Frank Sinatra, Robert Shaw, Humphrey Bogart, Leonard Nimoy, Mel Gibson, Brad Pitt, u ħafna oħrajn. Fost in-nisa nsibu lil Elizabeth Taylor, Carrie Fisher, Lindsay Lohan, Veronica Lake, Elizabeth Pena, Barbara Payton (mietet ħtija tal-alkoħol), Gail Russell, Joan Crawford, il-kantanta Billie Holiday, Drew Barrymore, eċċ. Xi wħud fittxew trattament fi kliniċi dwar dan il-vizzju u ġieli sabu rimedju. Fl-aħħar nett, insibu xi atturi alkoħoliċi li kienu jgħixu ħajja mqallba waqt ix-xorb imsejħa "hell raiser life style" bħal Frank Sinatra, Dean Martin, Errol Flynn, Richard Burton, Richard Harris, Lee Marvin, Oliver Reed (li miet hawn Malta waqt f 'ħanut tax- xorb) u diversi oħrajn. 14 films IL-ĦADD 9 TA' MARZU 2025 • illum Carmel Bonnici L-alkoħoliżmu fiċ-ċinema IT-TIELET PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab bil- ħalbiet tax-xita li jsir pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fix-xita Riħ Punent Majjistru forza 5 għal 6 lokalment forza 6 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp Ftit imsaħħab li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ Viżibilità Moderata għal tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Mil-Lbiċ forza 4 għal 5 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Nicholas Cage fil-parti ta' Ben Sanderson, kittieb f 'Hollywood li jitlef kollox minħabba l-vizzju tax-xorb Mużiċist tal-mużika country huwa mġiegħel jevalwa mill-ġdid il-ħajja disfunzjonali tiegħu