Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1536637
SEAN FENECH Bħala sindku, x'inhu l-ikbar inkwiet tiegħek? X'inhi l-ikbar sfida għall- kostitwenti tiegħek? L-unika ħaġa li nsejħilha mhux daqshekk inkwetanti imma ta' dispjaċir, hija li ma nistax inkun preżenti għan-nies tal-lokalità kuljum, speċjalment filgħodu, għax l-ewwel u qabel kollox għandi l-impenn tax-xogħol ewlieni tiegħi. Kultant jiddispjaċini meta nkun fuq il-post tax-xogħol u xi anzjana tiġi tfittex l-assistenza tiegħi, u jgħidulha li s-Sindku mhuwiex hawn. Dan kultant iwassal għal rabja min-naħa ta' ċerti residenti, għax jaħsbu li l-irwol ta' Sindku huwa xogħol full-time, meta fil-verità huwa wieħed part-time. Din hija sfida kbira għalina li rridu nlaħħqu, kemm mal-professjoni tagħna, kif ukoll mal-impenji lejn il-kostitwenti, filwaqt li nippruvaw nagħtu l-massimu mill-ħin tagħna bl-aħjar mod possibbli. Iżda mhux dejjem ikun faċli. Għalhekk, nemmen li s-Sindku għandu jkun full- time u disponibbli għar-residenti matul il-ġimgħa kollha. Jekk dan isir, il-kunsilli lokali jkunu f 'pożizzjoni aħjar biex jieħdu deċiżjonijiet aktar effettivi u jtejbu l-ħidma tagħhom ta' kuljum. Il-kunsill tiegħek kif javviċina l-iżvilupp urban filwaqt li jippreserva l-wirt u l-ambjent tal-lokalità? Kull meta jsir xi żvilupp fil-lokal, hemm bilanċ delikat li rridu nżommu bejn il- progress u dak li sawwarna bħala komunità — speċjalment fejn jidħol il-wirt storiku. Il-Fgura mhux magħrufa ħafna għall-wirt storiku, u huwa minnu li dan huwa limitat. Madankollu, proprju għalhekk inħoss responsabbiltà akbar li dak il-it li għandna jingħata l-valur li jistħoqqlu u jkun ippreservat għall-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri. Sfortunatament, esperjenzajna kontroversji dwar ir-razzett l-antik li jinsab fi Triq Hompesch, li ilu mibni aktar minn 200 sena. Dan seta' sar attrazzjoni storika u kulturali importanti għal-lokal tagħna, peress li kien wieħed mill-ewwel irziezet mibnija fil-Fgura, it 'il bogħod mill-ewwel kappella li qatt kien hemm fiż-żona. Illum, f 'post dik il-kappella, hemm salib bħala rappreżentazzjoni tas-sinifikat storiku tagħha. Irridu nibqgħu viġilanti biex nassiguraw li l-it li baqa' mill-istorja tal-Fgura jiġi ppreservat u valurizzat, sabiex nagħtu identità aktar b'saħħitha lill-lokalità tagħna u nagħmlu ġieħ lill-għeruq tagħna. Taħseb li l-lokalità tiegħek għandha biżżejjed spazji miftuħa għar- residenti? Kulħadd jaf li l-Fgura hija waħda mill-iktar lokalitajiet b'densità għolja ta' popolazzjoni f 'Malta. Għalhekk, l-ispazji miuħa huma ferm limitati, speċjalment fil-qalba tal-lokal. Tliet snin ilu, flimkien ma' Project Green, imbarkajna fuq ħidma sħiħa biex niksbu fondi Ewropej u nkunu nistgħu nirriġeneraw il-Foss kollu tal-Fgura. Din hija żona mitluqa li tinsab madwar is-swar kollha u tkompli sa Ġnien San Klement. Permezz ta' din il-ħidma flimkien mal- Gvern Ċentrali, din l-art se tiġi trasformata fi spazju rikreattiv għar-residenti u l-familji tagħna. Barra minn hekk, bħala Kunsill, qed nesploraw pockets żgħar fiċ-ċentru tal- lokal li jistgħu jinbidlu f 'żoni miuħa għall- pubbliku, permezz ta' skemi ta' finanzjament mill-Gvern. Il-ħidma tal-Kunsill se tkompli tkun iffukata biex nirbħu lura l-aqwa kwalità tal-ħajja possibbli għar-residenti tagħna. Xi proġetti ppjanati hemm għal- lokalità tiegħek fil-futur qarib? F'din il-leġiżlatura, għandna ħafna proġetti ppjanati għall-lokal tagħna — uħud minnhom ambizzjużi u forsi anke kontroversjali. Fosthom hemm ir- riġenerazzjoni ta' Vjal il-Kottoner, fejn minn triq ordinarja, se tiġi trasformata fi vjal modern u adattat għall-lokalità tagħna. Dan il-proġett se jinkorpora siġar u arbuxelli li mhux biss se jagħtu dehra isbaħ lit-triq, imma wkoll joħolqu ambjent aktar sostenibbli. Proġett ieħor li jinsab għal qalbi huwa r-riġenerazzjoni ta' Triq Hompesch. Hawnhekk, minn triq b'żewġ karreġġjati, se ssir triq b'karreġġata waħda, b'direzzjoni minn Ħaż-Żabbar għal Raħal Ġdid. Dan il- proġett se jipprovdi aktar spazju miuħ billi jitwessgħu l-bankini, sabiex in-nies ikunu jistgħu jimxu b'aktar kumdità u sigurtà. Barra minn hekk, se nerġgħu nimplimentaw is-siġar u l-arbuxelli kif kienu fil-passat, filwaqt li nassiguraw lir-residenti li l-ammont ta' parkeġġ jibqa' l-istess. L-għan tiegħi huwa li l-Fgura ma tibqax biss passaġġ bejn lokal u ieħor, imma li ċ-ċentru tar-raħal jibda jitgawda mir- residenti tagħna aktar milli mill-karozzi. Issib biżżejjed għajnuna mill- awtoritajiet fl-isfidi li taffaċċja bħala sindku? Il-Kunsill Lokali waħdu ma jistax jaħdem mingħajr komunikazzjoni tajba mal- entitajiet tal-Gvern, speċjalment fejn jidħlu s-servizzi essenzjali bħad-dawl, l-ilma, l-iStreet Lighting, kif ukoll l-infrastruttura ġdida. Irrid nistqarr li ċerti entitajiet jieħdu aktar żmien minn oħrajn biex jassistu lill- Kunsill Lokali, prinċipalment minħabba d-domanda kbira fuqhom. Nemmen li wasal iż-żmien li kull Kunsill ikollu Liaison Officer minn kull entità rilevanti, li jkun iddedikat biss għal dik il-lokalità. B'dan il-mod, mhux biss tiżdied l-effiċjenza, iżda l-Kunsilli jingħataw aktar għodod biex ikunu jistgħu jassistu aħjar, kemm lir-residenti, kif ukoll lill-lokalità tagħhom. X'kienet l-aktar parti ta' sodisfazzjon mir-rwol tiegħek bħala sindku s'issa? Waħda mill-ikbar sodisfazzjonijiet fir- rwol ta' Sindku hi l-ħila li nipprova dejjem nagħmel differenza konkreta fil-komunità tal-Fgura. Li nara proġetti jitwettqu b'suċċess, bħat-titjib fl-infrastruttura, it-tisħiħ tas-servizzi għar-residenti, u l-organizzazzjoni ta' inizjattivi kulturali u soċjali, jagħtini motivazzjoni kontinwa. L-aktar li jġib sodisfazzjon huwa l-apprezzament min-nies u li nkun qrib tal-komunità. intervista IL-ĦADD 22 TA' ĠUNJU 2025 • illum 16 'Hemm bilanċ delikat li rridu nżommu bejn il- progress u dak li sawwarna bħala komunità' Sekonda mas-Sindki: Il- gazzetta ILLUM tkompli bis-sensiela ta' artikli tagħha li permezz tagħhom intom se ssiru tafu s-Sindki tagħhom. F'din il-ġimgħa, dan il-ġurnal ipoġġi ma' Clayton Cascun Portelli, is-Sindku tal-Fgura. Il-Fgura tidher li hi raħal qadim hekk kif instabu sitt oqbra Puniċi fi Triq il-Liedna li jservu t'evidenza ta' komunità minn dawk iż-żminijiet. Minn dak li nstab f 'dawn l-oqbra, jidher li l-abitanti kienu pjuttost għonja, u b'hekk huwa maħsub li l-Maltin ta' dak iż-żmien kienu għaddejjin minn żmien ta' prosperità bis-saħħa tal-kultivazzjoni tal-qoton u l-produzzjoni tal-inbid u ż-żejt taż-żebbuġa. Skont l-arkivji notarili, jidher li l-isem tar-raħal ġej minn familja li kunjomha kien "Ficura" li kellha numru ta' għelieqi u rziezet fiż- żona. Il-kunjom tal-familja, bħal kif spiss jiġri, spiċċa jitlissen bħala "Fgura". Illum il-ġurnata l-Fgura hija waħda mill-irħula bl-iktar densità għolja tal- popolazzjoni fil-pajjiż. Clayton Cascun Portelli, is-Sindku tal-Fgura