MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 6 April 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1534094

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 15

aħbarijiet IL-ĦADD 6 TA' APRIL 2025 • illum 04 L-Ajruport Internazzjonali ta' Malta (MIA) kompla jikber b'pass mgħaġġel fl-2024, u laħaq rekord ġdid ta' 8.9 miljun passiġġier, żieda ta' 8.9% meta mqabbel mal- 2023. Din iż-żieda hija riżultat ta' investimenti kontinwi fl- infrastruttura tal-ajruport, aktar rotot diretti lejn u minn Malta, u domanda akbar għall-ivvjaġġar lejn il-gżira. L-Italja, ir-Renju Unit u l-Ġermanja kienu l-aktar pajjiżi b'saħħithom, b'aktar minn 51% tas- sehem totali tas-suq tal-passiġġieri. B'aktar titjiriet minn bliet ewlenin Ewropej u l-popolarità ta' Malta bħala destinazzjoni turistika u tan- negozju, l-ajruport qed jara influss kontinwu ta' passiġġieri minn madwar id-dinja. IT-TURIŻMU TALJAN JIBQA' L-AKTAR B'SAĦĦTU L-Italja baqgħet l-akbar suq għal Malta, bi 23% tas-sehem tas-suq u aktar minn żewġ miljun passiġġier Taljan li waslu fil-gżira matul l-2024. Dan huwa dovut għal diversi fatturi fosthom, it-titjiriet diretti frekwenti minn bliet bħal Ruma, Milan, Napli, u Catania, li jagħmlu l-ivvjaġġar bejn iż-żewġ pajjiżi konvenjenti; ir-rabtiet kulturali u storiċi bejn Malta u l-Italja, li jkomplu jattiraw viżitaturi Taljani għal btala qasira jew anke għal xogħol; kif ukoll il-fatt li Malta hija destinazzjoni popolari fost l-istudenti Taljani, speċjalment dawk li jattendu korsijiet tal-Ingliż jew jingħaqdu ma' universitajiet Maltin. B'hekk, l-Italja tibqa' kruċjali għas- settur turistiku Malti. IR-RENJU UNIT Ir-Renju Unit baqa' wieħed mis-swieq ewlenin għal Malta, bi 19% tas-sehem tas-suq u titjiriet regolari minn Londra, Manchester, Birmingham u bliet oħra. Għalkemm Brexit ġab xi sfidi għall- ivvjaġġar, ir-rabtiet b'saħħithom bejn Malta u r-Renju Unit baqgħu vitali minħabba diversi raġunijiet, bħal, Malta hija destinazzjoni popolari għall-irtirar, b'ħafna Brittaniċi jiġu jgħixu hawn minħabba t-temp favorevoli u l-livell ta' għejxien. IS-SUQ ĠERMANIŻ U FRANĊIŻ JIBQA' JIKBER Is-suq Ġermaniż kellu żieda sinifikanti, u laħaq 9% tas-sehem tas- suq. Dan minħabba t-titjiriet diretti minn bliet bħal Frankfurt, Munich u Berlin. Min-naħa l-oħra, Franza baqgħet destinazzjoni ewlenija għall-Maltin u bil-kontra, b'7% tas-sehem tas- suq. Titjiriet diretti minn Pariġi u bliet oħra baqgħu jattiraw aktar passiġġieri lejn il-gżira. TKABBIR FIS-SWIEQ TAL- POLONJA, TA' SPANJA, U OĦRAJN Minbarra s-swieq tradizzjonali, xi pajjiżi oħra komplew jespandu l-preżenza tagħhom f 'Malta fosthom il-Polonja, Spanja, il-Greċja, il-Belġju u l-Iżvizzera. F'termini ta' linji tal-ajru, Ryanair baqgħet l-aktar linja popolari, iġġorr 4.48 miljun passiġġier, segwita minn Air Malta/KM Malta Airlines b'1.89 miljun passiġġier, u EasyJet b'460,389 passiġġier. Linji oħra li kellhom prestazzjoni tajba kienu Wizz Air, Luhansa, u Jet2. L-ajruport ukoll laħaq rata ta' okkupanza medja ta' 86% fuq it-titjiriet kollha, indikazzjoni li d-domanda għall-ivvjaġġar lejn u minn Malta baqgħet b'saħħitha matul is-sena kollha. Minħabba r-riżultati b'saħħithom, il-Bord tad-Diretturi approva ħlas ta' dividend finali ta' €0.12 għal kull sehem, li jammonta għal total ta' €8.16-il miljun f 'dividendi lill- azzjonisti. B'kollox, il-ħlas totali tad- dividendi għall-2024 jammonta għal €0.1846 għal kull sehem. Il-Kumpanija se torganizza l-Laqgħa Ġenerali Annwali tagħha fl-14 ta' Mejju 2025, fejn se jiġu diskussi r-riżultati finanzjarji u l-pjanijiet għall-futur. Malta destinazzjoni dejjem aktar popolari – żieda fil- passiġġieri mill-Italja, mir- Renju Unit u mill-Ġermanja Ir-rata taż-żieda fil-paga medja taqbeż ir-rata tal-inflazzjoni fl-2024 AVVIŻ GĦAL SEJĦA GĦALLͲPROPOSTI TA' PROĠETTI TAĦT />ͲFOND EWROPEW GĦALLͲIŻVILUPP REĠJONALI 2021ͲϮϬϮϳ /ůͲMinisteru responsabbli għallͲ&ŽŶĚŝǁƌŽƉĞũ jixtieq iħabbar li se ƚiġŝŵŶĞĚŝũĂ sejħĂ għallͲproposti ta' proġettŝŬŝĨŝŶĚŝŬĂƚhawn taħt͗ WƌŝũŽƌŝƚăϭ͗WKϭͲ Ewropa aktar kompetittiva u aktar intelliġenti ƉĞƌŵĞnjnjƚĂůͲƉƌŽŵŽnjnjũŽŶŝƚĂ' trasformazzjoni ekonomika innovattiva u intelliġenti u konnettività talͲICT reġjonali Z^Kϭ͘ϭ – Żvilupp u tisħiħ talͲkapaċitajiet firͲriċerka u lͲŝŶŶŽǀĂnjnjũŽŶŝƵůͲadozzjoni ta' teknoloġiji ĂǀǀĂŶnjĂƚŝ(FEŻR) ŝŶŝƐͲsejħaŚŝũĂŵŵŝƌĂƚĂůĞũŶŝŶǀĞƐƚŝŵĞŶƚĨŝƐͲ^ĞƚƚƵƌWƵďďůŝŬƵĨŝƌͲZiċerka u lͲ/ŶŶŽǀĂnjnjũŽŶŝ͘ ŝŶŝƐͲsejħaŚŝũĂmiftuħagħal Ministeri, Dipartimenti talͲ'ǀĞƌŶƵĞŶƚŝƚĂũŝĞƚƚĂƐͲ^ĞƚƚƵƌWƵďďůŝŬƵƵƐĞtagħlaq ĨůͲϰƚĂΖ>ƵůũƵϮϬϮϱĨůͲϭϲ͗ϬϬ͘ /ůͲĨŽƌŵŽůĂƚĂůͲapplikazzjoni onlajn għasͲƐŽƚƚŽŵŝƐƐũŽŶŝƚĂůͲproposti għallͲproġettiƵĚͲdokumenti ta' appoġġ ũŝŶŬŝƐďƵŵŝŶŶŚƚƚƉƐ͗ͬͬĨŽŶĚŝ͘ĞƵͬǁŚĂƚͲĨƵŶĚŝŶŐͲŝƐͲĂǀĂŝůĂďůĞͬ͘ ƉƉůŝŬĂŶƚŝ ƉƌŽƐƉĞƚƚŝǀŝ ŚƵŵĂ ŵŝƐƚŝĞĚŶĂ ũŝƌƌĞĨĞƌƵ għallͲWƌŽŐƌĂŵŵ ƚĂůͲFond Ewropew għallͲIżvilupp Reġjonali, ilͲFond ta' Koeżjoni u lͲFond għal Tranżizzjoni Ġusta u lͲ>ŝŶũŝ'ǁŝĚĂƚĂůͲEliġibilità sabiex jiġi żgurat ůŝůͲproġetti proposti huma eliġibbli għallͲfinanzjament taħt din isͲsejħa għallͲƉƌŽƉŽƐƚŝƚĂ' proġetti. ŬƚĂƌ ŝŶĨŽƌŵĂnjnjũŽŶŝ ĚǁĂƌ ĚŝŶ ŝƐͲsejħa͕ ŬŝĨ ƵŬŽůů sejħiet oħra, tista' tinkiseb misͲƐŝƚ ĞůĞƚƚƌŽŶŝŬƵ ŚƚƚƉƐ͗ͬͬĨŽŶĚŝ͘ĞƵͬ͘/ůͲŵŝƐƚŽƋƐŝũŝĞƚũŝƐƚgħƵũŝŶƚďĂgħtu fuq lͲŝŶĚŝƌŝnjnjĞůĞƚƚƌŽŶŝŬƵĨŽŶĚŝ͘ĞƵΛŐŽǀ͘ŵƚ͘ ^Ğƌ tiġi organizzata sessjoni ta' informazzjoni nharŝƚͲTlieta, 22 ta' April ĨŝƐͲϭϰ͗ϯϬ͕ĨůͲuffiċini tasͲ^Ğƌǀŝnjnjŝ Ewropej f'Malta –ϮϴϬ͕dƌŝƋŝƌͲRepubblika, Valletta. Għal aktar dettalji jekk jogħġbok aċċessaůͲkodiċi QR t'hawn taħt. SEAN FENECH Jidher li fl-2024 ir-rata taż-żieda fid-dħul tan-nies laħqet, u saħansitra għaddiet, ir-rata tat-tkabbir tal-inflazzjoni, skont informazzjoni li ħarġet fil- Parlament. Dil-informazzjoni ttieħdet minn mistoqsija parlamentari magħmula mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għal Għawdex Chris Said lill- Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana. Fil-mistoqsija, Said staqsa lill-Ministru biex "jgħid kemm kienet il-paga medja f 'Malta f 'għeluq is-sena 2021, 2022, 2023 u 2024 u kemm kienet il-paga medja għal dawk li jaħdmu f 'Għawdex f 'għeluq is-sena 2021, 2022, 2023 u 2024?" Mit-tweġiba ta' Caruana ħarġet li l-paga medja fl- 2024 f 'Malta kienet ta' €23,611 filwaqt li dik f 'Għawdex kienet ta' €20,557. Dawn in-numri jirrappreżentaw żieda annwali ta' 'l fuq minn €1,000 meta mqabblin mal-figuri tas-sena l-oħra. Fil-fatt, is-salarju medju ta' Malta fl-2023 kien ta' €22,094 filwaqt li dak t'Għawdex kien ta' €19,137. Dan ifisser li l-paga medja f 'Malta żdiedet b'€1,517, jew b'6.42%, filwaqt li dik t'Għawdex żdiedet b'€1,420, jew b'6.90%. Iżda l-figuri li ta Caruana ma jurux l-istampa kompluta ta' kif sejra l-qagħda finanzjarja tal-pajjiż f 'termini ta' kemm qed jaqilgħu flus in-nies. Fil-fatt il-Ministru qal li "l-figuri jinkludu kemm impjegati li jaħdmu full-time u anke part-time jew full- time with reduced hours" iżda "din l-informazzjoni mhix disponibbli għall-persuni li jaħdmu għal rashom." Barra minn hekk, qal ukoll li dawn "il-figuri jkopru biss l-impjieg prinċipali tal-impjegat [u] ma jinkludux dħul minn overtime, bonuses jew allowances." Fi kliem ieħor, it-total tad-dħul tan-nies jaf huwa ogħla mhux ħażin miċ-ċifri li ta l-Ministru fit-tweġiba tiegħu. Is-salarju medju kontra r-rata tal-inflazzjoni Meta mqabbla mar-rata tal-inflazzjoni, jidher li r-rata taż-żieda fil-pagi laħqet u anka qabżet ir-rata ta' kemm qed jogħlew il-prodotti. Minn informazzjoni meħuda minn mistoqsija parlamentari oħra magħmula lill-istess Ministru mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ekonomija u l-Intrapriża, jidher li r-rata tal-inflazzjoni bejn l-2023 u l-2024 kienet ta' 1.65%. Malta International Airport

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 6 April 2025