MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 6 July 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1537234

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 15

analiżi illum • IL-ĦADD 6 TA' LULJU 2025 05 Il-vjolenza domestika fuq l-anzjani huwa reat li beda jikber bil- mod il-mod tul is- snin, xi ħaġa li hija konsistenti mal- bqija tal-każijiet ta' vjolenza domestika 'pajjiżna fl-aħħar snin lill-anzjani, dan huwa wkoll reat ieħor li baqa' bejn wieħed u ieħor stabbli tul is-snin, ħlief li għal xi snin fejn naqas biex imbagħad reġa' żdied fis-sena ta' wara. Fl-ewwel sena mit-tabella, jiġifieri fl-2015, kien hemm 359 każ li dawn telgħu b'għaxar każijiet għax 369 każ fis-sena ta' wara, jiġifieri fl-2016, biex jilħqu n-numru rekord skont it- tabella pprovduta. Il-każijiet naqsu kemxejn is- sena ta' wara, hekk kif fl-2017 kien hemm 338 każ iżda dawn reġgħu telgħu fl-2018 għal 353 każ. Fl-2019 kien hemm għal darb'oħra tnaqqis ċkejken hekk kif kienu rrappurtati 334 każ. Dawn imbagħad naqsu sew fis-sena ta' wara, jiġifieri fl- 2020, meta kienu rrappurtati 273 każ. Dan abbli huwa riżultat tal-fatt li l-2020 kienet is-sena tal-COVID. Fil-fatt, fl-2021 kien hemm żieda sinifikanti hekk kif il- każijiet telgħu għal 346. Dawn reġgħu naqsu fis-sena ta' wara, jiġifieri fl-2022, għal 300 każ, biex imbagħad reġgħu żdiedu fl- 2023 għal 339 każ. Fl-aħħar, fl-2024 ġew irrappurtati 316-il każ, jiġifieri l-każijiet baqgħu bejn wieħed u ieħor fl-istess ilma. Vjolenza domestika Rigward il-vjolenza domestika fuq l-anzjani, dawn huwa reat li beda jikber bil-mod il-mod tul is-snin, xi ħaġa li hija konsistenti mal-bqija tal-każijiet ta' vjolenza domestika, bħal kif rajna kemm- il darba f 'dil-gazzetta. Fil-fatt, jekk inħarsu lejn il- figuri mogħtija, naraw li minn 55 każ fl-2015 dawn telgħu għal 211-il każ fl-2023, in-numru ta' każijiet rekord mit-tabella mogħtija. Fl-2016 il-każijiet diġà bdew tilgħin bil-mod hekk kif laħqu 71 każ. Fis-sena ta' wara, jiġifieri fl-2017, kien hemm 85 każ li telgħu bi ftit fl-2018 għal 87 każ. Dawn komplew tilgħin sew fis-snin ta' wara, hekk kif fl- 2019 kien hemm 107 każijiet; fl-2020 kien hemm 127 każ; u fl- 2021 kien hemm 161 każ. Dawn naqsu ftit fl-2022 hekk kif kien hemm 139 każ irrappurtat. Il-każijiet laħqu l-quċċata tagħhom fl-2023, bħal kif rajna, meta ġew irrappurtati 211-il każ. Iżda fl-2024 dawn naqsu għal 159 każ. Frodi f '2023 rekord Ir-reat tal-frodi jirrappreżenta reat ieħor li sploda matul is- snin irrappurtati, fejn minn 48 każ irrappurtati fl-2015, dawn telgħu għal rekord ta' 297 każ fl- 2023. Fl-2016 il-każijiet diġà bdew tilgħin u fil-fatt ġew irrappurtati 68 każ. Dawn naqsu ftit fl-2017 għal 59 każ biex imbagħad reġgħu telgħu fis- sentejn ta' wara, jiġifieri fl-2018 u l-2019, għal 74 każ u 89 każ rispettivament. Fl-2020 il-każijiet ikkalmaw kemxejn il-għaliex kien hemm 76 każ irrappurtat. Iżda s-sena ta' wara, jiġifieri fl-2021, il- każijiet kważi ttriplaw hekk kif ġew irrappurtati 213-il każ. Dawn naqsu ftit fl-2022 għal 161 każ biex imbagħad reġgħu kibru bi kważi d-doppju fl-2023 għal 297 każ — iċ-ċifra rekord fejn jidħlu frodi. Fl-aħħar sena, jiġifieri fl-2024, kien hemm 285 każ, jiġifieri tnaqqis ċkejken mis-sena ta' qabel. Delitt ta' pretensjonijiet Fejn jidħlu l-pretensjonijiet, li huwa d-delitt ta' meta xi ħadd "jeżerċita jedd li jippretendi li għandu" u b'hekk iġiegħel lil xi ħadd iħallas xi dejn, ifixklu fil- pussess ta' ħwejġu, eċċ., dan huwa reat li għall-ewwel ma kien hemm l-ebda każijiet irrappurtati biex imbagħad mill-ewwel bdew tilgħin fis-snin ta' wara. Fil-fatt, fl-ewwel sentejn, jiġifieri fl-2015 u fl-2016, ma kien l-ebda każ irrappurtat. Fl-2017 dawn telgħu għal 17-il każ u minn hemm 'il quddiem dawn baqgħu tilgħin. Fl-2018 kien hemm 29 każ; fl- 2019 kien hemm 34 każ; u fl-2020 kien hemm 26 każ. Fis-sena ta' wara, jiġifieri fl-2021, il-każijiet irduppjaw u telgħu għal 60. Naqsu it fis-sena ta' wara, jiġifieri fl- 2022, għal 45 każ biex imbagħad reġgħu telgħu għal 65 każ fl-2023. Il-figuri pprovduti juri li s-sena l-oħra, jiġifieri l-2024, il-każijiet ta' pretensjonijiet laħqu numru rekord il-għaliex ġew irrappurtati 78 każ. Ħruq kriminali Fejn jidħol il-ħruq kriminali, dak li bl-Ingliż jissejjaħ arson, dan huwa reat li laħaq il-quċċata tiegħu fin-nofs tas-snin irrappurtati biex imbagħad il-każijiet naqsu ħafna. Fil-bidu tal-informazzjoni pprovduta, kien hemm 11-il każ irrappurtati fl-2015. Dawn telgħu għal 16-il każ fl-2016 u n-numru ta' każijiet baqgħu tilgħin sena wara sena sakemm laħqu l-apiċi tagħhom fl-2019. Fil-fatt, kien hemm 22 każ irrappurtati fl-2017, 25 każ fl-2018, u 34 każ fl-2019. Dawn imbagħad naqsu f 'salt fis-sena ta' wara, jiġifieri fl-2020, għal 11-il każ. Minn hemm 'il quddiem il-każijiet ta' ħruq kriminali donnhom baqgħu baxxi għalkollox hekk kif fis-sentejn ta' wara, jiġifieri fl-2021 u fl-2022, kien hemm erba' każijiet biss irrappurtati. Fl-2023 il-każijiet telgħu għal tmienja biex imbagħad reġgħu niżlu għal ħamsa fl-2024. Theddid u vjolenza privata Fl-aħħar, it-theddid u l-vjolenza privata bdew tilgħin ukoll skont iċ-ċifri mogħtija mill-Ministru. Fil-fatt, minn 17-il każ li ġew irrappurtati fl-ewwel sena, jiġifieri fl-2015, dawn telgħu għal 31 każ fl-2024. Fl-2016 u fl-2017, il-każijiet irrappurtati ammontaw għal 15 u 13-il każ rispettivament. Dawn telgħu għal 22 każ fl-2018 u mbagħad naqsu bi it għas-sentejn ta' wara, jiġifieri fl-2019 u fl-2020, fejn kien hemm irrappurtati 19-il każ fis-sentejn li huma. Iżda fl-2021 il-każijiet reġgħu telgħu u ammontaw għal 30 każ. Dawn naqsu bi it fis-sentejn ta' wara, jiġifieri fl-2022 u fl-2023, fejn fis-sentejn li huma ġew irrapportati 26 każ. Fl-aħħar sena, fl-informazzjoni pprovduta, il-każijiet laħqu l-quċċata tagħhom hekk kif b'kollox ġew irrappurtati 31 każ.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 6 July 2025