Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1534094
aħbarjiet illum • IL-ĦADD 6 TA' APRIL 2025 05 €1.8 miljuni allokati għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta' Malta fl-2024 SEAN FENECH Il-fondi totali allokati għat- taħriġ tal-Forzi Armati ta' Malti (FAM) fl-2024 kienu ta' €1.8 miljuni, skont informazzjoni li ħarġet mill-Parlament. Din l-informazzjoni ttieħdet minn mistoqsija parlamentari magħmula lill-Ministru għall- Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri mill-Membru Parlamentari Davina Sammut Hili, fejn staqsiet lill-Ministru biex jagħti rendikont tal-fondi allokati għat-taħriġ tal-FAM mill-2010 sal- 2024. Għalkemm mit-tweġiba ħareġ li s-sena 2024 rat l-akbar ammont ta' fondi ddedikati għat-taħriġ tas- suldati, u fl-istess ħin, il-Ministru qal li l-investiment fit-taħriġ "juri kemm bħala Gvern qegħdin ninvestu f 'Korpi Dixxiplinati dejjem aktar imħarrġa," wieħed irid jistaqsi jekk dan huwiex minnu. €1.8 MILJUNI GĦAL FTIT INQAS MINN ELFEJN SULDAT? Minn informazzjoni meħuda minn mistoqsija parlamentari oħra magħmula lill-istess Ministru mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Intern, is-Sigurtà u r-Riformi Darren Carabott, jidher li b'kollox hemm it inqas minn elfejn membru fil-FAM. Il-figura li ta l-Ministru huwa ta' 1,896 suldat — iżda diċ-ċifra hija n-numru totali ta' suldati fl-2023, allura jaf in-numru attwali huwa kemxejn akbar minn hekk. Iżda jekk nieħdu l-fondi allokati għall-2023, li kienu jammontaw għal €1.4 miljuni, u nqabbluhom man-numru ta' suldati li ta l-Ministru, hekk jiġu li għal kull suldat hemm madwar €740 allokati. Din hija figura pjuttost żgħira, speċjalment meta qed nikkunsidraw li dan huwa investiment fit-taħriġ ta' min suppost jipproteġi lill-pajjiż. Barra minn hekk, irridu naraw huwiex biżżejjed għall-bżonnijiet tas-suldati kollha, speċjalment jekk nikkunsidraw li hemm membri li ħa jkollhom bżonn iktar taħriġ minħabba kwistjonijiet ta' speċjalizzazzjoni, inesperjenza, eċċ. Jaf li is-sitwazzjoni tjiebet it biż-żieda ta' €40,000 fis-sena fl- 2024. Iżda anki jekk in-numru ta' suldati baqa' l-istess, din hija żieda ta' madwar €200 għal kull suldat. Fl-2023, għal kull suldat kien hemm madwar €740 allokati għat-taħriġ tagħhom Sena Fondi għat-taħriġ 2010 €135,000 2011 €340,000 2012 €340,000 2013 €340,000 2014 €340,000 2015 €340,000 2016 €430,000 2017 €630,000 2018 €900,000 2019 €1,100,000 2020 €1,400,000 2021 €1,400,000 2022 €1,400,000 2023 €1,400,000 2024 €1,800,000