Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1537234
10 aħbarijiet IL-ĦADD 6 TA' LULJU 2025 • illum opinjoni PN Minority Leader fil-Kunsill Lokali ta' Ħad-Dingli u Viċi President tal-MŻPN JEAN PAUL BARBARA B ħala żgħażugħ li ili involut fil-Partit Nazzjonalista għal madwar seba' snin, nem- men li hemm bżonn tama ġdida għal pajjiżna biex iż-żgħażagħ jerġgħu jkunu l-pijunieri li jbiddlu dak li hemm bżonn biex ngħixu f 'Malta aħjar. Għażilt li nidħol fil-politika għaliex nixtieq nagħmel differenza u nixtieq li ngħix f 'pajjiż aħjar milli qed ngħixu fih. Permezz ta' Gvern ġdid Nazzjonalista pajjiżna jkun jista' jiffoka fuq l-isfidi veri li dan il-gvern warrab għalkollox għax nemmen li l-Prim Ministru huwa ffukat kif se jsalva ġildu minn grupp ta' nies li akkost ta' kollox ma jriduhx jibqa' bħala Mexxej tal-Partit Laburista wara r-riżultati tal-elezzjonijiet ta' sena ilu. Sfortunatament is-sondaġġ tal-EY lura fl-2022 wera li aktar minn 70% taż-żgħażagħ jippreferu joqogħdu barra minn Malta milli jgħixu f 'Malta. Meta wieħed jirrifleti sew, dan ifisser li kieku dawn iż-żgħażagħ verament kollha jitilqu minn Malta, pajjiżna jkun falla verament għax inkunu tlifna tant potenzjal u talent ta' tant żgħażagħ mimlijin b'enerġija u ideat ġodda li minnhom jista' biss jibbenefika l-pajjiż. Sena wara sena, in-numru ta' żgħażagħ li jixtiequ jitilqu minn pajjiżna kompla jiżdied b'rata allarmanti. Minn mistoqsija parlamentari li għamlet il-Membru Parlamentari Bernice Bonello, il-Ministru Clyde Caruana ammetta illi b'kollox qed jitilqu minn Malta medja ta' 19-il żagħżugħ jew żagħżugħa kuljum. Tant li fl-2023, kellna rekord ta' kważi 7,000 żagħżugħ u żagħżugħa Maltin li telqu minn pajjiżna. Dan huwa l-akbar ammont fl-aħħar ħames snin. Fil-Parlament issemma wkoll illi kważi 18,000 żagħżugħ barrani ddaħħal Malta biex jimla l-vojt, f 'ekonomija mibnija fuq iċ-cheap labour u l-isfruttament. Iżda x'inhuma l-affarijiet li qed idejqu liż-żgħażagħ? Ħafna minnhom jixtiequ jitilqu minħabba t-traffiku, l-għoli tal-ħajja, il- kwalità tal-ħajja, in-nuqqas ta' opportunitajiet fis-suq tax-xogħol, l-isfreġju fl-ambjent ta' madwarna, l-overpopulation, u l-korruzzjoni. Il-Partit Nazzjonalista, għaliex huwa partit proattiv u mhux reattiv, kien diġà beda jitkellem fuq dawn il-problemi qabel ma saru ċerti studji. Iżda bħala Partit Nazzjonalista mhux biss ikkritikajna fejn hemm ħażin iżda pproponejna x'għandhom ikunu s-soluzzjonijiet għal dawn il-problemi. Fuq it-traffiku ilna mill-2016 li bħala Partit Nazzjonalista pproponejna li hemm bżonn sistema tat-trasport tal-massa għall- populazzjoni ta' pajjiżna għaliex sfortunatament f 'dawn l-aħħar snin ta' Gvern Laburista rajna eluf kbar ta' barranin deħlin f 'pajjiżna mingħajr kontroll. Iżda l-Partit Laburista dak iż-żmien kien ikkritika lill- Partit Nazzjonalista li jekk din issir, pajjiżna ħa jidħol f 'dejn ta' biljuni kbar u li mhijiex waħda vijabbli jekk ma tikbirx b'mod sinifikanti meta d-dejn illum il-ġurnata huwa ta' madwar €10.8 biljun u xorta waħda m'għandniex il-Metro. Iżda fl-elezzjoni tal-2022, iż- żewġ partiti pproponew sistema tat-trasport tal-massa. Il-Partit Nazzjonalista ppropona li ssir it- Trackless Tram u l-Partit Laburista ppropona li ssir il-Metro. Meta tqabbel iż-żewġ proposti tinduna li t-Trackless Tram hija aktar effiċjenti għaliex tilħaq aktar irħula u tiswa tliet darbiet inqas mill- Metro. Sfortunatament, il-Metro ma tissemma mkien, lanqas fid- dokument tal-Viżjoni Malta 2050 għaliex minkejja li hemm miktub sistema tat-trasport tal-massa, il- Metro mhux qiegħda mniżżla mkien. Fuq l-Għoli tal-ħajja, il-Partit Nazzjonalista mhux tkellem biss imma ressaq mozzjoni fil-Parlament biex jindirizza l-isfidi relatati mal- għoli tal-ħajja li qed jaffettwaw liż-żgħażagħ, lill-familji u n-negozji Maltin. Il-Partit Nazzjonalista ppropona diversi miżuri konkreti biex itaffu l-pressjoni finanzjarja fuq iċ-ċittadini fosthom l-eżenzjoni mit-taxxa fuq iż-żidiet tal-COLA billi titneħħa t-taxxa fuq kull żieda fil-pagi u l-pensjonijiet relatata mal-COLA sabiex il-ħaddiema u l-pensjonanti jibbenefikaw bis-sħiħ minn dawn iż- żidiet. Ipproponejna l-introduzzjoni ta' krediti ta' taxxa għal min iħaddem biex jinkoraġġixxu ż-żieda fil- pagi tal-impjegati tagħhom, fond nazzjonali għall-importaturi u esportaturi biex nappoġġjaw lill- importaturi u l-esportaturi fil-ħidma tagħhom biex inaqqsu l-ispejjeż, u b'hekk jgħinu fit-tnaqqis tal- prezzijiet għall-konsumaturi. Bidla fil-mudell ekonomiku hija bżonjuża billi tagħmel mudell ġdid li jiffoka fuq setturi b'valur miżjud għoli u impjiegi ta' kwalità, minflok tkabbir ibbażat fuq żieda fil-popolazzjoni. Minkejja dawn il-proposti, il-Gvern ivvota kontra l-mozzjoni tal-Partit Nazzjonalista, u b'hekk ma ġewx implimentati dawn il-miżuri. F'Jum il-Ħaddiem, għax il-Partit Nazzjonalista verament ifassal il-politika fiċ-ċentru tan-nies u l-ħaddiema, ħabbarna miżura kuraġġuża u meqjusa li se tħalli impatt dirett u pożittiv fuq eluf ta' ħaddiema u familji. Il-miżura hi sempliċi imma b'saħħitha: ebda taxxa fuq l-ewwel €10,000 li wieħed jaqla' minn sahra jew xogħol part-time. Fuq il-kwalità tal-ħajja, il-Partit Nazzjonalista ppropona proposti konkreti biex itejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-familji Maltin u Għawdxin, b'enfasi fuq bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja personali. Waħda mill-proposti ewlenin hija l-estensjoni tal-leave għall-ġenituri, bil-għan li tingħata aktar flessibbiltà u ħin lill-familji biex iqattgħuh flimkien billi jiżdied il-leave tal-Maternità u tal-Paternità. Il-Partit Nazzjonalista qed jipproponi li l-leave tal-Maternità jiżdied minn 18 għal 24 ġimgħa, fejn l-aħħar sitt ġimgħat ikunu trasferibbli lill-ġenitur l-ieħor jekk jixtiequ. Barra minn hekk, il-leave tal-Paternità jiżdied minn 10 għal 15-il jum, biex jirrifletti r-rwol dejjem jikber tal-missirijiet fit-trobbija tat- tfal, estensjoni tal-Parental leave billi jitwal minn 8 ġimgħat għal 28 ġimgħa, maqsum b'mod ugwali bejn iż-żewġ ġenituri u mhux trasferibbli, biex jinkoraġġixxi responsabbiltà ugwali fit-trobbija tat-tfal u sena leave mħallas għall-ġenituri biex il-familji jingħataw sena ma' wliedhom, lil hinn mil-leave tal-Maternità u tal-Paternità, biex nappoġġjaw lill-ġenituri fil-ġestjoni tar-responsabbiltajiet tax-xogħol u tal-familja. Dawn il-proposti juru l-impenn tal-Partit Nazzjonalista biex itejjeb il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja personali, u b'hekk itejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-familji Maltin u Għawdxin. Fuq n-nuqqas ta' opportunitajiet li hawn fis-settur tax-xogħol, jien niem li aħna l-iżgħar pajjiż fl- Ewropa iżda wieħed ma jistax jagħti tort liż-żgħażagħ li jmorru barra minn xtutna biex jaħdmu hemmhekk għaliex wara li tkun għamilt ħajtek tistudja wieħed jippretendi li jkollu impjieg ta' kwalità u mhux impjieg b'paga ta' inqas minn 2,000 ewro fix-xahar. Iżda l-Partit Nazzjonalista ma straħx fuq dan il-fatt iżda minflok ippropona investment ta' biljun ewro fis-setturi ekonomiċi ġodda tal-Metaverse, servizz ta' Compliance u Due Diligence, robotika, printjar 3D, applikazzjonijiet tal-intelliġenza artifiċjali, e-sports, produzzjoni ta' video games, tisħiħ tal-isports mal- aspett mediku u turistiku, u tisħiħ tas-settur tal-enerġija u l-intrapriżi soċjali. Għandna gvern li ma ħoloqx settur ekonomiku wieħed ġdid fi 12-il sena u anke fid-dokument tal-Viżjoni Malta 2050 ma semmewx settur ekonomiku wieħed ġdid iżda dawk biss li qegħdin hemm preżenti grazzi għall-gvernijiet tal-Partit Nazzjonlista minkejja li rriklama lil pajjiżna bħala "Blockchain Island" iżda peress li ma investewx fil-Blockchain kif suppost, sfortunatament dan kien falliment. Tajjeb li tinvesti fin-niċeċ ekonomiċi preżenti bħal igaming, is-settur finanzjarju, is-settur tal-avjazzjoni, is-settur tal-farmaċewtika. eċċ., iżda tajjeb ukoll timraħ għal niċeċ ekonomiċi ġodda kif ippropona l-Partit Nazzjonalista. Wieħed jiem illi l-problema tal-overpopulation mhix se tissolva mil-lum għal għada iżda li kien isir dan il-mudell ekonomiku li qiegħed jipproponi l-Partit Nazzjonalista bbażat fuq il- kwalità u mhux fuq il-kwantità, żgur li l-problema tal-overpopulation se tonqos għaliex mhux se jkun hemm bżonn dawn il-barranin kollha f 'pajjiżna. Fuq l-isfreġju ambjentali, naturalment iż-żgħażagħ jixtiequ jitilgħu f 'pajjiż mimli ġonna u spażji miuħa, u mhux f 'pajjiż mimli krejnijiet u gafef kull fejn iddawwar wiċċek. Għaldaqstant kellna l-mozzjoni tal-Membru Parlamentari Darren Carabott li l-ambjent ikun dritt fundamentali tal-bniedem għaliex il-Maltin u l-Għawdxin għandhom id-dritt li jgħixu f 'ambjent nadif, san u sostenibbli, kif ukoll li d-definizzjoni ta' ambjent issir tfisser l-arja, l-ilma, u l-art, kif ukoll l-ekosistema u dak kollu li jifforma parti minnha u r-riżorsi naturali u fiżiċi kollha li jaffettwaw il-ħajja umana. Il-kelma "ambjent" issir tfisser ukoll il-kundizzjonijiet soċjali, koerenza estetika u attributi kulturali. Ma jibqax il-bżonn li turi interess personali biex tiaħ kawża kostituzzjonali dwar l-ambjent fil-Qrati Maltin biex tingħata aktar saħħa għal skrutinju pubbliku min-nies u mill-għaqdiet. Hekk il-poplu jingħata l-awtorità għall- infurzar bil-liġi f 'każijiet fejn il-Qorti tara li jista' jkun hemm ħsara ambjentali. Riċentement, il-Membru Parlamentari Rebekah Borg, permezz ta' mozzjoni li ppreżentat fil-Parlament, ipproponiet li jkun hemm ċertezza u regoli ċari dwar attivitajiet li jistgħu jaffettwaw l-ambjent u r-residenti, bħall-impjanti tat-tarmak. Dan biex nipproteġu l-kwalità tal-ħajja u fl-istess ħin ngħinu lill-industrija taħdem b'mod sostenibbli u ġust. Ipproponejna wkoll kundizzjonijiet magħrufa minn qabel ma jkun hemm parteċipazzjoni pubblika u aktar riżorsi u indipendenza għall- ERA, kif ukoll billi ħriġna kontra taxxi moħbija taħt l-isem ta' "tariffi ambjentali" li jżidu l-piż fuq min irid jimxi b'mod regolat. Fuq temi attwali, il-Partit Nazzjonalista, fosthom dwar is-sitwazzjoni tal-Kunsill Lokali tal- Għargħur, rajna kif il-Partit Laburista inġustament u antidemokratikament bil-barka ta' Dr Robert Abela, seraq il-Kunsill Lokali minn idejn ir- residenti tal-Għargħur minkejja li l-Partit Nazzjonalista ġab żewġ terzi tal-voti mitfugħa. Għaldaqstant għax aħna nemmnu fid-demokrazija tlabna elezzjoni mill-ġdid fil-lokalità tal-Għargħur. Wara dan kollu li tkellimt dwaru ma nistgħux nagħtu tort liż-żgħażagħ li qed jitilqu minn pajjiżna għaliex sfortunatament mhumiex qed jaraw futur f 'pajjiżna. L-iżball li jsir huwa li n-nies jgħidu li ż-żewġ partiti huma l-istess. Għaldaqstant ma nista' qatt naċċetta li ż-żewġ partiti huma l-istess għaliex filwaqt li fuq naħa għandna l-Partit Nazzjonalista li bil-viżjoni tiegħu jixtieq itejjeb lill-pajjiżna għall- ġid ta' kulħadd, fuq in-naħa l-oħra għandna Partit Laburista li moħħu fuq kif se jħaxxen bwiet grupp żgħir ta' nies bi Prim Ministru aktar iffukat fuq kif se jsalva ġildu mill-ġlied intern fil-Partit Laburista. L-appell tiegħi lil dawn iż-żgħażagħ huwa biex jingħaqdu mal-Partit Nazzjonalista sabiex anke jekk ma naqblux fuq kollox imma nkunu naħdmu flimkien biex ngħixu f 'pajjiż aħjar bi Gvern ġdid tal-Partit Nazzjonalista. Il-bidla li pajjiżna għandu bżonn