Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1536637
www.illum.com.mt NRU 970 €1.50 IL-ĦADD 22 TA' ĠUNJU 2025 Only the World's Finest Free delivery on online orders over €25 Trade enquiries +356 21443545 Welcome to wine.mt We started with one goal: to bring the world's finest wines straight to your glass – with no fuss, no snobbery, just great wine. From hidden gems to iconic labels, from everyday favourites to collector's picks – wine.mt is here to guide, inspire, and elevate your wine journey. Ready to discover your next favourite bottle? Shop now at www.wine.mt INTERVISTA MA' PATRICK CALLEJA, PRESIDENT EŻEKUTTIV TA' DIN L-ART ĦELWA PAĠNI 6 - 7 PAĠNA 3 Minkejja pariri biex ma jikkontestax għall- kariga tal-kap tal-Partit Nazzjonalista, inkluż familja u ħbieb intimi tiegħu, Delia beħsiebu jerġa' jikkontesta. Anke minkejja l-fatt li sondaġġ imħejji mill-gazzetta oħt MaltaToday (ara paġna 3) jindika li fost it-tesserati tal-PN m'għandux l-appoġġ tal- maġġoranza. Hemm ukoll il-fatt li jixtieq joħroġ mill- mossa li anke ssorprendiet lil Alex Borg. U dan wara li kien qed jappoġġja l-kandidatura ta' Alex Borg stess qabel ma ħarġet li kien għamel patt ma' Roberta Metsola, il-President tal- Parlament Ewropew. Fil-patt ta' bejniethom, il-ħsieb kien li Metsola tibqa' Brussell bħal Alex Agius Saliba u tkun il-kap tal-Partit u Adrian Delia jsir kap tal-Oppożizzjoni. Delia kien litteralment affaċċjat minn sfiduċja minn numru mdaqqas ta' membri parlamentari fl-2020, inkluż dawk li kienu magħrufin li 'kienu' viċin ta' Roberta Metsola u magħrufin bħala l-Blue Heroes. Kien għalhekk li l-patt imxajtan bejn Metsola u Delia ssorprenda lil bosta. Dawk viċin Delia qalulna li Delia għamilha ċara li huwa determinat biex jitfa' l-kandidatura u jibgħat messaġġ lil dawk fil-PN li daħħlulu stalletti f 'dahru. Fis-sondaġġi fl-2020, Delia kellu rata ta' fiduċja it inqas minn dik ta' Grech. Imma dawk li qed jappoġġjaw lil Delia jargumentaw li huwa persuna differenti mill-persuna ta' ħames snin ilu. Delia ħames snin ilu kellu taħlita ta' problemi. Waħda kienet iż-żwieġ tiegħu, imbagħad kien hemm il-fatt li kien imdawwar minn numru mdaqqas ta' karattri kkuluriti li kienu assoċjati ma' stejjer xejn sbieħ. Kien hemm ukoll il-kummenti xejn sbieħ kontra Daphne Caruana Galizia it qabel ma nqatlet, wara li karozza bomba splodiet it 'il bogħod mid-dar tagħha fil-Bidnija. Iżda minkejja dan ix-xenarju, fl-aħħar ħames snin ma kien hemm ebda stilla mill-klassi ta' żgħażagħ li wrew tmexxija u direzzjoni politika ċara. Kien hemm wisq dipendenza fuq Roberta Metsola li kienet tat l-impressjoni li kienet se tkun hi li tmexxi lill- Partit Nazzjonalista. L-anzjani kollha sparixxew u għalhekk kien fadal biss dawk il-ġodda bħal Darren Carabott, Mark Anthony Sammut u Alex Borg. Imma minn dawn it-tlieta, huwa biss l-Avukat Alex Borg ta' 29 sena li huwa lest jisfida lil kulħadd. Il-mistoqsija hi jekk hux lest jisfida lil Delia li hu jirrispetta u jikkunsidra bħala ħabib. Imma ħafna jikkunsidraw lil Borg bħala popolista u viċin wisq il-lobby tan-negozju. Min-naħa l-oħra hemm min jargumenta li Borg għandu l-ikbar ċans li jnaqqas id-distakk bejn il-PN u l-PL, u forsi b'miraklu jrebbaħ lill-Partit Nazzjonalista. Iż-żmien itina parir! DELIA, AKKOST TA' KOLLOX, DETERMINAT LI JERĠA' JSIR KAP TAL-PN Borg jidher fuq quddiem … imma nofs il-membri għadhom indeċiżi 44% għadhom indeċiżi jew ma riedu jsemmu lil ħadd Comeback boy Adrian Delia jekk isir kap tal-PN, ikun irnexxielu jagħmel xi ħaġa li l-ebda kap politiku Malti qatt għamel. Tneħħa u reġa' ħa t-tmun. Alex Borg, id-Deputat Parlamentari Għawdxi ta' 29 sena, ħareġ bħala l-aktar kandidat popolari għall- kariga ta' Kap tal-Partit Nazzjonalista, iżda l-ġirja għadha miuħa minħabba li kważi nofs il-membri għadhom indeċiżi. Dan jirriżulta minn stħarriġ tal-MaltaToday fost 565 membru tal-PN, li sar minn lista anonima. Borg kiseb l-appoġġ ta' 23%, waqt li l-Eks Kap Adrian Delia ġab 11%. Alex Borg kiseb l-appoġġ ta' 23%