Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1536637
opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 22 TA' ĠUNJU 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti It-tieni wirja fis-sensiela 'MUŻA Ħdejk', li tittratta l-ġenju artistiku lokali Giuseppe Calì, issa waslet fil-Bażilika tas-Santwarju ta' Marija Assunta fil-Mosta. Din se tibqa' miuħa sal-25 ta' Ġunju, imbagħad iżżur Ħal Lija u Tas- Sliema aktar tard matul is-sena. Imnedija it tal-ġimgħat ilu biss fil-preżenza tal-Prim Ministru ta' Malta fil-Bażilika tal-Madonna ta' Porto Salvo u San Duminku fil- Belt Valletta — il-parroċċa nativa tal-artist — issa din il-wirja fetħet fit-tieni waqfa tagħha. Bl-isem 'Niċċelebraw lil Giuseppe Calì', din il-wirja tagħmel parti mill-inizjattiva usa' 'MUŻA Ħdejk', maħluqa bl-għan li twassal xogħlijiet mill-kollezzjoni nazzjonali tal-arti eqreb lejn il-pubbliku, billi sselliom temporanjament lil lokalitajiet li magħhom għandhom rabta. Fil-Bażilika tas-Santwarju ta' Marija Assunta fil-Mosta, magħrufa wkoll bħala r-Rotunda, Calì kien ikkummissjonat joħloq diversi xogħlijiet — fosthom pitturi tal-Madonna tar-Rużarju, tat-Trinità Qaddisa, il-profeti u l-anġli, u tat-Tmien Stadji tal-Ħajja ta' Ġesù Kristu. F'dan l-isfond, se jingħaqdu mal-wirja wkoll buzzett tal-pittura 'Il-Mewt ta' Santu Wistin', wieħed mill-inkwatri laterali tal-kappellun tal-Madonna taċ-Ċintura — parti mill-kollezzjoni tal-Bażilika — u negattivi ta' ritratti antiki li juru waħda mill-pitturi ta' Calì ta' fuq il-koppla mġarrfa mill-bomba li laqtet il-knisja fit-Tieni Gwerra Dinjija. F'diskors fl-inawgurazzjoni tal- wirja, Dott. Anġlu Farrugia, il- President tal-Kamra tad-Deputati, iddeskriva l-uħ tal-wirja bħala "stedina biex niakru, nirriflettu u napprezzaw dak li għandu għalina valur artistiku u spiritwali." Huwa qal li: "Dan il-proġett se jġiegħel lill- poplu jħoss sens ta' appartenenza ma' dak li wiret, f 'kuntest fejn l-arti ma tibqax tistenna lin-nies imma tmur għand in-nies, f 'nofs il- komunità — fil-postijiet li kellhom u għandhom ir-rabta ma' dak li hu spiritwali, edukattiv u storiku." Il-President tal-Kamra saħaq li tant jemmen fil-valur ta' 'MUŻA Ħdejk' li mill-uffiċċju tiegħu stess aċċetta minnufih it-talba li saret biex waħda mill-pitturi ta' Calì, esebita fil-Parlament, tiġi mislufa għal din il-wirja, sabiex il-poplu jgawdiha. Mario Cutajar, id-Direttur tal- MUŻA, Chairman ta' Heritage Malta u l-kuratur ta' din il-wirja, qal li: "MUŻA Ħdejk hija biss miżura waħda ta' MUŻA biex tersaq iktar u tidħol iktar qalb il-komunità. Fil-mużew qed isir tibdil sinifikanti – ix-xahar id- dieħel se niħu sitt swali ġodda rinovati li jikkonċentraw fuq l-arti fis-seklu 19, wara li iktar kmieni dis-sena tlestew is-swali li mill- preistorja jieħdu lill-viżitatur sal-perjodu Barokk. Sadanittant bdiet tintuża wkoll sala oħra għall-wirjiet temporanji, biex issa l-ispazju għal wirjiet bħal dawn żdied sostanzjalment. Għal MUŻA, il-qofol ta' kollox huma n-nies — kemm jekk qed iżuru dal-mużew nazzjonali tal-arti, jew jekk il-MUŻA qed tasal għandhom b'wirjiet bħal din, li tiċċelebra lil Giuseppe Calì." Dun Bastjan Caruana, l-Arċipriet tal-Bażilika tas- Santwarju ta' Marija Assunta fil- Mosta, qal li: "Il-knisja tinkludi fiha l-ewwel xogħol pubbliku ta' Calì – l-inkwatru tal-Madonna tar-Rużarju – u diversi xogħlijiet oħrajn li juru l-iżvilupp tal- artist, fosthom l-inkwatru ta' Santu Wistin, li hawn min jisħaq li jinkludi awtoritratt tal-artist. Kuntenti ħafna li l-knisja qed tilqa' fiha din il-wirja, li bla dubju se tkompli tiġbed aktar nies u turisti lejn ir-raħal sabiħ tal-Mosta." Katalgu ddettaljat jakkumpanja din il-wirja. Kopji fiżiċi tiegħu se jkunu għall-bejgħ fil-knisja u verżjoni diġitali tista' tiġi aċċessata hawnhekk: https://issuu.com/ heritagemt/docs/muza_hdejk_ niccelebraw_lil_giuseppe_cali_ cover. Il-wirja tiaħ mit-Tnejn sal- Ġimgħa bejn id-9:30 a.m. u l-5:30 p.m., is-Sibt mid-9:30 a.m. sal- 4:30 p.m. u l-Ħadd minn 12:00 p.m. sal-5:00 p.m. Id-dħul huwa kompletament bla ħlas. Niċċelebraw lil Giuseppe Calì: issa fil-Mosta Jinfetħu disa' swali ġodda fil-Palazz tal-Gran Mastru Il-viżitaturi fil-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt Valletta issa għandhom aċċess għal disa' swali ġodda li qatt qabel ma kienu miuħin għall-pubbliku. Bl- inawgurazzjoni ta' dawn is-swali, se tkompli tissaħħaħ l-esperjenza tal-pubbliku f 'dan l-aktar sit popolari ta' Heritage Malta. Ċerimonja li saret fil-Piano Nobile tal-Palazz fetħet uffiċjalment dawn l-ispazji ġodda, fejn sar restawr estensiv tas-soqfa tal-injam iddekorat, tal-affreski u l-pitturi, tad-damask u l-pittura fuq il-ħitan u tal-art, magħmula kemm mill- irħam, kif ukoll miċ-ċangatura. Dawn is-swali kienu jiffurmaw parti mill-appartament tas-sajf tal- Gran Mastru, u jinkludu s-Salott u l-Istudju, il-Kamra tas-Sodda u l-Kappella. Infetħu wkoll il- Cabinetto di Curiosità, il-Kamra tal-Kappillan Konventwali u l-Uffiċċju tat-Teżor, u tliet swali oħra li fihom wirjiet tematiċi li jiffukaw fuq l-istorja tal-Palazz fi żmien il-perjodu Franċiż, l-Ordni ta' San Mikiel u San Ġorġ, u l-Parlament Malti, li sa it snin ilu kien jiltaqa' f 'dan l-istess Palazz. Bosta mill-ispazji msemmija jinkludu fihom għamara u artefatti mis-sekli 16 sa 18, li ngħataw lill-aġenzija aktar kmieni din is-sena mill-kollezzjonist lokali Paul Zammit bħala parti minn donazzjoni ġeneruża b'tiira tal- ġenituri tiegħu. Din kienet waħda mill-akbar u l-aqwa għotjiet li qatt irċeviet il-kollezzjoni nazzjonali sa mit-twaqqif tal-Kumitat għall- Amministrazzjoni tal-Mużew fl- 1903. Il-Palazz tal-Gran Mastru reġa' nfetaħ għall-pubbliku f 'Jannar 2024, mat-tlestija tal-ewwel fażi tal-proġett ta' restawr. Il-proġett qed jitwettaq b'investiment ta' aktar minn €40 miljun iffinanzjat mill-Gvern Malti u bi 18-il miljun minnhom b'kofinanzjament mill- Unjoni Ewropea bħala parti mill- Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali. Fl-indirizz tagħha waqt iċ- ċerimonja, l-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, il-President ta' Malta, irrikonoxxiet l-isforzi ta' dawk kollha li ħadmu biex dawn is-swali jinfetħu għall-pubbliku. Il-President ta' Malta aċċennat ukoll għad-donazzjoni tas-Sur Paul Zammit, li fissritha bħala ġest imprezzabbli biex l-artefatti storiċi tal-epoka jkomplu jitgawdew mill- ġenerazzjonijiet futuri. Appellat biex iktar kollezzjonisti u sidien ta' artefatti simili jsegwu l-eżempju tas-Sur Zammit, u huma wkoll, permezz ta' arranġamenti, jgħaddu dawn l-oġġetti għat-tgawdija tal- pubbliku, sew jekk huma pitturi jew għamara imma wkoll manuskritti u pubblikazzjonijiet rari li jistgħu jkomplu jsaħħu l-Arkivji u l-Biblijoteka Nazzjonali. Dr Owen Bonnici, il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali, qal: "Komplejna ninvestu fil-wirt kulturali tagħna hekk kif il- Palazz tal-Gran Mastru — ġawhra fil-qalba tal-Belt — mhux biss fetaħ beraħ biex il-poplu jiskopri l-maestà u l-istorja tiegħu imma komplejna naraw li l-esperjenza tissaħħaħ. Minn żmien il-Kavallieri sa Malta moderna, dan il-Palazz jifforma parti mill-qalba tal-identità tagħna. "B'investiment ta' 40 miljun ewro tajna lil dan il-Palazz id-dinjità li jixraqlu biex ikun jista' jitgawda aħjar mill-Maltin u t-turisti. Illum qed ninawguraw disa' swali ġodda biex din l-esperjenza tkompli tissaħħaħ u ngawdu l-Palazz aħjar minn qatt qabel. Grazzi lill- ħaddiema kollha ta' Heritage Malta u lil kull min ħadem biex dan isir realtà," temm jgħid il-Ministru Bonnici. F'dawn is-swali sar restawr estensiv tas-soqfa tal-injam iddekorat, tal- affreski u l-pitturi, tad-damask u l-pittura fuq il-ħitan u tal-art, magħmula kemm mill-irħam, kif ukoll miċ-ċangatura. Dan il-proġett se jġiegħel lill-poplu jħoss sens ta' appartenenza ma' dak li wiret, f 'kuntest fejn l-arti ma tibqax tistenna lin-nies imma tmur għand in-nies, f 'nofs il-komunità — fil-postijiet li kellhom u għandhom ir-rabta ma' dak li hu spiritwali, edukattiv u storiku.