MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 9 March 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1533083

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 15

aħbarijiet IL-ĦADD 9 TA' MARZU 2025 • illum 04 SEAN FENECH Filwaqt li kien hemm numru sinifikanti ta' uffiċjali li telqu mill-Korp tal-Pulizija bejn l-2023 sa Frar ta' dis-sena, in- numru ta' uffiċjali ġodda li daħlu huwa ikbar minn dawk li telqu, skont informazzjoni mogħtija mill-Ministru għall- Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol, Byron Camilleri. Fil-fatt, b'kollox telqu 207 uffiċjal ta' gradi differenti mill- 2023 sa Frar ta' dis-sena filwaqt li n-numru ta' uffiċjali ġodda fl-istess perjodu huwa ta' 261 uffiċjal. Dawn iċ-ċifri ġew ikkwotati fil-Parlament wara li l-Ministru ġie mistoqsi mill-Kelliem tal- Oppożizzjoni għall-Inklużjoni u s-Settur Volontarju Graziella Galea. Jidher ukoll illi sena b'sena, in-numru ta' uffiċjali li jitilqu qegħdin jonqsu. Fil-fatt jidher illi mis-96 uffiċjal li spiċċaw mis-servizz fl-2023, dan naqas għal 88 fl-2024. Barra minn hekk, anka n-numru ta' uffiċjali li spiċċaw fl-2023 huwa terġa' inqas mis- sena preċedenti, fejn spiċċaw 123 uffiċjal mis-servizz. Iż-żidiet fil-korp ukoll qed jikbru sena b'sena. Fil-fatt, il- Korp ra żieda ta' 100 uffiċjal fl-2023, li mbagħad reġa' kiber fl-2024 għall 111-il uffiċjal. Sa Frar ta' dis-sena, il-Korp ra żieda ta' 50 uffiċjal filwaqt li telqu 23 uffiċjal. Il-maġġoranza ta' uffiċjali li ma baqgħux mal-Korp kienu kuntistabbli, iżda jidher ukoll li kien hemm numru mhux ħażin ta' kuntistabbli ta' riserva, surġenti, spetturi, u anka supretendenti li ma baqgħux fis- servizz. Min-naħa l-oħra, il- maġġoranza ta' uffiċjali ġodda fil-Korp huma kuntistabbli, fejn fi tliet snin daħlu mal-204 kuntistabbli. Barra minn hekk, daħlu wkoll 44 kuntistabbli ta' riserva u tliet spetturi. Magħhom ukoll reġgħu daħlu fis-servizz spettur wieħed, surġent maġġur wieħed, erba' surġenti, u erba' kuntistabbli. Mhuwiex ċar jekk dawn iż- żidiet humiex biżżejjed biex ilaħħqu mal-isfidi ġodda tal- pajjiż, fejn iż-żieda tremenda fil- popolazzjoni, kif ukoll l-għeluq ta' numru ta' għases tal-pulizija madwar Malta jippreżentaw numru ta' problemi mhux ħażin. Iżda minkejja dan, hija indikazzjoni pożittiva li minkejja li spiċċaw mis-servizz numru mhux ħażin ta' uffiċjali, in-numru ta' dawk li ngħaqdu mal-Korp huwa ikbar min- numru ta' dawk li m'għadhomx hemm għal raġuni jew oħra. Iktar uffiċjali tal-pulizija daħlu fil-Korp milli telqu Jidħlu iktar uffiċjali tal-pulizija fl-2023 u fl-2024 milli jispiċċaw mis-servizz Att tal-2016 Dwar Il-Protezzjoni tal-Ambjent Regolamenti dwar il-Valutazzjoni tal-Impatti Ambjentali (L.S. 549.46) AVVIŻ DWAR IR-RAPPORT TA' VALUTAZZJONI TAL-IMPATTI AMBJENTALI PROPOSTA GĦAL FAĊILITÀ TAT-TRATTAMENT TERMALI FIL-KUMPLESS ECOHIVE, TINKLUDI L-BINI TAL-IMPJANTI, BINJA GĦALL-ĦŻIN, BINJA GĦALL-AMMINISTRAZZJONI, TRATTAMENT TAL-ILMA MORMI, TANK FARM U ĊISTERNI SIT FIL-KUMPLESS ECOHIVE, TUL IL-KOSTA, IN-NAXXAR PA/06096/23 (EA/00020/22) Data: 9 ta' Marzu 2025 B'dan qed jiġi avżat li ġie sottomess ir-Rapport dwar il-Valutazzjoni tal-Impatti Ambjentali lill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), b'rabta mal-applikazzjonijiet imsemmija hawn fuq. Kopji diġitali tar-Rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatti Ambjentali jistgħu jinkisbu mill-indirizz elettroniku tal-ERA: https://era.org.mt/era-project/pa-06096-23/ Il-pubbliku jista' jara wkoll kopji diġitali tal-istess dokument fl-uffiċċji tal-Kunsill Lokali tan-Naxxar u fl-uffiċċji tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi. Kull min jixtieq jagħmel sottomissjonijiet dwar kwistjonijiet ambjentali għandu jikteb lid-Direttur fid-Direttorat għall-Affarijiet Regulatorji, L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, Hexagon House, Telgħet Spencer, Il-Marsa MRS 1441, jew jibgħat e-mail lil eia.malta@era.org.mt, sad-9 t'April 2025. Disclaimer: L-Awtorità hija impenjata li tipproteġi d-data personali u l-privatezza tal-pubbliku. Għaldaqstant qed tkun infurmat li meta tagħmel sottomissjonijiet, id-data personali tiegħek ma tiġix żvelata jew ippubblikata sakemm fi żmien tnax (12)-il siegħa ma tagħtix l-kunsens tiegħek lill-Awtorità biex tiżvela d-data personali. B'dana illi f'ċertu każijiet l-Awtorità tista', fejn hu meħtieġ, tiżvela d-data personali tiegħek biex tikkonforma mal-liġijiet applikabbli.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 9 March 2025