MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 22 June 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1536637

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 15

15 kotba IL-ĦADD 22 TA' ĠUNJU 2025 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Il-ħolqien letterarju, bħal suġġetti artistiċi oħra, sfortunatament ma jingħatax ħin biżżejjed fis-sillabu. Fil-paġna letterarja tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għal din il-ġimgħa, Miriam Galea tħares lejn xi kotba ta' Trevor Żahra li jakkumpanjaw lit-tfal fil-kitba u l-poeżija. Il-kitba u l-poeżija miċ-ċokon L-edukazzjoni artistika u kulturali spiss ma tingħatax ħin biżżejjed fis-sillabu tal-iskejjel, tant li ħafna tfal jispiċċaw ikollhom jitħarrġu f 'attivitajiet kreattivi wara l-ħin tal- iskola, minflok f 'waqtha. Dan minkejja li, iktar ma jgħaddi ż-żmien, iktar qed nimu li hi l-kreattività u l-immaġinazzjoni li l-iktar li tagħżilna mill- magni li qed isiru dejjem aktar effiċjenti f 'xogħlijiet tekniċi u loġiċi. Il-kreattività ġġegħelna nħaddmu rasna lil hinn mil-limiti u r-rutina ta' kuljum, u nfanndu l-ħsieb u niżviluppaw ideat indipendenti u individwali, friski u miuħa. L-imħabba tal-letteratura u l-kitba, fost l-oħrajn, hija xi ħaġa prezzjuża li jeħtieġ li nindukraw. Il-ħolqien ta' stejjer huma fost l-ewwel attivitajiet li jagħmlu fil- logħob tagħhom it-tfal. Trevor Żahra ppubblika żewġ kotba li jippreżentaw il-kitba tal-proża u l-poeżija lit-tfal. Ktieb li jintroduċi lit-tfal għall-poeżija b'mod ferrieħi hu Ejja Nsajru Poeżija (Mer- lin Publishers, 2022) ta' Trevor Żahra. Il-poeżija sfortunata- ment spiss tiġi mgħallma tard wisq l-iskola u b'mod wisq pre- skrittiv u formali li jbiegħed u jaljena t-tfal flok jinvolvihom. Il-poeżija għandha tkun, wara kollox, logħob bil-kliem u, l-ist- ess bħall-mużika, m'għandniex ngħallmuha b'mod reġimentat iżda billi nħallu t-tfal jiskopru- ha billi jilagħbu u jsegwu l-istint tagħhom. F'dan il-ktieb, Trevor Żahra, bit-ton ċajtier u divert- enti tiegħu, imexxi lit-tfal tul poeżiji divertenti li jħaddmu tekniċi u rimi poetiċi differenti, elementi letterarji fosthom l-on- omatopea, l-anafora u l-alliter- azzjoni, kif ukoll espressjonijiet Maltin u vokabularju kkulurit u edukattiv, bħal espressjonijiet marbuta mal-qaddisin, tixbi- hat ma' annimali, il-laqmijiet tan-numri, il-konsonanti dgħa- jfin u l-ismijiet tal-fjuri. Billi jarawhom imħaddma fil-prat- tika, it-tfal jagħrfuhom iktar. Żahra jerħilha jilgħab kif tant jaf hu bil-lingwa b'mod aġli u divertenti li jxebbah l-imqarbiz- za tat-tfal u b'hekk jinvolvihom fil-logħba u jaqsam magħhom l-imħabba għall-ħolqien letter- arju. Fil-poeżija 'Xogħlijiet' jilgħab bi kliem li jixxiebhu fil-ħoss bil- li joħloq sentenzi arbitrarji u kultant assurdi bihom, li jħeġġu lit-tfal jilagħbu bil-kliem: "Il-pilota bil-pil miksi, / L-ar- luġġar ġar kwiet u sew, / Il-ben- nej nej jibqa' dejjem, / Il-fur- nar man-nar tassew." F''Ras u Rass', jelenka kliem li jixxiebhu ħlief għall-konsonanti doppja fl-aħħar biex b'hekk it-tfal jit- għallmu d-differenza: "Ma' RAS ħuh Toni RASS faxxa kbira, / Il- ĠAR tagħna lejn Bormla ĠARR, / DAQ is-soppa u DAQQ il- pjanu". F''Jekk', iqabbel kif jist- għu jinħolqu l-kliem: "Jekk minn XATT nagħmel XTAJTA, / Minn PATT nagħmel PTAJTA?" F''Aktar Ismijiet' joħloq kliem bl-istess konsonanti tal-ismi- jiet: "ĊENSU tilef kull ĊANS li kellu, / SIDOR fuq SIDRU għamel tatù", filwaqt li fi 'Bla sens u bis-sens', joħloq rima bi kliem imqiegħed fil-versi skont l-alfabett. Is-sens enerġetiku ta' logħob ta' Żahra jistieden lit-tfal jużaw l-immaġinazzjoni bla lim- iti u jurihom il-ħafna possibbil- tajiet tal-lingwa u tal-poeżija li kapaċi teħlisna mir-razzjonalità u tħarrabna fl-immaġinazzjo- ni. L-umoriżmu mqareb tiegħu jaqbad l-ispirtu tat-tfal u, bil-ga- birjoli lingwistiċi u semantiċi li jħaddem, iħeġġiġhom ikunu di- namiċi fil-ħsieb u fil-kelma. Forsi l-inklużjoni ta' xi poeżiji b'rima ħielsa u aktar liriċi kienu jgħinu lill-qarrejja jiffamiljariz- zaw ruħhom anki ma' forom poetiċi differenti lil hinn minn dawk tradizzjonali. Il-ktieb hu wkoll interattiv billi jinkludi wkoll xi logħob u tifsiriet ta' kliem. Fih ukoll sensiela ta' poeżiji li tista' wkoll tismagħhom u tarahom animati f 'filmati permezz ta' QR Code. Għall-ħolqien ta' storja, im- bagħad, għandna l-ktieb Trid Niktbu Storja Flimkien? (Mer- lin Publishers, 2024) li fih Żahra jmexxi lit-tfal biex joħolqu stor- ja. In-narratur, bit-ton ċajtier u kariżmatiku tipiku, jaġixxi ta' għalliem li, permezz ta' spun- ti, ideat u eżempji, juri lit-tfal il-passi u l-elementi biex jibnu storja. Il-ktieb jistieden lit-tfal jiktbu erba' stejjer fuq erba' suġġet- ti differenti. In-narratur jagħti suġġett, jgħin lit-tfal jaraw minn liema perspettiva se tinkiteb l-istorja, x'xejra ħa jkollha l-is- torja (ċajtiera, misterjuża, ser- ja?), u mbagħad jgħinhom jibnu l-karattru ewlieni permezz ta' spunti. Fl-ewwel storja dwar qa- ttus, jagħti dawn l-għażliet fost l-oħrajn: "taħseb u titkellem bħall-bnedmin", "imqarba u fuq ruħha", "kwieta u bil-għaqal", tiġġerra barra mingħajr dar jew sid". Dawn jibdew iqanqlu diġà l-immaġinazzjoni tat-tfal. Imbagħad jagħti xi spunti għal x'jista' jseħħ fl-istorja — il-qa- ttusa tinsteraq, tkisser xi ħaġa, tagħmel xi ħbieb hi u tiġġerra barra? Ifakkarna wkoll li nist- għu nużaw il-fantasija — qattu- sa ttir jew issir inviżibbli. Jagħti wkoll spunti għal kif tibda l-is- torja, filwaqt li dejjem iħeġġeġ li saħansitra aħjar jekk noħorġu b'idea aħna stess. Hu ktieb fejn Żahra jgħaddi l-ħila li toħloq storja li tiġbed lill-qarrej b'bosta elementi. Għal kull storja, hemm spaz- ju fejn it-tfal jiktbu l-istorja tagħhom fil-ktieb, għalhekk hu ideali biex it-tfal jiġu introdotti għall-kitba b'mod iggwidat iżda divertenti. Finalment, sensiela ħelwa li Żahra addatta għall-Malti hi Iva, Nasal! (Merlin Publish- ers, 2019). Hi magħmula minn ħames kotba li jitkellmu dwar sfidi kurrenti u kwistjonijiet ta' mġiba li jħabbtu wiċċhom magħhom it-tfal u siewja li jiġu indirizzati — il-biżà mid- dlam (Mostri Tersqux 'l Hawn), il-manjieri tajba (Saħħa Bonġu Ċaw), il-gideb (Veru jew Falz), ir-relazzjonijiet mal-oħrajn (Ċimm Pumm Paqq) u l-użu żejjed tal-mowbajls (Mitfi). Huma tradotti b'rima, b'il- lustrazzjonijiet sbieħ u joff- ru kontenut divertenti filwaqt li edukattiv. Żahra rnexxielu jittraduċi b'mod li jżomm ir-ri- ma u jevita t-traduzzjoni litter- ali filwaqt li jżomm il-Malti nat- urali u mexxej. Minkejja li Trevor Żahra ilu attiv fil-kitba ħajtu kollha, li tulha ħoloq karattri li għad- hom stampati fit-tfulija tagħna, baqa' attiv u għadu produttiv u dinamiku sal-lum, u wieħed jit- paxxa bil-ħila fil-kitba u bl-im- maġinazzjoni fertili tiegħu. Minbarra l-imħabba u r-reqqa lingwistika ċara tiegħu, għandu l-ħila u l-kariżma li joħloq dik it-taħlita ta' mqarbizza u kon- nessjoni emozzjonali meħtieġa biex toħloq konnessjoni mal-qa- rrejja tfal.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 22 June 2025