MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 22 June 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1536637

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 15

13 arti u kultura IL-ĦADD 22 TA' ĠUNJU 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Wirja bix-xogħlijiet ta' Lorenzo Agius Il-Phoenicia u l-kuratriċi Prof. Charlene Vella għandhom l-unur li jippreżentaw wirja bix- xogħlijiet ta' Lorenzo Agius, wieħed mill-aktar fotografi tar- ritratti prominenti ta' żmienna. Din il-wirja esklussiva, li tkun esebita matul ix-xahar ta' Ġunju, toffri ħarsa intima lejn is-17-il ritratt mill-aktar attreanti ta' ċelebritajiet meħudin minn Agius – preambolu b'saħħtu għall-wirja retrospettiva li se tiaħ f 'nofs Settembru fi Spazju Kreattiv, il-Belt Valletta. Din it-titwila turi xbihat ikoniċi ta' atturi u mużiċisti ta' fama dinjija, magħżula mill- kollezzjoni estensiva u rinomata ta' Agius li tmur lura sas-snin 90. B'għajn unika għall-emozzjoni u l-atmosfera, Lorenzo ma jaqbadx biss ix-xbieha, iżda jimmortalizza l-preżenza: jiddistilla l-attrazzjoni intanġibbli tas-suġġetti tiegħu fi stqarrijiet viżivi li jibqgħu għal dejjem. Kull ritratt huwa mument sospiż, rikk bin-narrattiva, il- vulnerabbiltà u l-kariżma. Lorenzo Agius, imwieled fir- Renju Unit minn ġenituri Maltin, kiseb fama internazzjonali fis-snin 90 bir-ritratti ċinematiċi tiegħu, fosthom ir-ritratti promozzjonali għall-film Trainspotting — ritratti li issa saru leġġendarji. Minn dak iż-żmien 'l hawn, il-lenti tiegħu qabdet il-wiċċ ta' ġenerazzjonijiet — mill-irjali ta' Hollywood sal- leġġendi tal-mużika — f 'ritratti li għadhom jifformaw il-kultura viżiva kontemporanja. Kopertini ta' Vanity Fair, kampanji ta' films u kummissjonijiet privati lkoll juru l-influwenza dejjiema u l-kapaċità bla paragun tiegħu li juri l-bniedem wara l-fama. Din il-wirja fil-Phoenicia mhijiex biss esebizzjoni tal-ħiliet tekniċi ta' Agius, iżda hija stedina biex wieħed jinteraġixxi mal-intelliġenza emozzjonali wara l-kamera. Ir- ritratti tiegħu juru bilanċ delikat bejn l-istruttura u l-ispontanjetà — koreografiċi iżda mimlijin mumenti mhux mistennija. Dan huwa l-arti tar-ritratt fil-quċċata tagħha: ċinematika, pittoreska u profondament personali. Għal Lorenzo, li għandu edukazzjoni fl-arti fina, ir- ritorn f 'Malta għandu sinifikat emozzjonali. Il-wirja hija maħsuba biex tonora l-oriġni tiegħu u ċelebrazzjoni tal-potenzjal kreattiv: ispirazzjoni għal ġenerazzjonijiet futuri ta' artisti Maltin. Lorenzo għażel lil Malta bħala s-sit għall-ewwel wirja retrospettiva komprensiva tiegħu, bħala ġest ta' gratitudni lejn art twelidu. Billi joffri ħarsa immersiva lejn il-karriera tiegħu f 'pajjiżu, jittama li jqanqal l-ispirazzjoni fost artisti żgħażagħ Maltin. Il- vjaġġ tiegħu ma kienx faċli: snin ta' twemmin fih innifsu, xogħol bla waqfien u reżiljenza wassluh għas- suċċess. Jixtieq li l-artisti friski jkunu jafu li l-ħolm tagħhom huwa akkwistabbli, jekk jiddedikaw ruħhom bl-istess passjoni u determinazzjoni li għandu hu. Lorenzo diġà ppreżenta xogħlu f 'lettura pubblika fl-Università ta' Malta f 'Marzu 2024 u ħa sehem f 'jum il-kultura fi skola primarja indipendenti f 'April 2025. Din is-sena skolastika li ġejja, se jkun qed jippreżenta wirja akbar tiegħu wkoll lill-istudenti tal-iskejjel u oħrajn. Din it-titwila lejn il-wirja se tkun miuħa mit-3 sat-30 ta' Ġunju 2025, fil-Palm Court Lounge fil- Phoenicia, Malta. Aktar dwar Lorenzo Agius Imwieled minn ġenituri Maltin u mrobbi Londra, Lorenzo beda l-karriera tiegħu billi ħoloq ir- ritratti memorabbli u ikoniċi ta' Ewan McGregor u l-kast tal-film rivoluzzjonarju Trainspotting ta' Danny Boyle. Wara dan, kompla jiċċelebra l-era ta' Cool Britannia tar-Renju Unit bir-ritratt famuż ta' Liam Gallagher u Patsy Kensit fuq kutra tal-Union Jack għall- kopertina ta' Vanity Fair. Bl-istil fotografiku tiegħu, li huwa studjat u deliberat ħafna, Lorenzo jipproduċi xogħlijiet varjati, umoristiċi u rfinuti. Illum huwa meqjus bħala wieħed mill- aqwa fotografi tar-ritratti ta' żmienu u jibqa' jaħdem ma' bosta klijenti kummerċjali, tal-film u editorjali madwar id-dinja kollha. Ir-ritratti tiegħu jinkludu personalitajiet ta' fama kbira bħalma huma: Tom Cruise, Cate Blanchett, Will Smith, Beyoncé, Helena Bonham Carter, Robert Downey Jr, Jack Nicholson, Gwen Stefani, Pink, Madonna, Rachel Weisz, Samuel L. Jackson, Jared Leto, Kate Winslet, Muhammad Ali, Margot Robbie, Helen Mirren, Sharon Stone, Michael Fassbender, Denzel Washington, Viola Davis, ir-Reġina Rania tal-Ġordan, ir-Re Karlu III, Oprah Winfrey, Jude Law, Eddie Redmayne, Jamie Foxx, Christian Bale, Vivienne Westwood, Paul Smith, Valentino, Donatella Versace, Azzedine Alaïa, u ħafna oħrajn. Christine X Art Gallery għandha l-unur li tippreżenta Karoo Pietà, wirja individwali, profonda u espressiva mill- artista mill-Afrika t'Isfel Glendine li se tkun miuħa bejn l-14 u t-28 ta' Ġunju 2025. F'din il-kollezzjoni qawwija u personali ħafna, Glendine tistieden lill-viżitaturi fi vjaġġ emozzjonali u simboliku li jgħaqqad il-kwiet aħrax tal- pajsaġġ tal-Karoo fl-Afrika t'Isfel mar-reżonanza spiritwali tal-Madonna — figura li għandha rabta fonda mal- kultura Kattolika ta' Malta. Glendine tispira ruħha mill- art arida u wiesgħa tal-Karoo, spazju ta' solitudni u memorja, fejn in-natura donnha żżomm il-preżenza u l-assenza fuq l-istess livell. Għaliha, il-Karoo mhuwiex biss post fiżiku, iżda spazju ta' riflessjoni u konnessjoni — tila mpittra bl- uġigħ u l-fejqan. Dan il-pajsaġġ emozzjonali huwa rifless fl-użu tal-figura tal-Madonna, imma f 'kuntest ġdid u personali, li jirrifletti t-telfa li esperjenzat l-artista, il-kuraġġ tagħha u l-esperjenza tagħha bħala omm. It-titlu tal-wirja, Karoo Pietà, hija referenza għall- kompożizzjoni ikonika ta' Michelangelo, iżda interpretata mill-ġdid mil-lenti tal- esperjenza ta' Glendine — partikolarment minħabba t-telf traġiku ta' wieħed minn uliedha. Il-fużjoni ta' dawn iż- żewġ elementi distinti iżda spiritwalment qawwija — il- Karoo u l-Madonna — toħloq djalogu viżiv u emottiv bejn Malta u l-Afrika t'Isfel, bejn il- fidi u l-pajsaġġ, bejn is-sogħba u s-santwarju. Permezz tal- arti tagħha, Glendine mhux biss tibki t-telfa tagħha, iżda ssib saħħa siekta, fejn tagħti lill-viżitaturi xhieda onesta u sabiħa tal-imħabba dejjiema u tat-tfittxija għall-grazzja fit-telf. Karoo Pietà — wirja individwali, profonda u espressiva mill-artista mill-Afrika t'Isfel Glendine It-titlu tal-wirja, Karoo Pietà, hija referenza għall-kompożizzjoni ikonika ta' Michelangelo, iżda interpretata mill-ġdid mil-lenti tal-esperjenza ta' Glendine — partikolarment minħabba t-telf traġiku ta' wieħed minn uliedha Uħud mir-ritratti ta' atturi prominenti ta' Lorenzo Agius, f'dal-każ Angelina Jolie (xellug) u Pierce Brosnan (lemin)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 22 June 2025