Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1537234
analiżi IL-ĦADD 6 TA' LULJU 2025 • illum 04 Il-gazzetta Illum tħares lejn n-numri ta' każijiet ta' kriminalita' matul is-snin f 'Malta u Għawdex Ħarsa lejn il-kriminalita' f 'pajjiżna F'dil-istorja, din il-gazzetta ħa tirrapporta dwar dawk ir- reati li kellhom l-iktar xejriet notevoli, jiġifieri, jew li żdiedu, jew li naqsu ħafna tul is-snin, jew inkella li kien hemm rata stabbli tul is-snin ta' numru sinifikanti ta' rapporti. Ta' min jgħid ukoll qabel ma nħarsu lejn l-informazzjoni pprovduta illi, skont il-Ministru, "in-numru ta' reati ma jirriflettix fin-numru ta' vittmi peress li rapport wieħed jista' jinvolvi aktar minn vittma waħda." Fi 2015 kien hem 1,093 każ ta' serq Jidher illi l-iktar xejra notevoli hija t-tnaqqis drastiku tas-serq tul is-snin. Fil-fatt, mill-bidu tal-informazzjoni pprovduta, jiġifieri mill-2015, il-każijiet naqsu bejn wieħed u ieħor b'nofs. Fl-2015 kien hemm 1,093 każ ta' serq, li dan baqa' jitla' sal- 2017 fejn laħaq numru rekord ta' każijiet fejn b'kollox kien hemm 1,467 każ. Iżda minn dik is-sena 'l hemm il-każijiet bdew jonqsu sew, sas-sena 2020 fejn donnhom il-każijiet laħqu livell ta' stabbiltà. Fil-fatt, il-każijiet fl-2020 kienu jitilgħu sa 466 każ. Fit- tliet snin ta' wara, jiġifieri fl- 2021, 2022, u 2023, in-numru ta' każijiet baqa' bejn wieħed u ieħor konsistenti. Fil-fatt, il- każijiet f 'dawk is-snin kienu 481, 473, u 471 rispettivament. Kien biss fl-2024 fejn din ix- xejra nkisret, hekk kif f 'dik is- sena kien hemm 570 każ ta' serq. Offiżi fuq l-azjani Il-każijiet tal-offiżi attentati fuq l-anzjani tul is-snin irrappurtati għandhom forma ta' mewġa: mill-2015 sal-2018, il- każijiet bdew tilgħin. Iżda mill- 2019 sal-2023 dawn bdew neżlin sa ma fl-aħħar fl-2024 reġgħu telgħu għal rata simili tal-2015. Fl-2015, kien hemm irrappurtati 64 każ ta' offiżi attentati — dawn telgħu għal 91 fl-2016. Il-każijiet laħqu l-quċċata tagħhom fis-sena ta' wara, jiġifieri fl-2017, fejn b'kollox ġew irrappurtati 138 każ. Dawn niżlu għal 112-il każ fl-2018 biex imbagħad reġgħu niżlu għal 97 każ fis-sena ta' wara, jiġifieri fl-2019. Il-każijiet komplew jinżlu fis-snin ta' wara, fejn fl-2020 ġew irrappurtati 54 każ; fl-2021 u fl-2022 kien hemm 49 każ; waqt li fl-2023 kien hemm 48 każ. Iżda fl-2024 kien hemm żieda sostanzjali hekk kif il-każijiet reġgħu telgħu għal 69 każ, biex nerġgħu kważi lura għall- istess numru ta' każijiet li kienu rrappurtati fl-2015. Offiża fuq il-persuna Fejn jidħol ir-reat tal-offiża fuq il-persuna, jiġifieri meta persuna tiġi assaltata u tindarab, ir-rata ta' reati baqgħet pjuttost stabbli tul is-snin irrappurtati, b'naqra ċaqliq biss. Dan għaliex in-numru ta' każijiet irrappurtati naqas f 'ċerti snin biex imbagħad reġa' tela' fi snin oħrajn. Fl-2015 kien hemm 62 każ li mbagħad naqsu għal 58 fl-2016. Dan-numru reġa' naqas fl-2017 għal 43 każ biex imbagħad reġa' lura għal kważi l-istess rata fl- 2018, fejn ġew irrappurtati 65 każ. Fis-snin ta' wara dawn bdew jonqsu bil-mod, fejn fl-2019 kien hemm 62 każ, li mbagħad komplew jonqsu għal 45 każ fl-2020 — abbli minħabba l-COVID. Il-każijiet baqgħu bejn wieħed u ieħor l-istess fis-snin ta' wara, fejn kien hemm 49 każ fl-2021 u 46 każ fl-2022. Iżda r-rapporti bdew tilgħin bil-mod il-mod hekk kif fl-2023 ġew irrappurtati 54 każ u fl-2024 kien hemm 61 każ. Użu mhux dovut tal- kompjuter L-użu mhux dovut tal- kompjuter huwa reat li għal ħafna mis-snin irrappurtati ma tantx kien hemm każijiet, ħlief fl-2023 fejn il-każijiet splodew u żdiedu b'iktar minn erba' darbiet. Dan huwa reat kumpless għax jinvolvi ħafna affarijiet, bħal li tostakola lil xi ħadd milli juża xi programm tal-kompjuter jew li tiżvela l-password jew kodiċi li jintużaw biex taċċessa xi ħaġa sigura. Iżda huwa essenzjalment meta tagħmel xi forma ta' tibdil fuq kompjuter mingħajr permess. Tul is-snin, in-numru ta' każijiet baqgħu relattivament baxxi, fejn l-ewwel sentejn, jiġifieri l-2015 u l-2016, kien hemm 17 u 19-il każ irrappurtati rispettivament. Dawn naqsu għal seba' każijiet fl-2017, u mbagħad baqgħu l-istess fis-sentejn ta' wara, jiġifieri fl-2018 u fl-2019, fejn kien hemm total ta' 11-il każ. Fl- 2020, is-sena tal-COVID, kien hemm tnaqqis sinifikanti fil- każijiet hekk kif erba' biss ġew irrappurtati. Dawn imbagħad żdiedu sew fis-snin ta' wara, hekk kif fl- 2021 kien hemm 19-il każ u 21 każ fl-2022. Il-każijiet imbagħad kibru b'iktar minn erba' darbiet fl-2023 hekk kif kien hemm 89 każ irrappurtati. Imbagħad fl-2024 reġa' kien hemm tnaqqis għal 38 każ. Ħsara lill-anzjani Fejn tidħol il-ħsara mwettqa AĠĠORNAMENT TAL-AVVIŻ GĦAL SEJĦA GĦALL-PROPOSTI TA' PROĠETTI TAĦT Il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura (2021-2027) Il-Ministeru responsabbli għall-Fondi tal-UE jħabbar it-tnedija ta' sejħa għall-proposti ta' proġetti kif indikat hawn taħt. Objettiv Speċifiku 1.2 – Żieda fl-enerġija effiċjenti u t-tnaqqis ta' emissjonijiet tal-karbonju bil-bidla jew l-immodernizzar ta' magni ta' bastimenti tas-sajd. Din is-sejħa se tkun miftuħa għal sajjieda li huma detenuri tal-liċenzja MFA u MFB u se tiffoka b'mod speċifiku fuq il-bidla jew l-immodernizzar ta' magni ta' bastimenti tas-sajd bl-għan ewlieni sabiex jiżdied sostenn għas-settur tas-sajd biex jagħmel il-qalba lejn id-dekarbonizzazzjoni. Iż-żieda fl- investiment fit-tekonoloġija moderna se taffettwa direttament it-tnaqqis fl-emissjonijiet tal- karbonju u b'hekk, Malta tagħmel sforz akbar biex tippromwovi ambjent aktar nadif. L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi elettronikament fuq id-database tal-Fondi Strutturali fuq is-sit sfd.gov.mt/application sa mhux aktar tard mill-10 ta' Ottubru 2025, il-31 ta' Diċembru 2025, il-31 ta' Marzu 2026, it-30 ta' Ġunju 2026 u t-30 ta' Settembru 2026 f'nofsinhar. Biex tissottometti l-proposti tal-proġetti mad-dokumentazzjoni ta' sostenn, wieħed jista' jikseb il- formola tal-applikazzjoni onlajn fuq https://fondi.eu/what-funding-is-available/replacement-or- modernisation-of-engines-of-fishing-vessels-scheme/. Kwalunkwe mistoqsijiet jistgħu jintbagħtu permezz ta' email fuq fondi.eu@gov.mt. Tliet sessjonijiet ta' informazzjoni se jittellgħu f'dawn id-dati: 1. It-Tnejn 21 ta' Lulju 2025 – Għawdex, Gozo Experimental Farm, Ix-Xewkija fl-10.00 a.m. 2. It-Tlieta 22 ta' Lulju 2025 - Marsaxlokk, Pompei Hall fil-5.00 p.m. 3. L-Erbgħa 23 ta' Lulju 2025– San Pawl il-Baħar, Alleluia Hall, Triq San Franġisk fil-5.00 p.m Wieħed jista' jirreġistra għas-sessjoni ta' informazzjoni billi jaċċessa l-kodiċi QR hawn taħt: